|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4231 |
28.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1558 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1559 dwar miżuri restrittivi diretti kontra l-Iran
(C/2025/4231)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1558 (2) u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1559 (4) dwar miżuri restrittivi diretti kontra l-Iran.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati attwalment fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 267/2012 ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u l-entitajiet.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2026, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq jenħtieġ terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
Belgique/België |
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
(2) ĠU L, 2025/1558, 28.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1558/oj.
(4) ĠU L, 2025/1559, 28.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1559/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4231/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)