16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10534 – TRATON / AKTIEBOLAGET VOLVO / DAIMLER TRUCK / JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 197/06)

1.   

Fis-6 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Traton SE (“Traton”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Volkswagen AG,

—

Aktiebolaget Volvo PUBL (“Volvo”, l-Isvezja),

—

Daimler Truck AG (“Daimler Truck”, il-Ġermanja),

—

Impriża bi Sħab (“il-Kumpanija fil-Mira”, in-Netherlands).

Traton, Volvo u Daimler Truck jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Traton, ikkontrollata esklużivament minn Volkswagen AG, hija n-negozju tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja tal-grupp ta’ kumpaniji Volkswagen. Hija topera primarjament permezz tal-unitajiet operattivi tagħha MAN, Scania, Navistar u Volkswagen Caminhões e Ônibus,

—

Volvo hija attiva globalment fil-manifattura u l-bejgħ ta’ trakkijiet, karozzi tal-linja, tagħmir tal-kostruzzjoni u magni li jintużaw fuq l-awtostrada u mhux fuq l-awtostrada. Fiż-ŻEE, hija topera primarjament permezz tal-marki Volvo u Renault Trucks,

—

Daimler Truck tiffoka fuq il-manifattura u l-bejgħ ta’ trakkijiet u karozzi tal-linja bil-marki tad-ditta Mercedes-Benz u Setra fost oħrajn,

—

Il-Kumpanija fil-Mira hija impriża bi sħab għall-bini u t-tħaddim ta’ network ta’ ċċarġjar ta’ prestazzjoni għolja aċċessibbli għall-pubbliku għal batteriji ta’ trakkijiet u coaches heavy-duty elettriċi, tul u qrib awtostradi ewlenin u punti loġistiċi ta’ interess f’pajjiżi magħżula fl-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10534 – TRATON / AKTIEBOLAGET VOLVO / DAIMLER TRUCK / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).