Official Journal L 284 , 19/11/1993 P. 0025 - 0044
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0047
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0047
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/91/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE dwar il-muntaġġi interni ta' vetturi bil-mutur (identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/53/KEE [2], u b'mod partikolari, l-Artikolu 13(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE tal-21 ta' Diċembru 1977 dwar il-muntaġġi interni ta' vetturi bil-mutur (identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi) [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, Billi d-Direttiva 78/316/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li ġiet stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE; billi, b'konsegwenza, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li jirrelataw għal sistemi, komponenti u untitajiet tekniċi separati ta' vetturi għandhom japplikaw għal din id-Direttiva; Billi, b'mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jinneċessitaw li kull direttiva separata jkollha anness magħha dokument ta' informazzjoni li jinkorpora l-punti rilevanti ta' l-Anness I għal dik id-Direttiva u wkoll ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI magħha sabiex l-approvazzjoni tat-tip tista' tiġi kompjuterizzata; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-istallazzjoni ta' mezzi ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/663/KEE [5], stabbiliet is-simbolu wżat sabiex jiġi identifikat il-kontroll ta' mezzi li jinvellaw il-headlamps, u din l-identifikazzjoni għandha tinżamm; Billi l-esperjenza prattika wriet li xi ħtiġiet jeħtieġ li jiġu emendati jew ikkjarifikati, b'mod partikolari billi jintużaw simboli ġodda li huma issa internazzjonalment rikonoxxuti u standardizzati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), u billi jitħassru ċerti simboli li m'għadhomx użati aktar; billi għandu jittieħed kont tat-tekniċi ġodda ta' identifikazzjoni li għandhom jidħlu f'użu mifrux, li jikkonsistu fl-użu ta' kliem jew abbrevjazzjonijiet minflok simboli għall-kontrolli, tell-tales u indikaturi; billi ħtiġiet speċifiċi għandhom jiġu ntrodotti meta tagħrif iktar iddettaljat huwa disponibbli sabiex ikun possibbli li jsiru dissinni bbażati fuq dawn it-tekniċi ġodda ta' identifikazzjoni; Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament dwar il-Progress Tekniku stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. L-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/316/KEE għandu jiġi emendat sabiex jaqra fl-aħħar: "… linji u ta' tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija u l-makkinarju mobbli kollu." 2. Il-lista ta' l-Annessi u l-Annessi I, II, III u IV mad-Direttiva 78/316/KEE għandha tiġi emendata skond l-Anness ma' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. B'effett mill-1 ta' April 1994 l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni (l-identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u l-indikaturi): - jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura bil-mutur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi jekk il-muntaġġi interni (l-identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u l-indikaturi) jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 78/316/KEE kif emendata b'din id-Direttiva. 2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 1995 l-Istati Membri: - m'għandhomx iktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tip ta' vettura, - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta' vettura, u - jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li ma jkollhomx magħhom ċertifikat ta' konformità skond id-Direttiva 70/159/KEE għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi iinterni (l-identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u l-indikaturi) jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 78/316/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel il-31 ta' Marzu 1994. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Ottubru 1993. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Il-Viċi-President [1] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 225, 10.8.1992, p. 1. [3] ĠU L 81, 28.3.1978, p. 3. [4] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1. [5] ĠU L 366, 31.12.1991, p. 17. -------------------------------------------------- ANNESS ——— Fil-lista ta' l-Annessi:l-asteriski wara t-titoli ta' l-Annessi I sa IV u n-nota relatata fil-qiegħ tal-paġna għandhom jitħassru,it-titolu ta' l-Anness V għandu jaqra: ‘Dokument ta' informazzjoni', ufl-aħħar tal-lista, l-Anness VI ġdid għandu jiżdied, bit-titolu li ġej: ‘Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE'. L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej: Il-punt 2.1 għandu jitħassar. Il-punti 2.2 u 2.3 għandhom jerġgħu jiġu enumerati bħala 2.1 u 2.2 Il-punti 2.4 sa 2.6 għandhom jitħassru. Il-punti 2.7 sa 2.9 għandhom jerġgħu jiġu enumerati bħala 2.3 u 2.5 Il-punt il-ġdid li ġej 2.6 għandu jiżdied wara l-punt 2.5: "2.6. Il-mezz li juri l-informazzjoni. ‘Il-mezz li juri l-informazzjoni' ifisser mezz ta' wiri li jista' juri iktar minn tip wieħed ta' informazzjoni jew messaġġ." Il-punti 2.10 sa 2.20 għandhom jitħassru. Il-punt 3.1 għandu jiġi emendat sabiex jaqra: "3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta' tip ta' vettura fir-rigward ta' l-identifikazzjoni tagħha tal-kontrolli, tell-tales u ta' l-indikaturi għandha tiġi sottomessa mill-manifattur." Il-punt 3.2 għandu jiġi emendat sabiex jaqra: "3.2. Mudell għad-dokument ta' l-informazzjoni jingħata fl-Anness V." Il-punt 3.2.1 għandu jitħassar. Il-punt 4 għandu jiġi emendat sabiex jaqra: "4. L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 4.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 40/156/KEE għandha tingħata. 4.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE hu mogħti fl-Anness VI. 4.3. Numru ta' l-approvazzjoni skond l-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta' vettura approvata. L-istess Stat Membru m'għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura." Il-punt 5.1.1: L-ewwel sentenza għandha taqra kif ġej: "Meta armati, il-kontrolli, tell-tales u l-indikaturi elenkati fl-Anness II għandhom jiġu identifikati b'simboli." Il-punt 5.1.2 għandu jiġi emendat sabiex jaqra: "5.1.2. Jekk simboli huma wżati għall-identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u l-indikaturi elenkati fl-Anness III, dawn is-simboli għandhom ikunu konformi ma' dawk indikati fl-Anness imsemmi." Il-punt 5.1.3. għandu jiġi emendat sabiex jaqra: "5.1.3 Simboli minbarra dawk li jidhru fl-Annessi II u III jistgħu jintużaw sabiex jidentifikaw il-kontrolli, tell-tales u l-indikaturi, minbarra dawk elenkati f'din id-Direttiva, basta li ma hemm ebda perikolu ta' konfużjoni ma' dawk li jidhru fl-Annessi msemmija." Żid il-punti li ġejjin wara l-punt 5.1.4: "5.1.5. Mezz li juri l-informazzjoni jista' jintuża sabiex juri messaġġi minn kwalunkwe fonti li jissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin: 5.1.5.1. il-brejk, tell-tales tad-dawl ewlieni u ta' l-indikaturi ta' direzzjoni m'għandhomx jidhru fl-istess mezz li juri l-informazzjoni; 5.1.5.2. it-tell-tales u l-indikaturi f'mezz li juri l-informazzjoni għandhom jagħtu informazzjoni rilevanti kull meta titqajjem is-sitwazzjoni li ġġiegħlhom joperaw; 5.1.5.3. jekk jingħataw żewġ messaġġi jew iktar, għandhom jew jiġu ripetuti awtomatikament f'sekwenza jew jiġu ndikati b'tali mod li huma viżibbli għal u identifikabbli mis-sewwieq; 5.1.5.4. il-ħtiġiet ta' l-Anness III li jirrigwardaw il-kulur ma japplikawx għal tell-tales u indikaturi li jidhru f'mezz li juri l-informazzjoni." Il-punt 5.2.3 għandu jiġi emendat sabiex jaqra: "5.2.3. Is-simboli għandhom jidhru b'mod ċar kontra l-isfond." Il-punt 5.2.4 għandu jiġi emendat sabiex jaqra: "5.2.4. Il-kuluri wżati għal tell-tales għandhom ikunu dawk stipulati fl-Annessi II u III." Il-punt l-ġdid li ġej 5.2.5 għandu jiżdied wara l-punt 5.2.4: "5.2.5. Meta kontroll, indikatur jew tell-tale huma kkombinati, simbolu komuni jista' jintuża għal din il-kombinazzjoni." Il-punti (6) u (7) bejn il-parentesi għandhom jiġu emendati sabiex jaqraw: "6. EMENDI GĦAL APPROVAZZJONIJIET 6.1. Fil-każ ta' emendi għal approvazzjonijiet mogħtija skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw. 7. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 7.1. Miżuri sabiex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE." Il-punti (8) u (9) fil-parentesi għandhom jitħassru. L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej: In-noti minn (a) sa (e) għandhom jitħassru. Is-sentenza l-ġdida li ġejja għandha tiġi inserita taħt l-intestatura: "(Is-simboli huma skond ir-raba' edizzjoni ta' l-Istandard Internazzjonali ISO 2575 – 1982-11-15.)" Is-simboli li jidhru fil-Figuri 1 sa 29 għandhom jiġu sostitwiti b'dawk li jidhru fil-Figuri 1 sa 23 kif ġej: " +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ " Anness III għandu jiġi emendat kif ġej: In-nota għandha titħassar. Is-sentenza l-ġdida li ġejja għandha tiġi inserita taħt l-intestatura: "(Is-simboli huma skond ir-raba' edizzjoni ta' l-Istandard Internazzjonali ISO 2575, 1982-11-15.)" Is-simboli li jidhru fil-Figuri 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b'dawk li jidhru fil-Figuri 1 sa 11 taħt: " +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ " Anness V għandu jitħassar u għandu jiġi sostitwit bl-Anness V li ġej. L-Anness sussegwenti VI l-ġdid għandu jiżdied. ANNESS V +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ ANNESS VI +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------