30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 12/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ''l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/122/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttivi tal-Kunsill 71/307/KEE (3), 72/276/KEE (4) u 75/36/KEE (5) tneħħew fl-UE u għalhekk għandhom jitneħħew skont il-Ftehim.

(4)

Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni 87/142/KEE (6) u 87/185/KEE (7) jirriferu għal atti li spiċċaw u għalhekk għandhom jitneħħew skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XI tal-Anness II tal-Ftehim se jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punti 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 71/307/KEE), 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/276/KEE), 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/36/KEE), 5 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 87/142/KEE) u 6 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 87/185/KEE) għandu jitħassar.

2.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 4a (id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0122: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/122/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 242, 15.9.2009, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/122/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 277, 21.10.2010, p. 36.

(2)   ĠU L 242, 15.9.2009, p. 14.

(3)   ĠU L 185, 16.8.1971, p. 16.

(4)   ĠU L 173, 31.7.1972, p. 1.

(5)   ĠU L 14, 20.1.1975, p. 15.

(6)   ĠU L 57, 27.2.1987, p. 52.

(7)   ĠU L 75, 17.3.1987, p. 28.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.