02007D0025 — MT — 16.12.2020 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-22 ta' Diċembru 2006 fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 008 13.1.2007, p. 29) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 344 |
50 |
28.12.2007 |
||
|
L 4 |
15 |
8.1.2009 |
||
|
L 291 |
27 |
7.11.2009 |
||
|
L 316 |
10 |
2.12.2010 |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Mejju 2012 |
L 123 |
42 |
9.5.2012 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-31 ta’ Ottubru 2013 |
L 293 |
40 |
5.11.2013 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2225 tat-30 ta' Novembru 2015 |
L 316 |
14 |
2.12.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2410 tal-20 ta' Diċembru 2017 |
L 342 |
13 |
21.12.2017 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1687 tas-7 ta' Novembru 2018 |
L 279 |
36 |
9.11.2018 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2214 tal-20 ta’ Diċembru 2019 |
L 332 |
166 |
23.12.2019 |
|
|
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2107 tal-14 ta’ Diċembru 2020 |
L 425 |
103 |
16.12.2020 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Diċembru 2006
fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/25/KE)
Artikoli 1
Moviment mill-pajjiżi terzi
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mill-pajjiżi terzi ta' l-għasafar tad-dar ħajjin mill-pajjiżi terzi biss fejn il-konsenja ikun fiha mhux iktar minn ħames għasafar u:
l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti A ta' l-Anness I; jew
l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti B ta' l-Anness I fuq kundizzjoni li l-għasafar;
inżammu iżolati għal 30 jum qabel l-esportazzjoni fil-post tat-tluq f’pajjiż terz elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I jew il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 ( 1 ), jew
jinżammu fi kwarantina għal 30 jum wara l-importazzjoni fl-Istat Membru destinatarju f'postijiet approvati skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 ( 2 ), jew
ikunu tlaqqmu fl-aħħar sitt xhur u sa mhux aktar tard minn 60 jum qabel it-tluq mill-pajjiż terz, u f'mill-inqas okkażjoni waħda jkunu tlaqqmu mill-ġdid kontra l-influwenza tat-tjur tas-sottotipi H5 u H7; il-vaċċini użati jridu jkunu approvati għall-ispeċi kkonċernata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, jew
ikunu nżammu f'iżolament għal mill-inqas 10 ijiem qabel l-esportazzjoni u jkun sarilhom test biex jiġi individwat l-antiġen jew il-ġenoma H5 u H7 tal-influwenza tat-tjur kif stabbilit fil-Kapitolu dwar l-influwenza tat-tjur tal-Manwal ta' Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri, kif aġġornat b'mod regolari mill-OIE, imwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel it-tielet jum ta' iżolament, u
jiġu ttrasferiti f'dar privata jew f'residenza oħra fl-Unjoni u fil-perjodu ta' 30 jum wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni ma jkunux jistgħu jiddaħħlu f'wirjiet, f'fieri, f'eżebizzjonijiet jew f'raggruppamenti oħra ta' għasafar, bl-eċċezzjoni tal-movimenti f'faċilità approvata għall-kwarantina wara l-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni kif imsemmi fil-punt (ii).
Artikolu 2
Kontrolli veterinarji
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-moviment lejn it-territorju Komunitarju ta' għasafar li jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom minn Andorra, ►M6 ————— ◄ il-Gżejjer Faeroe, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monako, in-Norveġja, San Marino, l-Iżvizzera u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 5
Id-Deċiżjoni 2005/759/KE hija revokata.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika ►M12 sal-31 ta’ Diċembru 2021 ◄ .
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PARTI A
Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(a):
PARTI B
Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(b):
ANNESS II
ANNESS III
DIKJARAZZJONI
Jiena, is-sid ( 4 )/persuna responsabbli għall-għasfur (għasafar) f’isem is-sid (4) hawn taħt sottoskritt niddikjara:
L-għasfur (għasafar) qiegħed (qegħdin) jakkumpanja(w) il-persuna sottosrkritta u mhux (mhumiex) maħsub(a) li jinbiegħ(u) jew li jiġi(u) trasferit(i) lil sid ieħor.
L-għasfur (għasafar) se jibqa’ (jibqgħu) taħt ir-responsabbiltà tal-persuna sottoskritta matul il-ġarr mhux kummerċjali tiegħu/tagħhom.
Waqt il-perjodu ta’ bejn l-ispezzjoni veterinarja ta’ qabel il-ġarr u t-tluq attwali l-għasfur (għasafar) jibqa’ (jibqgħu) iżolat(i) minn kull possibiltà ta’ kuntatt ma’ għasfur (għasafar) ieħor (oħra).
|
(4) jew |
[L-għasfur (għasafar) ġie/ġew iżolat(i) fil-bini għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data tad-dispaċċ mingħajr ma ġie/ġew f’kuntatt ma’ kwalunkwe għasfur (għasafar) ieħor/oħra.] |
|
(4) jew |
L-għasfur (għasafar) wettaq/wettqu l-iżolament ta’ qabel il-ġarr ta’ 10 ijiem.] |
|
(4) jew |
[Għamilt l-arranġamenti għall-kwarantina ta’ wara l-introduzzjoni ta’ 30 jum tal-għasfur (għasafar) fil-bini tal-kwarantina ta’ , kif indikat fiċ-Ċertifikat korrispondenti kif ukoll;] |
L-għasfur (għasafar) irid(u) jiġi/jiġu ttrasferit(i) f'dar privata jew f'residenza oħra fl-Unjoni u fil-perjodu ta' 30 jum wara d-dħul tiegħu/tagħhom fl-Unjoni ma jistax/jistgħux jiddaħħal/jiddaħħlu f'wirjiet, f'fieri, f'eżebizzjonijiet jew f'raggruppamenti oħra ta' għasafar, bl-eċċezzjoni tal-movimenti f'faċilità approvata ta' kwarantina wara d-dħul tiegħu/tagħhom fl-Unjoni.
|
|
|
|
(Data u Post) |
(Firma) |
( 1 ) ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.
( 2 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta' Jannar 2013 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).
( 4 ) Żomm kif xieraq.