31992R0305



Official Journal L 032 , 08/02/1992 P. 0015 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0133
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0133


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 305/92

tas-7 ta’ Frar 1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 410/90 li jipprovdi għal-livelli ta’ kwalità għall-frott tal-kiwi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħaxix u frott [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1623/91 [2], u b’mod partikolari fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu2(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 410/90 [3] jipprovdi għal-livelli ta’ kwalità għall-frott tal-kiwi;

Billi, xi ftit mill-provvedimenti huma differenti f’verżjonijiet differenti tal-lingwi; billi, dawn il-provvedimenti għandhom ikunu emendati kif meħtieġ;

Billi, sabiex iġibu l-livelli ta’ kwalità għall-frott tal-kiwi indaqs mal-livelli l-oħra tal-KEE għall-ħaxix u l-frott għandhom isiru emendi li jikkonċernaw "iż-żamma tal-kwalità", "il-qies" u "l-kejl";

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħaxix u l-Frott,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 410/90 huwa emendat kif ġej:

1. fil-parti II "provvedimenti li jikkonċernaw il-kwalità", taħt il-punt B "Klassifikazzjoni", ghandhom isiru s-segwenti modifikazzjonijiet:

(a) f’(i) il-klassi "Żejda", taqsima 2 hija mibdula bis-sezzjoni li ġejja:"Għandhom ikunu ħielsa minn difetti b’eċċezzjoni ta’ deterjorazzjoni superfiċjali ħafifa ħafna, sakemm din ma taffettwax il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u d-dehra ġenerali tal-prodott jew il-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett."

(b) f’(ii)

"Klassi I"

, it-tielet taqsima għandha, fil-verżjonijiet tal-lingwi kollha, tinqara’ kif ġej:

"Għandhom jippreżentaw il-karatteristiċi tal-varjetà. Id-difetti ħfief li ġejjin, madanakollu, jistgħu jitħallew sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni tal-pakkett:

- difett ħafif fil-forma (madankollu ħieles minn nefħiet jew malformazzjonijiet);

- difett ħafif fil-lewn;

- difetti superfiċjali fil-qoxra, basta li l-ispazju totali effettwat ma jkunx iktar minn 1 ċm2;

- "Hayward mark" żgħira qisha linja fit-tul u mingħajr qbiż ’il barra."

(ċ) fi (iii)

"Klassi II"

, taqsima 3 ir-raba’ inċiż għandha tinqara kif ġej:

"— "Hayward marks" ħafna iktar qawwija bi qbiż il-barra ħafif,"

2. fil-parti III

"Provvedimenti li jikkonċernaw il-kejl"

, l-ewwel sezzjoni, għandha tinqara’ kif ġej:

"Il-qies huwa stabbilit mill-piż tal-frott".

3. Fil-parti V "Provvedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-preżentazzjoni" il-modifikazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu magħmula:

(a) taħt il-punt A. "Uniformità", l-ewwel sezzjoni għandha tinqara kif ġej:"Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jżomm biss frott tal-kiwi ta’ l-istess oriġini, varjetà, kwalità u qies".

(b) taħt il-punt B. "L-Imballaġġ", it-tielet taqisma għandha tinqara’ kif ġej:"Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materjal barrani"

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Frar 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1.

[2] ĠU L 150, tal-15.6.1991, p. 8.

[3] ĠU L 43, tas-17.2.1990, p. 22.

--------------------------------------------------