|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3750 |
14.7.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1707, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1710 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
(C/2026/3750)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1707 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1710 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2024/2642 jirrikjedi li dik il-persuna għandha tirrapporta, fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilha, huma proprjetà tagħha, jinżammu jew huma kkontrollati minnha, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Trid tikkoopera mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni. Nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
Jeħtieġ li l-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/2642 (5).
(1) ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.
(2) ĠU L, 2026/1707, 13.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1707/oj.
(3) ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.
(4) ĠU L, 2026/1710, 13.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1710/oj.
(5) L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fi EUR-Lex - 02024R2642-20260421 - EN - EUR-Lex.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3750/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)