European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5526

23.9.2024

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5526)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2024) 6363

is-16 ta’ Settembru 2024

Triossidu tal-kromu (Nru tal-KE 215–607–8; Nru tal-CAS 1333-82-0)

Talleres Aykrom, S.A., Calle Miravalles, nru 37, 01013, Vitoria-Gasteiz, Spanja

REACH/24/42/0

L-ipplejtjar funzjonali bil-krom tar-rombli korrugati, tal-pjanċi industrijali u tal-partijiet tal-għodda tal-manifattura meħtieġa fis-setturi industrijali differenti biex jiġu ssodisfati l-ebusija, ir-reżistenza għat-tkagħbir bl-użu, ir-reżistenza għall-korrużjoni, il-kundizzjoni tajba tas-superfiċe, il-koeffiċjent tal-frizzjoni baxx u r-rekwiżiti tal-adeżjoni tal-kisi.

31 ta’ Diċembru 2028

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għal saħħet il-bniedem u tal-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġiji alternattiva adattati.


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5526/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)