|
4.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 31/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/193
tat-3 ta' Frar 2017
li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-annotazzjonijiet għall-Ukrajna fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-introduzzjoni ta' ċerti prodotti lejn l-Unjoni hija awtorizzata fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2), 25(2) u 28(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (3) tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' kunsinni tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tagħha. |
|
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati, sakemm dawk il-prodotti jkunu konformi mat-trattament imsemmi f'dik il-lista. Fejn pajjiżi terzi huma reġjonalizzati għall-finijiet tal-inklużjoni f'dik il-lista, it-territorji reġjonalizzati tagħhom huma stabbiliti fil-Parti I ta' dak l-Anness. |
|
(3) |
Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta' dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi minn “B” sa “F”, elenkati mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur. Dan jistipula li dawk il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
|
(5) |
Ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008 iqisu jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-istat tal-mard f'dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti, inkluż it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar għall-mard tat-tjur differenti, kif xieraq. Dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjaw il-prodotti għall-importazzjonijiet u t-tranżitu fl-Unjoni, huma stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment jitqies ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI). |
|
(6) |
L-Ukrajna hija elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż terz li minnu d-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati ta' tjur, annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija, annimali ratiti mrobbija u għasafar tal-kaċċa selvaġġi li jkunu ġew soġġetti għal trattament mhux speċifiku “A” huma awtorizzati għat-territorju kollu tiegħu. |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-Ukrajna hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati fit-territorju kollu tiegħu, l-importazzjonijiet u t-tranżitu fl-Unjoni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur. |
|
(8) |
Fit-30 ta' Novembru 2016, l-Ukrajna kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-territorju tagħha u għalhekk ma tistax tibqa' titqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. L-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna, għalhekk, m'għadhomx jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(9) |
Sussegwentement, fl-4 ta' Jannar 2017, l-Ukrajna kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fi stabbilimenti f'żewġ reġjuni oħra fit-territorju tagħha. L-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna kkonfermaw li huma implimentaw politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha. |
|
(10) |
L-Ukrajna ppreżentat informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħha u l-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI u dik l-informazzjoni issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-garanziji pprovduti mill-Ukrajna, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur lejn iż-żona affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur fl-Unjoni. |
|
(11) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, il-prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati miksuba minn tjur, annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija, u għasafar tal-kaċċa selvaġġi miż-żona tal-Ukrajna milquta mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali, għallinqas għandu jsirilhom it-trattament “D” kif elenkat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 u d-Deċiżjoni 2007/777/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
ANNESS I
(1)
Fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/777/KE, l-annotazzjoni li ġejja għall-Ukrajna tiddaħħal bejn l-annotazzjoni għar-Russja u l-annotazzjoni għall-Istati Uniti:|
Pajjiż |
Territorju |
Deskrizzjoni tat-territorju |
|
|
Kodiċi ISO |
Verżjoni |
||
|
“L-Ukrajna |
UA |
01/2016 |
Il-pajjiż kollu |
|
UA-1 |
01/2016 |
Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna, ħlief iż-żona UA-2 |
|
|
UA-2 |
01/2016 |
It-territorji tal-Ukrajna deskritti taħt UA-2 fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, soġġetta għad-dati msemmija fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella.”; |
|
(2)
Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-annotazzjoni għall-Ukrajna tinbidel b'dan li ġej:|
Kodiċi ISO |
Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu |
|
Annimal domestiċi ovini/kaprini |
|
Annimali domestiċi solipedi |
|
Annimali ratiti mrobbija |
Fniek domestiċi u liebri mrobbija |
Annimali tal-kaċċa salvaġġi (minbarra l-ħnieżer) |
Ħnieżer salvaġġi |
Annimali salvaġġi solipedi |
Leporidae salvaġġi (fniek u liebri) |
Għasafar tal-kaċċa salvaġġi |
Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (ħlief għall-ungulati, għas-solipedi u għal-leporidae) |
||||||||||||
|
“UA |
L-Ukrajna UA |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
|
L-Ukrajna UA-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
|||||||||||||
|
L-Ukrajna UA-2 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX” |
ANNESS II
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Ukrajna tinbidel b'dan li ġej:
|
Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kompartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur |
Status tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur |
Status tal-kontroll tas-salmonella (6) |
||
|
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data ta' għeluq (1) |
Data tal-ftuħ (2) |
|||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6B |
7 |
8 |
9 |
|
“UA — L-Ukrajna |
UA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP, E |
|
|
|
|
|
|
|
|
UA-1 |
Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna minbarra ż-żona UA-2 |
WGM |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
POU, RAT |
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
UA-2 |
Iż-żona tal-Ukrajna li tikkorrispondi għal: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
UA-2.1 |
Kherson Oblast (reġjun) |
WGM |
|
P2 |
30.11.2016 |
|
|
|
|
|
|
POU, RAT |
|
P2 |
30.11.2016 |
|
|
|
|
|||
|
UA-2.2 |
Odessa Oblast (reġjun) |
WGM |
|
P2 |
4.1.2017 |
|
|
|
|
|
|
POU, RAT |
|
P2 |
4.1.2017 |
|
|
|
|
|||
|
UA-2.3 |
Chernivtsi Oblast (reġjun) |
WGM |
|
P2 |
4.1.2017 |
|
|
|
|
|
|
POU, RAT |
|
P2 |
4.1.2017” |
|
|
|
|
|||