<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑104/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0104</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2316">EU:C:2014:2316</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20141023">23.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑104/13</P><P>OLAINFARM</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Politika industrijali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(3)(i)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li, mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, jiġu annessi r-riżultati tat-testijiet farmaċewtiċi, prekliniċi u kliniċi</KEYWORD><KEYWORD>Derogi li jirrigwardaw it-testijiet prekliniċi u kliniċi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali ġeneriċi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>prodott mediċinali ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Dritt suġġettiv tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ta’ referenza li jikkontesta l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ġeneriku ta’ dan l-ewwel prodott mediċinali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10a</KEYWORD><KEYWORD>Prodott mediċinali li l-użu mediku tas-sustanzi attivi tiegħu ilu stabbilit sew fl-Unjoni Ewropea għal mill-inqas għaxar snin</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li jintuża prodott mediċinali li l-awtorizzazzjoni tiegħu ngħatat fid-dawl tad-deroga prevista fl-Artikolu 10a bħala prodott mediċinali ta’ referenza sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ medikament ġeneriku</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑104/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākās Tiesas Senāts (il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20130304">4 ta’ Marzu 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Olainfarm AS</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Latvijas Republikas Veselības ministrija,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Zāļu valsts aģentūra,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Grindeks AS,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, A. Rosas, E. Juhász u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Olainfarm AS, minn M. Grudulis, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Grindeks AS, minn J. Bundulis, bħala president tal-bord tad-diretturi, assistit minn D. Lasmanis, avukat, u minn L. Jāgere u Z. Sedlova,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kalniņš u M. Ošleja, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn M. Linntam, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita inizjalment minn G. De Socio, sussegwentement minn G. Fiengo, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Sipos, A. Sauka u M. Šimerdová, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20140520">20 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="324" PAGE.FIRST="121" DATE.PUB="2007">ĠU L 324, p. 121</REF.DOC.OJ>, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="087" PAGE.FIRST="174" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 87, p. 174</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 2001/83<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Olainfarm AS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Olainfarm<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u, min-naħa l-oħra, il-Latvijas Republikas Veselības ministrija (Ministeru tas-Saħħa tar-Repubblika tal-Latvja) u z-Zāļu valsts aģentūra (Aġenzija nazzjonali tal-prodotti mediċinali) dwar deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tagħti lil Grindeks AS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Grindeks<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ATS<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) għal prodott mediċinali ġeneriku ta’ prodott mediċinali ta’ referenza li għalih Olainfarm hija d-detentur ta’ ATS.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/83 tinkludi l-premessi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-għan ewlieni tar-regoli kollha dwar il-produzzjoni, distribuzzjoni u użu ta’ prodotti mediċinali għandu jkun il-protezzjoni tas-saħħa pubblika.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-għan għandu jinkiseb b’mezzi li ma jtellfux l-iżvilupp ta’ l-industrija farmaċewtika jew il-kummerċ fi prodotti mediċinali fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>L-esperjenza wriet li jkun rakkomandabbli li jkunu stipulati b’mod aktar preċiż il-każijiet fejn ir-riżultati ta’ testijiet tossikoloġiċi u farmakoloġiċi jew provi kliniċi m’hemmx għalfejn ikunu provduti sabiex tkun miksuba l-awtorizzazzjoni għal prodott mediċinali li huwa essenzjalment l-istess bħal prodott awtorizzat, filwaqt li jkun żgurat li ditti innovattivi ma jitqiegħdux fi żvantaġġ.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Madankollu, hemm raġunijiet ta’ politika pubblika [ordni pubbliku] biex ma jsirux testijiet ripetittivi fuq bnedmin jew annimali mingħajr xi raġuni li tisboq kull kawża oħra.</TXT></NP></CONSID><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 14 tad-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li temenda d-Direttiva 2001/83 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262), taqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Minħabba li l-mediċini ġeneriċi jammontaw għall-parti prinċipali tas-suq fi prodotti mediċinali, l-aċċess tagħhom għas-suq tal-Komunità għandu jiġi faċilitat fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba. [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-ebda prodott mediċinali mediċinali ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru jekk ma tkunx inħarġet [ATS] mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skond din id-Direttiva jew jekk ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229)] [...]</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Biex tinkiseb [ATS] ta’ prodott mediċinali minkejja l-proċedura stabbilita mir-[Regolament Nru 726/2004], applikazzjoni għandha tkun magħmula lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-applikazzjoni għandu jkollha magħha id-dettalji u d-dokumenti li ġejjin, sottomessi skont l-Anness I:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>Ir-riżultati ta’:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>testijiet farmaċewtiċi (fiżiko-kimiċi, bijoloġiċi jew mikrobijoloġiċi),</P></ITEM><ITEM><P>testijiet pre-kliniċi (tossikoloġiċi u farmakoloġiċi[)],</P></ITEM><ITEM><P>provi kliniċi;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/83 tipprevedi ċerti derogi mill-obbligu hekk stabbilit fl-Artikolu 8(3)(i) tagħha, b’mod partikolari fl-Artikoli 10 u 10a tagħha, li jaqraw kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="010"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Artikolu 10</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-Artikolu 8(3)(i), u mingħajr preġudizzju għal-liġi li tirrelata mal-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali, l-applikant ma għandux ikun meħtieġ li jipprovdi r-riżultati ta’ testijiet pre-kliniċi u ta’ provi kliniċi jekk huwa jkun jista’ juri li l-prodott mediċinali huwa ġeneriku tal-prodott mediċinali ta’ referenza li huwa jew li kien awtorizzat skont l-artikolu 6 għal mhux anqas minn 8 snin fi Stat Membru jew fil-Komunità.</ALINEA><ALINEA>Prodott ġeneriku mediċinali awtorizzat skont din id-disposizzjoni ma għandux jitqiegħed fis-suq sakemm ma jkunux għaddew għaxar snin mill-awtorizzazzjoni inizjali tal-prodott ta’ referenza.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA>Il-perjodu ta’ għaxar snin imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi mtawwal għal massimu ta’ ħdax-il sena jekk, matul l-ewwel tmin snin ta’ dawk l-għaxar snin, id-detentur ta’ l-[ATS] jikseb awtorizzazzjoni għal indikazzjoni waħda jew aktar terapewtika ġdida li, matul il-valutazzjoni xjentifika qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom, ikunu kunsidrati li jkunu ta’ benefiċċju sinifikanti kliniku meta mqabbla ma’ terapiji eżistenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>prodott mediċinali ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>; għandha tfisser prodott mediċinali awtorizzat taħt l-Artikolu 6, skont id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>prodott ġeneriku mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>; għandha tfisser prodott mediċinali li jkollu l-istess komposizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva f’sustanzi attivi u l-istess forma farmaċewtika bħal dik tal-prodott ta’ referenza, u li l-bioekwivaleza tiegħu mal-prodott mediċinali ta’ referenza tkun ġiet murija permezz ta’ studji xierqa ta’ bijodisponibilità. L-imluħ differenti, esteri, eteri, isomeri, taħliet ta’ isomeri, komplessi jew derivattivi ta’ sustanza attiva għandhom jitqiesu li jkunu l-istess sustanza attivi, kemm-il darba ma jkunux ivarjaw sinjifikament fil-proprjetajiet fir-rigward ta’ sigurezza u/jew effikaċja. F’dawk il-każi, informazzjoni addizzjonali li tipprovdi prova tas-sigurezza u/jew effikaċja ta’ l-imluħ varji, esteri jew derivattivi ta’ sustanza attiva awtorizzata għandha tiġi provduta mill-applikant. Il-forom farmaċewtiċi orali varji ta’ rilaxx immedjat għandhom jitqiesu li jkunu l-istess forma farmaċewtika. Mhux meħtieġ li l-istudji ta’ bijodisponibilità jiġu meħtieġa mill-applikant jekk huwa jkun jista’ juri li prodott ġeneriku mediċinali jkun jikkonforma mal-kriterji relevanti kif definiti fil-linji gwida dettaljati xierqa.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>B’żieda mad-disposizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, fejn issir applikazzjoni għal indikazzjoni ġdida għal sustanza ben stabbilita, għandu jingħata perjodu mhux kumulattiv ta’ sena ta’ informazzjoni esklussiva, kemm-il darba studji pre-kliniċi u kliniċi kienu twettqu b’relazzjoni ma’ l-indikazzjoni l-ġdida.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>It-twettiq ta’ l-istudji meħtieġa u l-provi bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 3 u 4 u l-ħtiġiet prattiċi konsegwenzali ma għandux jitqies bħala kuntrarju għad-drittijiet tal-patenti [tal-privattivi] jew għaċ-ċertifikati supplementari ta’ protezzjoni għal prodotti mediċinali.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><?PAGE NO="5"?><ARTICLE IDENTIFIER="010A"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 10a</HT></TI.ART><ALINEA>B’deroga mill-Artikolu 8(3)(i), u mingħajr preġudizzju għal-liġi li tirrelata mal-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali, l-applikant ma għandux ikun meħtieġ li jipprovdi r-riżultati tat-testijiet pre-kliniċi jew tal-provi kliniċi jekk huwa jkun jista’ jipprova li s-sustanzi attivi tal-prodott mediċinali jkunu f’użu mediċinali ben stabbilit ġewwa l-Komunità għal tal-anqas għaxar snin, b’effikaċja rikonoxxuta u livell aċċettabbli ta’ sigurezza skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness I. F’dak il-każ ir-riżultati tat-testijiet u l-provi għandhom jiġu sostitwiti bil-lettaratura xjentifika adatta.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>It-Titolu 1 tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2001/83 jikkonċerna r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-fajls ta’ ATS sottomessi skont l-Artikolu 10a tagħha. Dan it-titolu jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għal prodotti mediċinali li s-sustanza(i) attiva tagħhom għandha/għandhom <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>użu stabbilit tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> kif imsemmi fl-Artikolu [10a], b’effiċjenza rikonoxxuta u livell aċċettabbli ta’ sigurtà, ir-regoli speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw.</P><P>L-applikant għandu jissottometti l-Moduli 1, 2 u 3 [(li jirrigwardaw l-informazzjoni amministrattiva, il-ġabriet fil-qosor u l-informazzjoni kimika, farmaċewtika u bioloġika għal prodotti mediċinali li jikkontjenu sustanzi attivi kimiċi u/jew bioloġiċi, rispettivament)] kif deskritt fil-parti I ta’ dan l-Anness.</P><P>Għall-Moduli 4 u 5 [li jirrigwardaw ir-rapporti mhux kliniċi u r-rapporti ta’ studji kliniċi, rispettivament], bibliografija xjentifika dettaljata għandha tindirizza karatteristiċi mhux kliniċi u kliniċi.</P><P>Ir-regoli speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw sabiex jintwera l-użu mediċinali stabbilit tajjeb:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Fatturi li għandhom jitqiesu sabiex jiġi stabbilit użu mediċinali stabbilit tajjeb ta’ kostitwenti ta’ prodotti mediċinali huma:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-ħin li tulu ġiet użata sustanza,</P></ITEM><ITEM><P>aspetti kwantitattivi ta’ l-użu tas-sustanza,</P></ITEM><ITEM><P>il-grad ta’ interess xjentifiku fl-użu tas-sutanza (rifless fil-litteratura xjentifika ppubblikata) u</P></ITEM><ITEM><P>il-koerenza ta’ stimi xjentifiċi.</P></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Id-dokumentazzjoni sottomessa mill-applikant għandha tkopri l-aspetti kollha ta’ l-istima ta’ sigurtà u/jew effiċjenza u għandha tinkludi jew tirreferi għal reviżjoni tal-litteratura rilevanti, b’kont meħud ta’ studji qabel u wara t-tqegħid fis-suq u litteratura xjentifika ppubblikata li tikkonċerna esperjenza fil-forma ta’ studji epidemoloġiċi u b’mod partikolari ta’ studji epidemoloġiċi komparattivi. Id-dokumentazzjoni kollha, kemm favorevoli kif ukoll mhux favorevoli, għandha tiġi kkomunikata. Fir-rigward tad-disposizzjonijiet dwar <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>użu mediċinali stabbilit tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> huwa b’mod partikolari neċessarju li jiġi kkjarifikat li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>referenza biografika [bibliografika]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> għal fonti oħra ta’ evidenza (studji wara t-tqegħid fis-suq, studji epidemoloġiċi, eċċ.) u mhux biss data relatata għal testijiet u provi jistgħu iservu bħala prova valida ta’ sigurtà u effiċjenza ta’ prodott fil-każ li applikazzjoni tispjega u tiġġustifika l-użu ta’ dawn il-fonti ta’ informazzjoni b’mod soddisfaċenti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Latvjan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-derogi stabbiliti fl-Artikolu 10 u 10a tad-Direttiva 2001/83 ġew trasposti fid-dritt Latvjan fl-Artikolu 28 tad-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri Nru 376, tad-<DATE ISO="20060509">9 ta’ Mejju 2006</DATE>, dwar il-proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ prodotti mediċinali (Ministru kabineta <DATE ISO="20060509">2006. gada 9. maija</DATE> noteikumi Nr. 376 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Zāļu reģistrēšanas kārtība<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar l-ispiżerija (Farmācijas likuma) tipprovdi fl-Artikolu 31 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Ir-reġistrazzjoni ta’ prodotti mediċinali għandha tiġi sospiża jew annullata:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>jekk tiġi pprovduta informazzjoni falza jew jekk l-informazzjoni li tinsab fil-fajl sottomess għar-reġistrazzjoni tkun inkompleta, jew jekk il-verifiki tal-prodott mediċinali u tal-komponenti tiegħu ma jkunux twettqu f’konformità mal-informazzjoni li tinsab fil-fajl sottomess għar-reġistrazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>jekk ikun hemm deċiżjoni ġudizzjarja dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>jekk il-fajl sottomess għar-reġistrazzjoni tal-prodott mediċinali ma jkun konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-[Unjoni];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-2003, Olainfarm irreġistrat il-prodott mediċinali NEIROMIDIN fil-Latvja, abbażi tad-dispożizzjonijiet legali li dak iż-żmien kienu applikabbli f’dan l-Istat Membru, li kienu jikkorrispondu biss parzjalment għad-dritt Komunitarju li kien fis-seħħ dak iż-żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-2008, Olainfarm kisbet ATS għal dan il-prodott mediċinali fl-imsemmi Stat Membru skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2001/83, billi din il-kumpannija pprovat li l-użu mediku tas-sustanzi attivi tal-imsemmi prodott mediċinali kien ilu stabbilit sew fil-Komunità għal mill-inqas għaxar snin.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-2011, Grindeks kisbet ATS mingħand iz-Zāļu valsts aģentūra għal prodott mediċinali ġeneriku, l-IPIDAKRINE-GRINDEKS, filwaqt li fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tagħha semmiet in-NEIROMIDIN bħala prodott ta’ referenza fis-sens tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Olainfarm ikkontestat din l-ATS tal-aħħar mal-Latvijas Republikas Veselības ministrija u talbet l-annullament tagħha, billi sostniet li l-fajl sottomess għar-reġistrazzjoni tal-prodott ta’ referenza ma kienx konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ATS ta’ prodott mediċinali ġeneriku. Dan l-ilment ġie miċħud għar-raġuni li d-detentur tal-ATS ta’ prodott mediċinali ta’ referenza ma għandux dritt suġġettiv li jippermettilu jikkontesta l-ATS mogħtija għal prodott mediċinali ġeneriku tal-imsemmi prodott mediċinali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Sussegwentement, Olainfarm ippreżentat rikors ġudizzjarju għall-annullament tal-ATS tal-IPIDAKRINE-GRINDEKS.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, Olainfarm issostni li, bħala manifattur tal-prodott ta’ referenza, hija għandha dritt suġġettiv li jippermettilha tikkontesta l-vantaġġ illegali li, skontha, ingħata lill-manifattur tal-prodott mediċinali ġeneriku kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fuq il-mertu, Olainfarm tqis li prodott mediċinali li kien is-suġġett ta’ ATS b’applikazzjoni tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2001/83 ma jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>prodott mediċinali ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) ta’ din id-direttiva. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata strettament, b’mod li jistgħu biss jikkostitwixxu prodotti mediċinali ta’ referenza dawk li l-ATS tagħhom tkun ingħatat b’osservanza tal-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, fosthom is-sottomissjoni tar-riżultati ta’ studji prekliniċi u kliniċi skont l-Anness I tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-konvenuti fil-kawża prinċipali u Grindeks isostnu li l-għoti ta’ ATS għal prodott mediċinali ġeneriku ma jiksirx id-drittijiet tal-manifattur tal-prodott mediċinali ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-għoti tal-ATS tal-IPIDAKRINE-GRINDEKS huwa leġittimu, għaliex, fid-dawl tat-tieni ATS mogħtija fl-2008 għan-NEIROMIDIN b’mod konformi mad-Direttiva 2001/83, ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet sabiex dan il-prodott mediċinali tal-aħħar ikun jista’ jintuża bħala prodott mediċinali ta’ referenza minn kwalunkwe manifattur ta’ prodotti mediċinali, ikun min ikun, b’applikazzjoni tal-Artkolu 10 ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, Grindeks issostni li l-perijodu ta’ protezzjoni tad-data li minnu kienet tibbenefika Olainfarm għall-prodott mediċinali ta’ referenza kkonċernat skada. Barra minn hekk, fid‑dawl tal-impossibbiltà li jinkisbu diversi ATS għall-istess prodott mediċinali, huwa inutli li l-manifattur tal-prodott mediċinali ta’ referenza jwettaq testijiet prekliniċi u kliniċi mill-ġdid, u jippretendi li jibbenefika minn perijodu ġdid ta’ protezzjoni, liema perijodu jikkonċerna biss is-sustanzi attivi verament ġodda u jista’ jinkiseb darba biss.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, iz-Zāļu valsts aģentūra tirreferi għall-punt 5.3.1 tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikati matul ix-xahar ta’ Novembru 2005 fil-kuntest tad-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Notice to applicants Volume 2A Procedures for marketing authorisation Chapter 1 Marketing Authorisation<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (Avviż lill-applikanti, Volum 2A, Proċeduri għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, Kapitolu 1, Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq), li skontu l-prodott mediċinali ta’ referenza għandu jiġi rreġistrat skont l-Artikoli 8(3), 10a, 10b jew 10c tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li minn din id-direttiva ma jirriżultax ċar li l-manifattur tal-prodott mediċinali ta’ referenza għandu dritt suġġettiv li jippermettilu jikkontesta l-għoti ta’ ATS għal prodott mediċinali ġeneriku u lanqas li prodott mediċinali li kien is-suġġett ta’ ATS b’applikazzjoni tal-Artikolu 10a tal-imsemmija direttiva jista’ jintuża bħala prodott mediċinali ta’ referenza bil-għan li tinkiseb ATS għal prodott mediċinali ġeneriku.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Augstākās Tiesas Senāts (Senat tal-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 jew xi dispożizzjoni oħra tad-Direttiva 2001/83 [...] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-manifattur ta’ prodott mediċinali [A, irreġistrat fuq talba ta’ dan tal-aħħar] għandu dritt suġġettv li jappella minn deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li permezz tagħha jiġi rreġistrat prodott mediċinali ġeneriku ta’ manifattur ieħor ta’ prodotti mediċinali, fejn bħala prodott mediċinali ta’ referenza jintuża l-[imsemmi] prodott mediċinali [A]? Fi kliem ieħor, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet imsemmija tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, minn din id-direttiva jirriżulta li l-manifattur tal-prodott mediċinali ta’ referenza għandu dritt għal protezzjoni ġudizzjarja bil-għan li jiġi eżaminat jekk il-manifattur tal-prodott mediċinali ġeneriku għamilx referenza b’mod legali u ġustifikat għall-prodott mediċinali rreġistrat tal-manifattur tal-prodott mediċinali ta’ referenza?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10 u 10a tad-Direttiva 2001/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodott mediċinali rreġistrat bħala prodott mediċinali li [s-sustanzi attivi tiegħu] jkun[u] f’użu mediċinali stabbilit sew, inkonformità mal-[imsemmi] Artikolu 10a [...], jista’ jintuża bħala prodott mediċinali ta’ referenza, fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) ta’ din id-direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li, għar-raġunijiet spjegati mill-Avukat Ġenerali fil-punt 19 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>prodott mediċinali ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 2001/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li jkopri prodott mediċinali li l-ATS tiegħu ngħatat abbażi tal-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>prodott mediċinali ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 10(2)(a) ta’ din id-direttiva bħala prodott mediċinali awtorizzat fis-sens tal-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, skont l-Artikolu 8 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 10a tad-Direttiva 2001/83 jistabbilixxi deroga mill-Artikolu 8(3)(i) tagħha u jipprovdi li l-applikant għal ATS għal prodott mediċinali partikolari ma huwiex obbligat jipprovdi r-riżultati tat-testijiet prekliniċi u kliniċi, iżda jista’ jissostitwixxihom b’letteratura xjentifika adatta, jekk jipprova li l-użu mediku tas-sustanzi attivi ta’ dan il-prodott mediċinali jkun ilu stabbilit sew fl-Unjoni għal mill-inqas għaxar snin u li dawn is-sustanzi attivi jkollhom effikaċja rrikonoxxuta u livell ta’ sigurtà aċċettabbli skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Anness I ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk l-effett tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2001/83 huwa li jeżenta lill-applikant minn wieħed mill-obbligi stabbiliti mill-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva bil-għan li tinkiseb ATS fis-sens tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, prodott mediċinali li l-ATS tiegħu ngħatat b’applikazzjoni tal-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva, billi l-applikant għal din l-awtorizzazzjoni jkun għamel użu mid-deroga prevista f’dan l-artikolu u, barra minn hekk, ikun issoddisfa l-obbligi l-oħra kollha stabbiliti mill-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, għandu jitqies li huwa prodott mediċinali awtorizzat fis-sens tal-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, skont l-Artikolu 8 tal-istess direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-obbligu, għall-applikanti għal ATS, li mal-applikazzjoni jannettu r-riżultati tat-testijiet prekliniċi u kliniċi previsti fl-Artikolu 8(3)(i) tad-Direttiva 2001/83, għandu l-għan li jipprovdi prova tas-sigurtà u tal-effikaċja tal-prodott mediċinali kkonċernat [ara, f’dan is-sens, is-sentenza Generics (UK), C‑527/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:379">EU:C:2009:379</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata].</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-fatt li, kif iddikjarat fil-premessa 2 tad-Direttiva 2001/83, l-għan ewlieni tal-leġiżlazzjoni kollha fil-qasam tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċinali għandu jkun il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>prodott mediċinali ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) ta’ din id-direttiva ma jistax jiġi interpretat b’mod li l-proċedura mqassra prevista f’dan l-artikolu tammonta għal tnaqqis fir-rigorożità tal-istandards ta’ sigurtà u ta’ effikaċja li l-prodotti mediċinali għandhom jissodisfaw [sentenza Generics (UK), <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:379">EU:C:2009:379</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata]. Għaldaqstant, sabiex tkun tista’ tingħata ATS ta’ prodott mediċinali ġeneriku abbażi ta’ din il-proċedura mqassra, huwa importanti li l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jirrigwardaw il-prodott mediċinali ta’ referenza u li jipprovdu prova tas-sigurtà<?PAGE NO="9"?> u tal-effikaċja ta’ dan tal-aħħar jibqgħu disponibbli għall-awtorità kompetenti kkonċernata mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni [ara, f’dan is-sens, is-sentenza Generics (UK), <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:379">EU:C:2009:379</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata].</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2001/83, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li l-proċedura rregolata minn dan tal-aħħar bl-ebda mod ma tnaqqas ir-rigorożità tal-istandards ta’ sigurtà u ta’ effikaċja li għandhom jissodisfaw il-prodotti mediċinali, iżda tfittex biss li tnaqqas il-perijodu ta’ preparazzjoni ta’ applikazzjoni għal ATS billi tiddispensa lill-applikant mill-obbligu li jwettaq it-testijiet prekliniċi u kliniċi previsti fl-Artikolu 8(3)(i) tad-Direttiva 2001/83, sakemm jiġi pprovat permezz ta’ letteratura xjentifika adatta, b’osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu 1 tal-Parti II tal-Anness I ta’ din id-direttiva, li dawn it-testijiet kienu twettqu qabel u sakemm jiġi pprovat li l-komponent jew il-komponenti tal-prodott mediċinali kkonċernat jissodisfaw il-kriterji indikati fl-imsemmi Artikolu 10a [ara, f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjoni paragunabbli tad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-<DATE ISO="19650126">26 ta’ Jannar 1965</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-prodotti mediċinali speċjali ([traduzzjoni mhux uffiċjali] <REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="369" DATE.PUB="1965">ĠU 1965, 22, p. 369</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 87/21/KEE, tat-<DATE ISO="19861222">22 ta’ Diċembru 1986</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="015" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="1987">ĠU 1987, L 15, p. 36</REF.DOC.OJ>), is-sentenza Scotia Pharmaceuticals, C‑440/93, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:307">EU:C:1995:307</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17]. Għaldaqstant, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali prodott mediċinali jitqiegħed fis-suq biss wara li l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat is-sigurtà u l-effikaċja tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, u konsegwentement, il-fajls tal-ATS mogħtija għal prodott mediċinali b’applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 10a jinkludi l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa sabiex jiġu pprovati s-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-prodott mediċinali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ebda ostakolu ma jimpedixxi li tali prodott mediċinali jkun jista’ jintuża bħala prodott mediċinali ta’ referenza bil-għan li tinkiseb ATS għal prodott mediċinali ġeneriku.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalhekk ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>prodott mediċinali ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 2001/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri prodott mediċinali li l-ATS tiegħu ngħatat abbażi tal-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk mid-Direttiva 2001/83 jirriżultax li l-manifattur ta’ prodott mediċinali użat minn produttur ieħor bħala prodott mediċinali ta’ referenza bil-għan li jikseb l-għoti ta’ ATS għal prodott mediċinali ġeneriku, b’applikazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, għandu d-dritt li jressaq proċeduri ġudizzjarji sabiex jiġi vverifikat jekk il-manifattur ta’ dan il-prodott mediċinali ġeneriku għamilx riferiment leġittimu u fondat għall-prodott mediċinali tiegħu, skont l-imsemmi Artikolu 10.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest tad-Direttiva 2001/83, il-proċedura għall-għoti ta’ ATS hija maħsuba bħala proċedura bilaterali, li tinvolvi biss lill-applikant u lill-awtorità kompetenti (ara, b’analoġija, is-sentenza Olivieri vs Il‑Kummissjoni u EMEA, T‑326/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:351">EU:T:2003:351</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 94), u li din id-direttiva ma tinkludi ebda dispożizzjoni espliċita f’dak li jirrigwarda d-dritt għal azzjoni legali li jgawdi d-detentur ta’ ATS mogħtija għal prodott mediċinali oriġinali kontra d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-imsemmija direttiva, tagħti ATS għal prodott mediċinali ġeneriku li dan il-prodott mediċinali oriġinali huwa l-prodott mediċinali ta’ referenza tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti, b’mod partikolari, kull persuna li jkunu nkisrulha d-drittijiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel domanda għandha tinftiehem fis-sens li tirrigwarda, essenzjalment, il-punt jekk l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandux jiġi interpretat fis-sens li jagħti lid-detentur tal-ATS ta’ prodott mediċinali użat bħala prodott mediċinali ta’ referenza fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal ATS għal prodott mediċinali ġeneriku ta’ manifattur ieħor, imressqa abbażi ta’ dan l-Artikolu 10, dritt għal azzjoni legali kontra d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tagħti ATS għal dan il-prodott mediċinali tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom id-detentur tal-ATS ta’ prodott mediċinali għandu jittollera li l-manifattur ta’ prodott mediċinali ieħor jista’ jirreferi għar-riżultati tat-testijiet prekliniċi u kliniċi inklużi fil-fajl ta’ applikazzjoni għal ATS ta’ dan l-ewwel prodott mediċinali, minflok ma jwettaq tali testijiet huwa stess, bil-għan li jikseb ATS għal dan il-prodott mediċinali l-ieħor. Minn dan jirriżulta li l-imsemmi artikolu jagħti lid-detentur tal-ATS tal-ewwel prodott mediċinali d-dritt korrelattiv li jeżiġi l-osservanza tal-prerogattivi li jirriżultaw, f’dak li jirrigwarda lilu, minn dawn il-kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bla ħsara għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali, id-detentur tal-ATS ta’ prodott mediċinali għandu d-dritt jeżigi li, skont l-ewwel, it-tieni u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 10(1) ta’ din id-direttiva, dan il-prodott mediċinali ma jintużax bħala prodott mediċinali ta’ referenza bil-għan li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ta’ manifattur ieħor qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ tmien snin mill-għoti ta’ din l-ATS jew li prodott mediċinali li t-tqegħid fis-suq tiegħu ġie awtorizzat abbażi ta’ dan l-artikolu ma jiġix ikkummerċjalizzat qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ għaxar snin, li possibbilment jistgħu jiġu estiżi għal ħdax-il sena, mill-għoti tal-imsemmija ATS. Bl-istess mod, l-imsemmi detentur jista’ jitlob li l-prodott mediċinali tiegħu ma jintużax bil-għan li, b’applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 10, tinkiseb ATS għal prodott mediċinali li fil-konfront tiegħu l-prodott mediċinali tiegħu ma jistax jitqies li huwa prodott mediċinali ta’ referenza fis-sens tal-imsemmi Artikolu 10(2)(a), kif issostni Olainfarm quddiem il-qorti tar-rinviju, jew li ma jissodisfax il-kundizzjoni ta’ xebh ma’ dan tal-aħħar, stabbilita fl-Artikolu 10(2)(b) tal-imsemmija direttiva, f’dak li jirrigwarda l-kompożizzjoni f’sustanzi attivi u l-forma farmaċewtika.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk id-detentur tal-ATS ta’ prodott mediċinali użat bħala prodott mediċinali ta’ referenza fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal ATS ibbażata fuq l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83 għandu, bis-saħħa ta’ dan l-artikolu moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, jingħata d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja f’dak li jirrigwarda l-osservanza ta’ dawn il-prerogattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-detentur tal-ATS ta’ prodott mediċinali użat bħala prodott mediċinali ta’ referenza fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal ATS għal prodott mediċinali ġeneriku ta’ manifattur ieħor, imressqa abbażi tal-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, għandu dritt għal azzjoni legali kontra d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tagħti ATS għal dan il-prodott mediċinali tal-aħħar, sakemm din l-azzjoni tirrigwarda l-ksib tal-protezzjoni ġudizzjarja ta’ prerogattiva mogħtija lil dan id-detentur minn dan l-Artikolu 10. Tali dritt għal azzjoni legali jeżisti, b’mod partikolari, jekk l-imsemmi detentur jitlob li l-prodott mediċinali tiegħu ma jintużax bil-għan li tinkiseb ATS b’applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 10 għal prodott mediċinali li fil-konfront tiegħu l-prodott mediċinali tiegħu ma jistax jitqies li huwa prodott mediċinali ta’ referenza fis-sens tal-paragrafu 2(a) tal-istess Artikolu 10.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>prodott mediċinali ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri prodott mediċinali li l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiegħu ngħatat abbażi tal-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali użat bħala prodott mediċinali ta’ referenza fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali ġeneriku ta’ manifattur ieħor, imressqa abbażi tal-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, għandu dritt għal azzjoni legali kontra d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal dan il-prodott mediċinali tal-aħħar, sakemm din l-azzjoni tirrigwarda l-ksib tal-protezzjoni ġudizzjarja ta’ prerogattiva mogħtija lil dan id-detentur minn dan l-Artikolu 10. Tali dritt għal azzjoni legali jeżisti, b’mod partikolari, jekk l-imsemmi detentur jitlob li l-prodott mediċinali tiegħu ma jintużax bil-għan li tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq b’applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 10 għal prodott mediċinali li fil-konfront tiegħu l-prodott mediċinali tiegħu ma jistax jitqies li huwa prodott mediċinali ta’ referenza fis-sens tal-paragrafu 2(a) tal-istess Artikolu 10.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>