<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑288/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0288</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:502">EU:C:2017:502</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20170629">29.6.2017</DATE> – KAWŻA C-288/16</P><P>L.Č.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 146(1)(e)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Provvisti ta’ servizzi direttament marbuta mal-esportazzjonijiet jew mal-importazzjonijiet ta’ oġġetti</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑288/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (qorti suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160517">17 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20160523">23 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> IK</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valsts ieņēmumu dienests,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, E. Regan, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kalniņš kif ukoll minn D. Pelše u A. Bogdanova, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Owsiany-Hornung u E. Kalniņš, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> IK u Valsts ieņēmumu dienests (amministrazzjoni tat-taxxa, il-Latvja) dwar l-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq operazzjonijiet ta’ trasport ta’ merkanzija mwettqa bejn is-snin 2008 u 2010.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 131 tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-eżenzjonijiet ipprovduti fil-Kapitoli 2 sa 9 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħrajn tal-Komunità skond kondizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jistabilixxu għall-finijiet li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ dawk l-eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta’ kawlunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 146 ta’ din id-direttiva, li jinsab fil-Kapitolu 6, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, tat-Titolu IX tagħha, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ merkanzija mibgħuta jew ittrasportata għal destinazzjoni barra mill-Komunità minn jew għan-nom tal-bejjiegħ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi, inkluż trasport u transazzjonijiet anċillari, iżda eskluża l-provvista ta’ servizzi eżentati skond l-Artikoli 132 u 135, fejn dawn huma direttament konnessi ma’ l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta’ merkanzija koperta mill-Artikolu 61 u l-Artikolu 157(1)(a).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta’ kuntratti konklużi ma’ diversi kunsinnaturi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Atek<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> SIA impenjat ruħha li tiżgura t-trasport ta’ merkanzija mqiegħda taħt sistema ta’ tranżitu, mill-port ta’ Riga (il-Latvja) sal-Bjelorussja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta’ kuntratt ieħor, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Atek<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> fdat lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> bl-eżekuzzjoni effettiva ta’ dan it-trasport ta’ merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-imsemmi trasport twettaq b’vetturi li jappartjenu lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Atek<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u mikrija lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, filwaqt li ġie rrikonoxxut li, fil-konfront tal-kunsinnaturi ta’ din il-merkanzija, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Atek<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> aġixxiet bħala trasportatur. Min-naħa tagħha, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> assumiet is-sewqan, it-tiswija u l-provvista ta’ karburant lil dawn il-vetturi, kif ukoll il-formalitajiet doganali fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri, l-għassa tal-merkanzija, it-trasferiment tagħha lid-destinatarju u l-operazzjonijiet neċessarji għat-tagħbija u l-ħatt tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Peress li qieset li kienet ipprovdiet servizzi marbuta mat-tranżitu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> applikatilhom rata ta’ VAT ta’ 0%.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> kienet is-suġġett ta’ spezzjoni tat-taxxa rigward il-perijodu ta’ bejn ix-xahar ta’ Jannar 2008 u dak ta’ Diċembru 2010. Wara din l-ispezzjoni, l-amministrazzjoni tat-taxxa kkalkolat ammont addizzjonali ta’ VAT li kellu jitħallas fil-baġit tal-Istat, flimkien ma’ multa u interessi moratorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20110921">21 ta’ Settembru 2011</DATE>, l-amministrazzjoni tat-taxxa kkonfermat dan il-kalkolu, għar-raġuni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ma setgħetx tapplika rata ta’ VAT ta’ 0% għas-servizzi li hija kienet ipprovdiet fil-kuntest tal-kuntratt tagħha konkluż ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Atex<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, għaliex, minn naħa, fl-assenza ta’ rabta legali mal-kunsinnatur jew mad-destinatarju tal-merkanzija ttrasportata, dawn is-servizzi ma setgħux jiġu assimilati ma’ dawk ta’ servizzi ta’ spedizzjonijiet jew ta’ kummissjonarju ta’ trasport, u għaliex, min-naħa l-oħra, peress li ma kinitx proprjetarja tal-liċenzja meħtieġa mid-dritt Latvjan, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ma setgħetx titqies li kellha l-kwalità ta’ trasportatur u konsegwentement ma kinitx awtorizzata twettaq trasport ta’ merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem l-administratīvā rajona tiesa (qorti amministrattiva distrettwali, il-Latvja), li ċaħditu b’sentenza tal‑<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Adita b’appell minn din is-sentenza, l-Administratīvā apgabaltiesa (qorti amministrattiva reġjonali, il-Latvja) parzjalment laqgħatu u parzjalment ċaħditu b’sentenza tad‑<DATE ISO="20140529">29 ta’ Mejju 2014</DATE>. B’mod partikolari, din il-qorti qieset li, fl-assenza ta’ rabta legali bejn il-kunsinnatur jew id-destinatarju tal-merkanzija u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, is-servizzi pprovduti minn din tal-aħħar ma setgħux jiġu assimilati ma’ servizzi ta’ spedizzjoni jew ta’ kummissjoni ta’ trasport, iżda kienu jikkostitwixxu provvista ta’ servizzi ta’ sewqan li jikkonsistu fl-assenjazzjoni ta’ sewwieq għal vettura li tappartjeni lil trasportatur li huwa detentur ta’ liċenzja ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija, f’dan il-każ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Atek<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u li, peress li ma kinitx detentur ta’ tali liċenzja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> lanqas ma setgħet titqies li għandha l-kwalità ta’ trasportatur. Konsegwentement, skont dik il-qorti, ir-rata ta’ VAT ta’ 0% ma setgħetx tiġi applikata għas-servizzi pprovduti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> appellat fil-kassazzjoni minn din is-sentenza quddiem l-Augstākā tiesa (qorti suprema, il-Latvja), sa fejn, permezz tagħha, l-Administratīvā apgabaltiesa (qorti amministrattiva reġjonali) kienet ċaħdet ir-rikors tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li jeżistu dubji dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva 2006/112. B’mod partikolari, l-imsemmija qorti tistaqsi dwar il-punt jekk, minkejja l-fatt li s-servizzi pprovduti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> kienu marbuta mal-merkanzija li tittranżita mit-territorju Latvjan, il-fatt li dawn is-servizzi ma ġewx ipprovduti direttament lid-destinatarju jew lill-kunsinnatur ta’ din il-merkanzija, li magħhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ma kellhiex rabta legali, iżda lill-parti kontraenti tagħha fil-Latvja, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Atek<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, taffettwa l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni, li teħtieġ l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn il-provvisti ta’ servizzi u l-esportazzjonijiet jew l-importazzjonijiet tal-oġġetti kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Augstākā tiesa (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva [2006/112] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni minnu prevista hija applikabbli biss jekk ikun hemm rabta legali diretta, jiġifieri relazzjonijiet ta’ negozju reċiproċi, bejn il-fornitur tas-servizz, minn naħa, u d-destinatarju jew il-kunsinnatur tal-merkanzija, min-naħa l-oħra?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Liema kriterji għandha tissodisfa r-rabta diretta, fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, sabiex servizz relatat mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija jitqies eżenti?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni hija applikabbli għal operazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri provvista ta’ servizzi ta’ trasport ta’ oġġetti lejn pajjiż terz, meta dawn is-servizzi ma humiex ipprovduti direttament lill-kunsinnatur jew lid-destinatarju ta’ dawn l-oġġetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’mod partikolari, din il-qorti tixtieq tkun taf jekk l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni, li teżiġi li l-provvista tas-servizzi kkonċernati tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>direttament marbuta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ma’ esportazzjonijiet jew ma’ importazzjonijiet ta’ oġġetti li hemm riferiment għalihom fl-imsemmija dispożizzjoni, hija suġġetta għall-eżistenza ta’ rabta legali diretta, bħal relazzjonijiet ta’ negozju reċiproċi, bejn il-fornitur ta’ servizzi u l-kunsinnatur jew id-destinatarju tal-merkanzija kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 146 tad-Direttiva 2006/112 jirrigwarda l-eżenzjoni mill-VAT ta’ operazzjonijiet għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, fil-kuntest tal-kummerċ internazzjonali, tali eżenzjoni hija intiża sabiex jiġi osservat il-prinċipju tat-tassazzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi kkonċernati fil-post ta’ destinazzjoni tagħhom. Kull operazzjoni li tinvolvi l-esportazzjoni kif ukoll kull operazzjoni li hija assimilata għal tali operazzjoni, għandhom jiġu eżentati mill-VAT sabiex jiġi żgurat li l-operazzjoni inkwistjoni tiġi ntaxxata biss fil-post fejn il-prodotti kkonċernati ser ikunu kkonsmati [ara, fir-rigward, tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071018">18 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Navicon</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑97/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:609">EU:C:2007:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Feltgen u Bacino Charter Company</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:824">EU:C:2010:824</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-eżenzjoni li tinsab fl-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva 2006/112 tikkompleta dik prevista f’dan l-istess Artikolu 146(1)(a) u hija intiża, bħal din l-eżenzjoni tal-aħħar, li tiżgura t-tassazzjoni tal-provvisti tas-servizzi kkonċernati fil-post ta’ destinazzjoni tagħhom, jiġifieri dak fejn il-prodotti esportati ser jiġu kkonsmati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, l-imsemmi Artikolu 146(1)(e) jipprevedi, b’mod partikolari, li s-servizzi ta’ trasport direttament marbuta mal-esportazzjoni tal-oġġetti barra mill-Unjoni huma eżentati mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Interpretazzjoni estensiva ta’ din id-dispożizzjoni, li tkun tinkludi servizzi li ma humiex ipprovduti direttament lill-esportatur, lill-importatur jew lid-destinatarju ta’ tali oġġetti, tista’ tirriżulta, għall-Istati Membri u għall-operaturi kkonċernati, f’restrizzjonijiet li jkunu rrikonċiljabbli mal-applikazzjoni tajba u sempliċi tal-eżenzjonijiet, stabbilita fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżenzjonijiet tal-VAT għandhom jiġu interpretati b’mod strett, peress li jikkostitwixxu eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali li jipprovdi li din it-taxxa hija imposta fuq kull provvista ta’ oġġetti u fuq kull provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas minn persuna taxxabbli (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900626">26 ta’ Ġunju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Velker International Oil Company</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:262">EU:C:1990:262</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Cimber Air</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑382/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:534">EU:C:2004:534</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060914">14 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Elmeka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/04 sa C‑183/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:563">EU:C:2006:563</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:482">EU:C:2012:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-formulazzjoni u mill-għan tal-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-eżistenza ta’ rabta diretta timplika mhux biss li, bl-għan tagħha, il-provvisti ta’ servizzi kkonċernati jikkontribwixxu għat-twettiq effettiv ta’<?PAGE NO="5"?> operazzjoni ta’ esportazzjoni jew ta’ importazzjoni, iżda wkoll li dawn is-servizzi jiġu pprovduti direttament, skont il-każ, lill-esportatur, lill-importatur jew lid-destinatarju tal-oġġetti li hemm riferiment għalihom fl-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-servizzi pprovduti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ċertament huma meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-operazzjoni ta’ esportazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Madankollu, dawn is-servizzi ma humiex ipprovduti direttament lid-destinatarju jew lill-esportatur ta’ din il-merkanzija, iżda lil parti kontraenti ta’ dan tal-aħħar, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Atek<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-imsemmija servizzi ġew ipprovduti bl-użu ta’ vetturi li jappartjenu għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Atek<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li aġixxiet bħala trasportatur fil-konfront tal-kunsinnaturi tal-imsemmija merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, is-servizzi pprovduti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>L.Č.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, relatata ma’ operazzjoni ta’ trasport ta’ oġġetti lejn pajjiż terz, meta dawn is-servizzi ma jkunux ipprovduti direttament lill-kunsinnatur jew lid-destinatarju ta’ dawn l-oġġetti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, relatata ma’ operazzjoni ta’ trasport ta’ oġġetti lejn pajjiż terz, meta dawn is-servizzi ma jkunux ipprovduti direttament lill-kunsinnatur jew lid-destinatarju ta’ dawn l-oġġetti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>