|
29.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1772
tat-28 ta' Settembru 2017
li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Kanada
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 (2), il-Kunsill awtorizza l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
Il-Ftehim jistipula li d-dazji doganali dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Kanada jridu jonqsu jew jitneħħew skont l-iskeda tat-tneħħija tat-tariffi fl-Anness 2-A ta' dak il-Ftehim. L-Anness 2-A jipprovdi li għal ċerti oġġetti, it-tnaqqis jew it-tneħħija tad-dazji doganali jingħataw fi ħdan il-kwoti tariffarji. |
|
(3) |
L-Anness 2-A tal-Ftehim jistipula li l-Unjoni għandha tiġġestixxi wħud minn dawk il-kwoti tariffarji fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi dawk il-kwoti tariffarji skont ir-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3). |
|
(4) |
Il-Ftehim jipprovdi li biex l-oġġetti jibbenefikaw minn dawk il-kwoti tariffarji, dawn iridu jikkonformaw mar-regoli tal-oriġini kif stipulat fl-Anness 5 tal-Protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini u l-proċeduri tal-oriġini mehmuża ma' dak il-Ftehim. |
|
(5) |
Kif ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Ftehim għandu jibda japplika b'mod provviżorju mill-21 ta' Settembru 2017 (4). Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-ġestjoni effettiva ta' dawk il-kwoti tariffarji mogħtija skont il-Ftehim li l-Kummissjoni għandha tiġġestixxi fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-21 ta' Settembru 2017. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni huma miftuħa għal oġġetti li joriġinaw fil-Kanada kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
L-oġġetti elenkati fl-Anness li joriġinaw fil-Kanada u dikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni għandhom, fi ħdan il-kwoti tariffarji rispettivi stipulati fl-Anness, ikunu eżentati mid-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni.
Artikolu 3
Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 4
Sabiex ikunu eliġibbli li jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji stipulati f'dan ir-Regolament, l-oġġetti elenkati fl-Anness għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness 5 tal-Protokoll dwar ir-Regoli tal-Oriġini u l-Proċeduri tal-Oriġini mehmuża mal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, u jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-oriġini valida stipulata fl-Anness 2 ta' dak il-Protokoll.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta' Settembru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1080).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(4) Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 238, 16.9.2017, p. 9).
ANNESS
Minkejja r-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-lingwaġġ tad-deskrizzjoni tal-prodotti fir-raba' kolonna tat-tabella għandu jiġi kkunsidrat li għandu biss valur indikattiv. L-iskema preferenzjali hija determinata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM stipulati fit-tieni kolonna tat-tabella kif applikabbli fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi determinata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċijiet NM u d-deskrizzjoni korrispondenti tal-prodotti fir-raba' kolonna tat-tabella meħudin flimkien.
|
Numru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
Subdiviżjoni TARIC |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) |
|
09.8400 |
ex 0201 10 00 |
93 |
Karkassi u nofs karkassi tal-biżonti, friski jew imkessħin |
Mill-21.9.2017 sal-31.12.2017 |
841 tunnellata ta' ekwivalenti għall-piż tal-karkassi |
|
Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
3 000 tunnellata ta' ekwivalenti għall-piż tal-karkassi |
||||
|
ex 0201 20 20 |
93 |
Kwarti “kompensati” tal-biżonti bl-għadma, friski jew inkessħin |
|
|
|
|
ex 0201 20 30 |
93 |
Kwarti ta' quddiem mhux mifrudin jew mifrudin tal-biżonti, bl-għadma, friski jew imkessħin |
|||
|
ex 0201 20 50 |
93 |
Kwarti ta' wara mhux mifrudin jew mifrudin tal-biżonti, bl-għadma, friski jew imkessħin |
|||
|
ex 0201 20 90 |
20 |
Qatgħat oħrajn tal-biżonti bl-għadma, friski jew inkessħin |
|||
|
ex 0201 30 00 (1) |
30 |
Laħam tal-biżonti bla għadma, frisk jew imkessaħ |
|||
|
ex 0202 10 00 |
20 |
Karkassi u nofs karkassi tal-biżonti, iffriżati |
|||
|
ex 0202 20 10 |
20 |
Kwarti “kompensati” tal-biżonti bl-għadma, iffriżati |
|||
|
ex 0202 20 30 |
20 |
Kwarti ta' quddiem mhux mifrudin jew mifrudin tal-biżonti, bl-għadma, iffriżati |
|||
|
ex 0202 20 50 |
20 |
Kwarti ta' wara mhux mifrudin jew mifrudin tal-biżonti, bl-għadma, iffriżati |
|||
|
ex 0202 20 90 |
20 |
Qatat oħrajn tal-biżonti bl-għadma, iffriżati |
|||
|
ex 0202 30 10 (1) |
20 |
Kwarti ta' quddiem, sħaħ jew imqattgħin f'massimu ta' ħames biċċiet, kull kwart fi blokka waħda; kwarti “kompensati” f'żewġ blokok, waħda minnhom fiha l-kwart ta' quddiem, sħiħ jew maqtugħ f'massimu ta' ħames biċċiet, u l-oħra fiha l-kwart ta' wara, mingħajr flett, f'biċċa waħda, tal-biżonti, bla għadma u ffriżati |
|||
|
ex 0202 30 50 (1) |
20 |
Crop, qatgħat tal-ispalla u skapula u sidra tal-biżonti, bla għadma u ffriżati (2) |
|||
|
ex 0202 30 90 (1) |
20 |
Laħam ieħor bla għadma tal-biżonti, iffriżat |
|||
|
ex 0206 10 95 |
20 |
Falda ħoxna u falda rqiqa tal-biżonti, friska jew imkessħa |
|||
|
ex 0206 29 91 |
31 40 |
Falda ħoxna u falda rqiqa tal-biżonti, iffriżata |
|||
|
ex 0210 20 10 |
10 |
Laħam tal-biżonti bl-għadma, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat |
|||
|
ex 0210 20 90 (3) |
91 |
Laħam bla għadma tal-biżonti, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat |
|||
|
ex 0210 99 51 |
10 |
Falda ħoxna u falda rqiqa tal-biżonti, immellħa, fis-salmura, imnixxfa jew affumikata |
|||
|
ex 0210 99 59 |
10 |
Laħam ieħor tal-ġewwieni tal-biżonti, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat |
|||
|
09.8403 |
0304 71 90 |
|
Flettijiet iffriżati tal-bakkaljaw tal-ispeċijiet Gadus morhua u Gadus ogac |
Mill-21.9.2017 sal-31.12.2017 |
281 |
|
0304 79 10 |
|
Flettijiet iffriżati tal-bakkaljaw polari (Boreogadus saida) |
Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
1 000 |
|
|
09.8404 (4) |
|
|
Gambli ffriżati, affumikati, fil-qoxra jew le, imsajrin jew le qabel jew matul il-proċess tal-affumikar, mhux ippreparati mod ieħor, f'imballaġġ immedjat ta' kontenut nett li jaqbeż iż-2 kg: |
Mill-21.9.2017 sal-31.12.2017 |
6 446 |
|
Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
23 000 |
||||
|
ex 0306 16 91 |
10 |
Gambli tal-ispeċi Crangon crangon |
|||
|
ex 0306 16 99 |
21 31 91 |
Gambli oħra tal-ilma kiesaħ (Pandalus spp.) |
|||
|
ex 0306 17 91 |
10 |
Gambli roża tal-ilma fond (Parapenaeus longirostris) |
|||
|
ex 0306 17 92 |
21 91 |
Gambli tal-ġeneru Penaeus |
|||
|
ex 0306 17 93 |
10 |
Gambli tal-familja Pandalidae, ħlief tal-ġeneru Pandalus |
|||
|
ex 0306 17 94 |
10 |
Gambli tal-ġeneru Crangon, ħlief tal-ispeċi Crangon crangon |
|||
|
ex 0306 17 99 |
11 91 |
Oħrajn |
|||
|
|
|
Gambli mhux iffriżati, affumikati, fil-qoxra jew le, imsajrin jew le qabel jew matul il-proċess tal-affumikar, mhux ippreparati mod ieħor, f'imballaġġ immedjat ta' kontenut nett li jaqbeż iż-2 kg: |
|||
|
ex 0306 95 19 |
10 |
Gambli tal-ispeċi Crangon crangon |
|||
|
ex 0306 95 20 |
21 91 |
Gambli oħra tal-ilma kiesaħ (Pandalus spp.) |
|||
|
ex 0306 95 30 |
21 91 |
Gambli tal-familja Pandalidae, ħlief tal-ġeneru Pandalus |
|||
|
ex 0306 95 40 |
10 |
Gambli tal-ġeneru Crangon, ħlief tal-ispeċi Crangon crangon |
|||
|
ex 0306 95 90 |
10 |
Oħrajn |
|||
|
1605 21 90 |
|
Gambli ppreparati jew ippreservati f'kontenituri mhux issiġillati, f'imballaġġ immedjat ta' kontenut nett li jaqbeż iż-2 kg |
|||
|
1605 29 00 |
|
Gambli ppreparati jew ippreservati f'kontenituri ssiġillati |
|||
|
09.8405 |
0710 40 00 |
|
Qamħirrum ħelu (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew b'togħlija fl-ilma), iffriżat |
Mill-21.9.2017 sal-31.12.2017 |
374 |
|
2005 80 00 |
|
Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata), ippreparat jew ippreservat b'xi mod iżda mhux bil-ħall jew aċidu aċetiku, mhux iffriżat, ħlief il-prodotti tal-intestatura 2006 |
Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 |
2 667 |
|
|
Mill-1.1.2019 sal-31.12.2019 |
4 000 |
||||
|
Mill-1.1.2020 sal-31.12.2020 |
5 333 |
||||
|
Mill-1.1.2021 sal-31.12.2021 |
6 667 |
||||
|
Mill-1.1.2022 sal-31.12.2022 u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
8 000 |
(1) Mad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' dan il-prodott b'talba biex jibbenefika minn din il-kwota tariffarja, l-operatur ekonomiku għandu jiddikjara n-numru tal-ordni 09.8401. Il-koeffiċjent 1,3 għandu jiġi applikat għas-sistema tal-kwoti elettroniċi tal-Kummissjoni biex jikkonverti l-piż nett tal-prodott dikjarat f'ekwivalenti għall-piż tal-karkassa.
(2) L-entrata taħt din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità maħruġ skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 139/81 (ĠU L 15, 17.1.1981, p. 4).
(3) Mad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' dan il-prodott b'talba biex jibbenefika minn din il-kwota tariffarja, l-operatur ekonomiku għandu jiddikjara n-numru tal-ordni 09.8402. Il-koeffiċjent 1,35 għandu jiġi applikat għas-sistema tal-kwoti elettroniċi tal-Kummissjoni biex jikkonverti l-piż nett tal-prodott dikjarat f'ekwivalenti għall-piż tal-karkassa.
(4) Gambli ppreparati jew ippreservati esportati mill-Kanada skont il-kwota tal-oriġini applikabbli skont in-numru tal-ordni 09.8310 kif previst fit-Taqsima B tal-Appendiċi A (Kwoti tal-Oriġini) tal-Anness 5 (Regoli speċifiċi skont il-prodott tal-oriġini) tal-Protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini jew il-proċeduri tal-oriġini mehmuża mal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ma għandhomx jiġu importati fl-Unjoni b'din il-kwota tariffarja.