20.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8617 — Allianz/Negozji ta’ assigurazzjoni ġenerali LV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 312/07)

1.

Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Allianz Holding plc (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja), il-kumpannija omm ta’ Allianz Group (il-Ġermanja),

—

Negozju ta’ assigurazzjoni ġenerali mhux tal-ħajja fir-Renju Unit ta’ Liverpool Victoria General Insurance Group Limited (“LVGI”) (ir-Renju Unit),

—

LVGI (ir-Renju Unit), li hija kkontrollata indirettament minn Liverpool Victoria Friendly Society Ltd (“LV”) (ir-Renju Unit).

Allianz (permezz tal-affiljata tagħha Allianz Holdings plc), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tan-negozju ta’ assigurazzjoni ġenerali mhux tal-ħajja tar-Renju Unit LVGI (“Target”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Allianz: fornitur ta’ servizzi finanzjarji globali bil-kwartieri ġenerali fi Munich u elenkata fuq il-Borża ta’ Frankfurt, li tipprovdi servizzi finanzjarji b’mod predominanti fil-qasam ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

—   għal Target: assigurazzjoni ġenerali mhux tal-ħajja fir-Renju Unit u negozji ta’ servizzi legali ta’ LV. LV huwa grupp tas-servizzi finanzjarji fir-Renju Unit u assoċjazzjoni mutwa li jipprovdu firxa ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8617 — Allianz/Negozji ta’ assigurazzjoni ġenerali LV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 229-64301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.