|
8.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/55 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2266
tas-6 ta' Diċembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 fir-rigward ta' ċerti skadenzi għall-użu ta' standards tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd
(notifikata bid-dokument C(2017) 8089)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 111 u 116 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 146(j) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sistemi tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu kapaċi jiskambjaw id-dejta dwar l-attività tas-sajd u messaġġi dwar id-dejta relatata mal-bejgħ billi jużaw l-istandard taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/Cefact) f'konformità mal-Artikolu 146(g) u 146(h) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1138 (3) tiffissa skadenzi għall-użu tal-istandards tal-UN/Cefact fl-iskambju ta' dejta dwar is-sajd. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju, hemm il-ħtieġa li jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni li matulu il-format fl-użu qabel l-1 ta' Novembru 2017 u l-format standard tal-UN/Cefact jistgħu jintużaw għall-iskambji tad-dejta, kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Hemm bżonn li jiġu mmodifikati l-ispeċifikazzjonijiet biex jitwieġbu t-talbiet għal dejta li tikkonċerna n-noti tal-bejgħ jew id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment sabiex din il-proċedura tiġi allinjata mal-ispeċifikazzjonijiet ta' talbiet għal dejta oħra. |
|
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġu posposti ċerti skadenzi stabbiliti bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 għall-użu ta' dawn l-istandards tal-UN/Cefact. |
|
(6) |
Matul il-laqgħat tal-grupp ta' Esperti dwar il-Kontroll tas-Sajd — l-ERS (is-sistema elettronika tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar) u l-grupp ta' ħidma tal-Ġestjoni tad-Dejta, l-Istati Membri qablu dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni, biex jiġu mmodifikati l-ispeċifikazzjonijiet msemmija hawn fuq u biex jiġu posposti ċerti skadenzi. |
|
(7) |
Billi l-perjodu ta' tranżizzjoni kien diġà beda fl-1 ta' Novembru 2017, jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika b'mod retroattiv minn din id-data. |
|
(8) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, is-segwenti paragrafi 3 u 4 huma miżjuda: “3. Matul perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2018, kull skambju ta' dejta dwar l-attività tas-sajd bejn żewġ Stati Membri għandu jkompli jsir bl-użu tal-format stabbilit qabel l-1 ta' Novembru 2017 ħlief jekk kemm l-Istat Membru li jkun qed jibgħat kif ukoll dak li jkun qed jirċievi jkunu kapaċi jiskambjaw dejta dwar l-attività tas-sajd bl-użu tal-format standard ġdid tal-UN/Cefact. 4. L-iskambji tad-dejta dwar l-attività tas-sajd fil-qafas ta' ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli għandhom ikomplu jsiru bl-użu tal-format stabbilit qabel l-1 ta' Novembru 2017 sad-data miftiehma mal-pajjiż terz ikkonċernat.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2017.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1138 tal-11 ta' Lulju 2016 li temenda l-formati bbażati fuq l-istandard tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd (ĠU L 188, 13.7.2016, p. 26).