17.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-każ M.8414 — DNB/Nordea/Luminor Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 271/10)

1.

Fid-9 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha DNB Bank ASA (“DNB”, in-Norveġja) u Nordea Bank AB (“Nordea”, l-Iżvezja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Luminor Group AB (“Luminor”, l-Iżvezja) kumpanija holding tal-operazzjonijiet bankarji ta’ DNB u ta’ Nordea fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja, permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal DNB: l-għoti ta’ firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji, inkluż is-self, it-tfaddil, is-servizzi ta’ konsulenza, l-assigurazzjoni u l-prodotti tal-pensjoni lill-klijenti korporattivi u fil-livell tal-konsumaturi, l-aktar fin-Norveġja, iżda wkoll fil-pajjiżi tal-Baħar Baltiku;

—   għal Nordea: l-għoti ta’ firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji, inkluż operazzjonijiet bankarji korporattivi u għall-konsumaturi, operazzjonijiet bankarji għall-investiment, servizzi għas-swieq kapitali, l-immaniġjar ta’ assi u l-assigurazzjoni; primarjament fil-pajjiżi Nordiċi u l-pajjiżi tal-Baħar Baltiku;

—   għal Luminor: l-għoti ta’ servizzi finanzjarji, inkluż operazzjonijiet bankarji korporattivi u għall-konsumaturi fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8414 — DNB/Nordea/Luminor Group, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).