|
10.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 396/47 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1938
tad-9 ta’ Novembru 2021
li jistabbilixxi l-mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz u li jħassar id-Deċiżjoni 2007/25/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 36 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi, inklużi l-għasafar imsemmija fil-Parti B tal-Anness I tiegħu (għasafar domestiċi), fi Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz, inklużi r-regoli għall-verifiki tad-dokumenti u tal-identità fuq movimenti mhux kummerċjali bħal dawn. |
|
(2) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprevedi li l-għasafar domestiċi li jittieħdu fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz iridu jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni. L-Artikolu 30 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi wkoll mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni li jrid jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, u li dak id-dokument ta’ identifikazzjoni jrid ikun fih dikjarazzjoni bil-miktub mis-sid jew minn persuna awtorizzata li tikkonferma li l-moviment tal-għasafar domestiċi fl-Unjoni huwa moviment mhux kummerċjali (dikjarazzjoni bil-miktub). Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi dak id-dokument mudell ta’ identifikazzjoni, li jenħtieġ li jkun magħmul minn ċertifikat veterinarju (ċertifikat veterinarju), kif ukoll mid-dikjarazzjoni bil-miktub. |
|
(3) |
Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz huma stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 (2), li japplika mill-1 ta’ Jannar 2022. Għalhekk, jenħtieġ li l-mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni jqis ir-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat. |
|
(4) |
Ir-regoli attwali ta’ ċertifikazzjoni għall-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE (3). Billi r-regoli stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni jridu jiġu sostitwiti bir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2021/1933 u f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/25/KE titħassar u jenħtieġ li kwalunkwe referenza għal dik id-Deċiżjoni tinftiehem bħala referenza għal dan ir-Regolament u għar-Regolament Delegat (UE) 2021/1933. |
|
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil fir-rigward tal-introduzzjoni tal-għasafar domestiċi fl-Unjoni, jenħtieġ li l-użu ta’ ċertifikat veterinarju u dikjarazzjoni konformi mar-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/25/KE jiġu awtorizzati matul perjodu tranżizzjonali ta’ tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(6) |
Billi r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament iridu jiġu applikati flimkien mar-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2021/1933, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi mudell tad-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 li għandu jintuża għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet avjarji imsemmija fil-Parti B tal-Anness I tiegħu (għasafar domestiċi), fi Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz.
Artikolu 2
Mudell ta’ dokument ta’ identifikazzjoni
1. Il-mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1 huwa mniżżel fl-Anness, u jikkonsisti f’dan li ġej:
|
(a) |
iċ-ċertifikat veterinarju stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness; |
|
(b) |
id-dikjarazzjoni bil-miktub li trid tiġi ffirmata mis-sid jew minn persuna awtorizzata stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness. |
2. Iċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
(a) |
għandu jimtela’ f’konformità man-noti fil-Parti II taċ-ċertifikat veterinarju; |
|
(b) |
għandu jinħareġ minn veterinarju uffiċjali tat-territorju jew tal-pajjiż terz tat-tluq jew minn veterinarju awtorizzat u sussegwentement approvat mill-awtorità kompetenti ta’ dak it-territorju jew ta’ pajjiż terz f’konformità mar-rekwiżiti rigward il-ħruġ taċ-ċertifikat veterinarju stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness. |
3. Id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandha timtela’ mis-sid jew mill-persuna awtorizzata f’konformità mar-rekwiżiti rigward il-ħruġ tad-dikjarazzjoni bil-miktub stipulata fil-Parti 4 tal-Anness.
Artikolu 3
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2007/25/KE titħassar.
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament Delegat (UE) 2021/1933.
Artikolu 4
Miżuri tranżizzjonali
Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Marzu 2022, l-Istati Membri għandhom ikomplu jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ għasafar domestiċi akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju maħruġ mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2022 f’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/25/KE u d-Dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness III tagħha.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 tal-10 ta’ Novembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 4).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta’ għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 29).
ANNESS
Mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14(2), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz
PARTI 1
Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz
PARTI 2
Mudell tad-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
Dikjarazzjoni
Jiena, il-veterinarju
Isem: …
Indirizz: …
Numru tat-telefown: …
(ikteb id-dettalji tas-sid (1) jew tal-persuna awtorizzata li għandha awtorizzazzjoni bil-miktub mis-sid biex twettaq il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali f’isem is-sid (1) (2))
niddikjara li:
|
1. |
L-għasfur/għasafar se jakkumpanja(w) il-persuna hawn taħt iffirmata, u huwa/huma “annimal(i) domestiku/domestiċi” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 maħsub(a) għal moviment mhux kummerċjali u mhuwiex/mhumiex maħsub(a) biex jinbiegħ/jinbiegħu jew jiġi/jiġu ttrasferit(i) lil sid ieħor. |
|
2. |
L-għasfur/għasafar se jibqa’/jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-persuna sottoskritta matul il-moviment mhux kummerċjali tiegħu/tagħhom. |
|
3. |
Matul il-perjodu bejn l-ispezzjoni klinika ta’ qabel il-moviment minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat u t-tluq attwali, l-għasfur/għasafar se jibqa’/jibqgħu iżolat(i) u mhux se jiġi/jiġu f’kuntatt ma’ xi għasfur/għasafar ieħor/oħra. |
|
4. |
|
Din id-dikjarazzjoni bil-miktub hija valida għal perjodu ta’ 10t ijiem mid-data tal-firma taċ-ċertifikat veterinarju mill-veterinarju uffiċjali tat-territorju jew tal-pajjiż terz ta’ oriġini. Fil-każ ta’ trasport bil-baħar il-perjodu ta’ validità għandu tittawwal b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar
PARTI 3
Rekwiżiti rigward il-ħruġ ta’ ċertifikat veterinarju stabbilit fil-Parti 1
Dan li ġej għandu japplika għall-ħruġ taċ-ċertifikat veterinarju stabbilit fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness:
|
(a) |
Meta ċ-ċertifikat veterinarju jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, id-dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jiġu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal veterinarju, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat veterinarju. |
|
(b) |
L-oriġinal ta’ kull ċertifikat veterinarju għandu jkun magħmul minn folja waħda jew, meta jkun jeħtieġ li jiddaħħal aktar test, għandu jkun f’tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat veterinarju integrat sħiħ li ma jkunx diviżibbli. |
|
(c) |
Iċ-ċertifikat veterinarju għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul fl-Unjoni u bl-Ingliż u għandu jimtela b’ittri kapitali. |
|
(d) |
Jekk maċ-ċertifikat veterinarju jinhemżu folji ta’ karta addizzjonali jew dokumenti ta’ sostenn, dawk il-folji ta’ karta jew dokumenti għandhom jitqiesu wkoll bħala parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju billi tiġi ffirmata u ttimbrata kull waħda mill-paġni mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju awtorizzat. |
|
(e) |
Meta ċ-ċertifikat veterinarju, inklużi kwalunkwe folja addizzjonali ta’ karta jew dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-punt (d), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata, (numru tal-paġna mill-għadd totali tal-paġni), fin-naħa t’isfel tal-paġna u għandu jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ- ċertifikat veterinarju indikat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq ta kull paġna. |
|
(f) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat veterinarju għandu jinħareġ minn veterinarju uffiċjali tat-territorju jew tal-pajjiżi terz tat-tluq jew inkella minn veterinarju awtorizzat u sussegwentement approvat mill-awtorità kompetenti tat-territorju jew tal-pajjiż terz tat-tluq. L-awtorità kompetenti tat-territorju jew tal-pajjiż terz tat-tluq għandhom jiżguraw li jiġu osservati r-regoli u l-prinċipji għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 86 sa 89 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kulur tal-firma/firem fuq iċ-ċertifikat veterinarju għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għal timbri għajr dawk ibbuzzati jew b’marka tal-ilma. |
|
(g) |
In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-Kaxxi I.2 u II.a. taċ-ċertifikat veterinarju għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tat-territorju jew tal-pajjiż terz tat-tluq. |
PARTI 4
Rekwiżiti dwar il-ħruġ tad-dikjarazzjoni bil-miktub stabbilita fil-Parti 2
Id-dikjarazzjoni miktuba għandha tiġi abbozzata f’tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul fl-Unjoni u bl-Ingliż u għandha timtela b’ittri kapitali.
(1) Żomm kif jixraq.
(2) Ikteb l-informazzjoni b’ittri kapitali
(3) Ikteb l-isem, in-numru tal-approvazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-istabbiliment ta’ kwarantina.
(4) Trid tingħata evidenza lill-veterinarju uffiċjali tat-territorju jew tal-pajjiż terz.
(1) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).