<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1201322701.case.xml"><NO.CASE>C-257/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0257</NO.CELEX><NO.SEQ>0019.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-13230</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-13251</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MAZÁK — KAWŻA C-257/10</LEFT><RIGHT>BERGSTRÖM</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mazák</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20110621">21 ta’ Ġunju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1) u 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati [, għall-persuni li jaħdmu għal rashom] u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Kif ġiet emendata l-aħħar lok bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20010605">5 ta’ Ġunju 2001</DATE>, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, u (KEE) Nru 574/72 li jsemmi l-proċedura għat-twettiq tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 129).</P></NOTE> u kif ukoll il-Ftehim bejn l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2002">ĠU 2002 L 114, p. 6</REF.DOC.OJ>) (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>il-Ftehim<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-rikors kien sar fil-kuntest ta’ proċeduri tal-appell bejn il-Försäkringskassan (l-uffiċċju tas-sigurtà soċjali) (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>l-Uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Elisabeth Bergström rigward id-dritt għall-benefiċċji tal-familja ta’ ġenitur li kienet taħdem fl-Isvizzera u li sussegwentement iċċaqalqet għall-Isvezja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-imsemmi Ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Għan<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-għan ta’ dan il-ftehim, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Isvizzera, huwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jagħti dritt ta’ dħul, ta’ residenza, ta’ aċċess għal attività ekonomika b’salarju, ta’ stabbiliment inkwantu ħaddiem għal<?PAGE NO="I-13231"?> rasu u d-dritt ta’ soġġorn fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti; […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>li jagħti l-istess kundizzjonijiet ta’ ħajja, ta’ impjieg u ta’ xogħol bħal dawk mogħtija liċ-ċittadini nazzjonali.” [traduzzjoni mhux uffiċjali].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi Ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Nondiskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jistipula:</TXT><P>Iċ-ċittadini ta’ Parti Kontraenti li huma residenti legalment fit-territorju ta’ parti kontraenti oħra ma għandhomx ikunu, fl-applikazzjoni u skont id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I, II u III ta’ dan il-ftehim, is-suġġett ta’ diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom.” [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-Ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jistipula li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu, konformi mal-Anness II, għall-koordinament ta’ sistemi tas-servizzi soċjali bil-għan partikolari</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jiġi żgurat it-trattament uguali; […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-aggregazzjoni, bil-għan li jkun akkwistat u jinżamm id-dritt għal benefiċċji, u li jkunu kkalkulati dawn il-benefiċċji, tal-perijodi kollha kkunsidrati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi kkonċernati; […]” [traduzzjoni mhux uffiċjali].<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Anness II<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>L-Anness II jittratta l-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali.</P></NOTE> tal-Ftehim jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, li japplikaw bejniethom l-atti Komunitarji li għalihom isir riferiment, kif inhuma fis-seħħ fid-data tal-firma tal-ftehim u kif emendati bis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness, jew ir-regoli ekwivalenti għal dawn l-atti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Stat membru(i)<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> fl-atti li għalihom isir riferiment fis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandha tinftiehem li tinkludi l-Isvizzera, flimkien mal-Istati koperti mill-atti Komunitarji inkwistjoni.” [traduzzjoni mhux uffiċjali].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Is-Sezzjoni A tal-Anness II tal-Ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Atti li għalihom isir riferiment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.P><TXT>371 R 1408: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati [, għal persuni li jaħdmu għal rashom] u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, kif aġġornata bil-[…]” [traduzzjoni mhux uffiċjali].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-13232"?><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Ugwaljanza ta’ trattament<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ dan ir-Regolament, il-persuni residenti fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri li għalih japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-istess obbligi u jgawdu l-istess benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta’ kull Stat Membru bħaċ-ċittadini nazzjonali ta’ dan l-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Aggregazzjoni ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras (self-employment)<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li jinsab fil-Kapitolu 7, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Benefiċċji tal-Familja<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, ta’ dak ir-regolament, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Fejn il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru twettaq akkwist tad-dritt tal-benefiċċji kondizzjonat fuq it-twettiq ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras, l-istituzzjoni kompetenti ta’ dak l-Istat tieħu inkonsiderazzjoni għal dan l-iskop, sa fejn ikun hemm bżonn, perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg u impjieg għar-ras imwettqa fi kwalunkwe Stat Membru, bħallikieku dawn kienu perjodi mwettqa taħt il-leġislazzjoni li hija tamministra.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 89 tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni ta’ ċerti leġiżlazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjonijiet ta’ ċerti Stati Membri jinsabu fl-Anness VI.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-punt N tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>l-Iżvezja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.P><TXT>Biex ikun japplika l-Artikolu 72 tar-Regolament, id-dritt ta’ persuna għall-benefiċċju ta’ ġenitur għandu jkun stabbilit billi jitqiesu l-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula fi Stat Membru ieħor, imsejsa fuq l-istess dħul medju bħal tal-perjodi ta’ assigurazzjoni Svediża li magħhom jingħaddu<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Is-Socialförsäkringslagen (il-liġi dwar is-sigurtà soċjali) (1999:799) tistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Titolu 3: Ħarsien tas-sigurtà soċjali</P><?PAGE NO="I-13233"?><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART>L-Artikolu 1 —</TI.ART><ALINEA><P>Il-persuni kollha residenti fl-Isvezja għandhom ikunu assigurati għall-benefiċċji li ġejjin kif previst fil-Lagen om allmän försäkring (1962:381) (il-liġi dwar l-iskema ġenerali tas-sigurtà soċjali):</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>rimbors għat-trattament mediku, eċċ., taħt il-Kapitolu 2 f’materji lil jikkonċernaw benefiċċji li huma preklużi mill-uffiċċju tas-sigurtà soċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>allowance għall-ġenitur fl-iktar livell baxx u fl-iktar livell bażiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>allowance tal-mard u telf ta’ attività fil-forma ta’ benefiċċju ta’ garanzija; […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART>L-Artikolu 4</TI.ART><ALINEA><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-persuni kollha impjegati fl-Isvezja għandhom ikunu assigurati għall-benefiċċji li ġejjin kif previst fil-Lagen om allmän försäkring (1962:381):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>allowance għal-leave tal-mard u allowance tal-maternità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>allowance għall-ġenitur fuq l-iktar livell baxx u allowance okkażjonali tal-ġenituri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>allowance għal-leave tal-mard marbut mad-dħul u l-benefiċċju għal telf ta’ attività marbut mad-dħul; […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont il-Lagen om allmän försäkring (1962:381):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Kapitolu 3. Allowance għal-leave tal-mard</P><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>L-Artikolu 2</TI.ART><ALINEA><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-bażi tad-dħul għall-allowance tal-leave tal-mard huwa d-dħul monetarju annwali li l-persuna assigurata hija mistennija li taqla’ sakemm jingħata avviż ieħor, għax-xogħol tiegħu jew tagħha fl-Isvezja, […]</TXT></NP></ALINEA></ARTICLE><P>Il-Kapitolu 4. L-allowance tal-ġenitur</P><ARTICLE IDENTIFIER="006"><TI.ART>Taqsima 6</TI.ART><ALINEA><P>L-allowance sħiħa tal-ġenitur ma għandhiex tkun inqas minn SEK 60 għal kull ġurnata (l-iktar livell baxx).</P><P>L-allowance tal-ġenituri għandha titħallas għall-ewwel 180 ġurnata f’ammont li huwa ekwivalenti għal-leave tal-mard tal-ġenitur, ikkalkulat kif stipulat fil-ħames paragrafu, jekk il-ġenituri, tal-inqas għal 240 ġurnata konsekuttiva qabel it-twelid tat-tarbija, kienu assigurati għal-leave tal-mard fuq l-iktar<?PAGE NO="I-13234"?> livell baxx, jew hekk kellhom ikunu li kieku l-uffiċċju tas-sigurtà soċjali kien konxju taċ-ċirkustanzi kollha. Madankollu, l-allowance tal-ġenitur għall-ewwel 180 ġurnata, għadha tal-inqas titħallas fil-livell ta’ SEK 150 kull ġurnata (il-livell bażiku) bħala allowance sħiħa tal-ġenitur.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Elisabeth Bergström hija ċittadina Svediża. Hija kellha r-residenza tagħha fl-Isvizzera minn Jannar 1994 u kienet impjegata hemmhekk sakemm welldet lit-tifla tagħha fid-<DATE ISO="20020319">19 ta’ Marzu 2002</DATE>. Il-familja ċċaqalqet għall-Isvezja fl-<DATE ISO="20020901">1 ta’ Settembru 2002</DATE>. Żewġha immedjatament sab impjieg fl-Isvezja. E. Bergström ma daħlitx f’impjieg fl-Isvezja, u baqgħet mingħajr impjieg sabiex tkun tista’ tieħu ħsieb it-tifla tagħha. Hija applikat għall-allowance tal-ġenitur fil-livell tal-benefiċċju tal-leave tal-mard mis-<DATE ISO="20030316">16 ta’ Marzu 2003</DATE>, ikkalkulat abbażi tad-dħul li hi kellha mill-impjieg fl-Isvizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju qies li E. Bergström ma kinitx intitolata għall-allowance tal-ġenitur fil-livell bażiku tal-benefiċċju tal-leave tal-mard bażiku, jiġifieri dak ta’ SEK 150 kull ġurnata. L-Uffiċċju kkonstata li, taħt ir-Regolament Nru 1408/71, perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula fi Stati Membri oħra għandhom ukoll jintgħaddu sabiex ikun stabbilit jekk ir-rekwiżit tal-240 ġurnata jkunx ġie sodisfatt, imma l-aħħar ġurnata tar-rekwiżit tal-240 ġurnata trid tkun saret fl-Isvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>E. Bergström appellat minn dik id-deċiżjoni quddiem il-Länsrätten i Stockholms län (il-qorti distrettwali ta’ Stokkolma). Il-Länsrätten ċaħdet l-appell, primarjament għar-raġuni li l-allowance tal-ġenitur fil-livell tal-benefiċċju tal-leave tal-mard hija assigurazzjoni relatata ma’ impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>E. Bergström appellat quddiem il-Kammarrätten i Stockholm (il-Qorti tal-Appell, Stokkolma), li ċaħdet l-appell minħabba inammissibbiltà. E. Bergström appellat minn dik id-deċiżjoni quddiem ir-Regeringsrätten, li qalbet id-deċiżjoni u awtorizzat l-appell quddiem il-Kammarrätten. Dik il-qorti laqgħet l-appell ta’ E. Bergström li ddeċidiet li din kellha titqies li wettqet ir-rekwiżit tal-240 ġurnata permezz tal-perijodu tal-assigurazzjoni tagħha fl-Isvizzera, u li għandha tingħata leave ogħla mil-livell bażiku bbażat fuq l-impjieg preċedenti tagħha fl-Isvizzera. Il-Kammarrätten irriferiet, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> għall-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 u għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Rockler<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-137/04" PAGE.ECR="I-1441">C-137/04 Ġabra p. I-1441</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u Öberg<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/04" PAGE.ECR="I-1453">C-185/04 Ġabra p. I-1453</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-13235"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju appella mis-sentenza tal-Kammarrätten u talab li l-qorti tar-rinviju tannullaha u tirripristina s-sentenza tal-Länsrätten u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju. E. Bergström opponiet l-appell imressaq mill-appellant.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-Uffiċċju issa jqis li l-perijodu ta’ kwalifikazzjoni jista’ jkun komplut permezz ta’ impjieg fi Stat Membru ieħor. Madankollu, l-Uffiċċju sostna li E. Bergström ma hijiex intitolata għall-allowance tal-ġenitur ta’ livell ogħla għaliex hija ma għandha l-ebda bażi ta’ dħul għall-benefiċċju tal-leave tal-mard. Il-bażi tad-dħul għall-allowance tal-leave tal-mard hija bbażata fuq il-preżunzjoni li l-iskema tas-sigurtà soċjali hija ffinanzjata permezz tad-dħul mill-impjieg fl-Isvezja, li fuqu huma imposti ħlasijiet stipulati bil-liġi. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema ma japplikawx fir-rigward tal-Isvizzera. Is-sentenzi f’Rockler u Öberg jistgħu għalhekk ma jkunux applikati għall-każ preżenti kif għamlet il-Kammarrätten.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>E. Bergström issottomettiet illi ġenituri li kienu impjegati fl-Isvezja u, b’rabta mat-twelid ta’ tarbija, itemmu l-impjieg tagħhom, huma intitolati għall-allowance tal-ġenituri fil-livell tal-benefiċċju tal-leave tal-mard. L-istess regola għandha tapplika wkoll meta persuna tiċċaqlaq għall-Isvezja minn Stat Membru ieħor tal-UE jew minn pajjiż ieħor li għalih japplika r-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71, li jikkonċerna l-benefiċċji tal-familja u jipprovdi għall-aggregazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras ma huwiex ċar. It-titolu tal-Artikolu 72 jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>aggregazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni. Il-kliem tat-titolu jindika li l-artikolu japplika biss meta jkun hemm perijodu domestiku li jista’ jkun magħdud ma’ perijodu barra l-pajjiż. Madankollu, l-Artikolu 72 jirrikjedi li Stat Membru sempliċement <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[j]ieħu inkonsiderazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> perijodi ta’ assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor. Il-kliem tal-artikolu jindika għalhekk li perijodi barra l-pajjiż għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu imma ma jagħti ebda appoġġ dirett għall-preżunzjoni li għandu jkun hemm ukoll perijodu ta’ assigurazzjoni domestiku.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-livell tal-benefiċċji, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 iqiegħed fuq l-istess livell ċerti perijodi ta’ żmien kompluti lokalment u barra mill-pajjiż, imma, madankollu, ma jirregolax sa liema punt dħul magħmul lokalment u barra l-pajjiż għandu jkun ekwiparat. L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71, flimkien mal-Artikolu 8 tal-Ftehim, jinkludi iktar dispożizzjonijiet dwar id-dritt għal ugwaljanza fit-trattament. Skont il-qorti tar-rinviju, ma huwiex ċar jekk id-dritt għal ugwaljanza fit-trattament japplikax ukoll fil-każ ta’ ħaddiema migranti li huma<?PAGE NO="I-13236"?> ċittadini ta’ dak l-Istat Membru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, Klöppel (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-507/06" PAGE.ECR="I-943" YEAR="2008">C-507/06, Ġabra p. I-943</REF.DOC.ECR>, punti 17 u 18).</P></NOTE> u jekk, taħt l-Artikolu 3(1), dħul magħmul fi Stat Membru ieħor għandux jiġi kkunsidrat bħala dħul magħmul lokalment fil-kalkolu ta’ benefiċċji tal-familja bbażati fuq id-dħul. Jekk huwa hekk, tqum il-kwistjoni jekk dan huwiex ukoll il-każ fir-rigward tal-Isvizzera, li għaliha ma japplikax it-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Regeringsrätten (l-Isvezja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1)</NO.P><TXT>Skont id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Ftehim mal-Isvizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71, jista’ perijodu ta’ kwalifika għal benefiċċju tal-familja fil-forma ta’ benefiċċju għall-kura tat-tfal ibbażat fuq id-dħul jiġi kkompletat kollu kemm hu permezz ta’ impjieg u assigurazzjoni fl-Isvizzera?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Skont id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-Ftehim mal-Isvizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-Artikoli 3(1) u 72 tar-Regolament Nru 1408/71, dħul magħmul fl-Isvizzera għandu jitqabbel ma’ dħul domestiku fid-determinazzjoni tad-dritt għal benefiċċju tal-familja fil-forma ta’ benefiċċju għall-kura tat-tfal ibbażat fuq id-dħul?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati sottomissjonijiet bil-miktub minn E. Bergström, il-Gvernijiet tal-Isvezja u tal-Finlandja u mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 54a tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali talbu lill-partijiet fil-kawża prinċipali, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, jekk huma jkunu jixtiequ, dwar jekk huma jqisux li t-talba ta’ E. Bergström għall-benefiċċji tal-familja taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim. Il-partijiet fil-kawża prinċipali, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Kunsill intalbu sabiex fir-raġunament tal-osservazzjonijiet tagħhom jikkunsidraw <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> l-fatti jew l-ipoteżi li E. Bergström hija ċittadina Svediża fl-Isvezja li għamlet it-talba rilevanti f’dak l-Istat Membru, l-Artikoli 1, 2, 8 u l-Anness II tal-Ftehim u d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fi Grimme<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE> (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-351/08" PAGE.ECR="I-10777" YEAR="2009">C-351/08, Ġabra p. I-10777</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-13237"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>E. Bergström, il-Gvern tal-Isvezja u l-Gvern tar-Renju Unit u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-fomm matul is-seduta tal-<DATE ISO="20110504">4 ta’ Mejju 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kwistjoni preliminari — l-applikabbiltà tal-Ftehim</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>E. Bergström u l-Kummissjoni jikkunsidraw b’risposta għad-domanda li saret skont l-Artikolu 54a tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-ftehim huwa applikabbli għall-fatti u għat-tilwima fil-kawża prinċipali. Il-Gvern Svediż fir-risposta tiegħu kkonstata li s-sitwazzjoni ta’ E. Bergström ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim. Skont dak il-gvern, l-Artikoli 1 u 2 tal-Ftehim huma intiżi li jipproteġu ħaddiema migranti minn diskriminazzjoni fl-Istat fejn huma jaħdmu. Madankollu, is-sitwazzjoni ta’ impjegat fl-Istat tal-oriġini tiegħu u s-sitwazzjoni tiegħu mar-ritorn f’dak l-Istat ma hijiex irregolata b’dak il-Ftehim. Dan huwa kkonfermat bl-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Ftehim li jistipula li impjegat li huwa ċittadin ta’ parti kontraenti ma jistax, minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu, ikun ittrattat fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra b’mod differenti minn impjegati ċittadini ta’ dak il-pajjiż. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja fi Grimme<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.</P></NOTE> kkonstatat li l-ugwaljanza fit-trattament stipulata bl-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Ftehim ma tapplikax għat-trattament ta’ ċittadin ta’ parti kontraenti mill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, fl-evalwazzjoni ta’ jekk il-Ftehim huwiex applikabbli għaċ-ċirkustanzi fil-kawża prinċipali, huwa imperattiv li dak il-ftehim jiġi eżaminat fit-totalità tiegħu bl-annessi u l-protokolli għall-Ftehim li jifformaw parti integrali minnu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-Artikolu 15 tal-Ftehim.</P></NOTE> u li bl-ebda mod ma huma ta’ valur sekondarju. Minkejja dan, il-Ftehim madankollu jispeċifika u għalhekk jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-annessi tiegħu. Għalhekk, pereżempju, l-Artikolu 6 tal-Ftehim jistipula li d-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Parti Kontraenti għandu jkun iggarantit għal persuni li ma jkunux qegħdin isegwu attività ekonomika skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I li għandu x’jaqsam ma’ persuni mhux attivi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara wkoll, pereżempju, l-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar id-dritt ta’ residenza u aċċess għal attività ekonomika u l-Artikolu 7 dwar drittijiet oħra.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Ftehim, li jiggarantixxi ugwaljanza fit-trattament għal persuni impjegati li huma ċittadini ta’ Stat Kontraenti fit-territorju ta’ Stat Kontraenti ieħor, u d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fi Grimme<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.</P></NOTE> li tirreferi parzjalment għal dik id-dispożizzjoni, ma humiex applikabbli għall-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali. Huwa evidenti mill-Artikolu 8 tal-Ftehim li huwa l-Anness II u mhux l-Anness I li huwa applikabbli<?PAGE NO="I-13238"?> għall-kwistjoni tal-koordinament ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Partijiet Kontraenti ta’ dak il-ftehim. Skont l-Artikolu 8a tal-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jirregolaw, skont l-Anness II, il-koordinament ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali bil-għan partikolari li jiżguraw li jingħata ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għal kuntrarju ta’ E. Bergström, C. Grimme fil-fatt ma eżerċitax id-drittijiet mogħtija taħt il-Ftehim lil ċittadini ta’ Stati Membri sabiex <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> jaħdmu u jirrisjedu fil-Konfederazzjoni Svizzera<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Id-domanda preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Grimme kienet dwar jekk C. Grimme, ċittadin Ġermaniż u direttur maniġerjali ta’ fergħa Ġermaniża ta’ kumpannija Svizzera, kienx obbligat li jkun membru tal-iskema ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni statutorja. Il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċiali tal-Ġermanja jistabbilixxi eżenzjoni għall-membri ta’ bord maniġerjali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata milli jissieħbu fl-iskema statutorja għall-assigurazzjoni tal-pensjoni. Ir-raġunament tal-każ fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa bbażat fuq id-dritt limitat tal-istabbiliment ta’ persuni legali u l-libertà li tipprovdi s-servizzi stabbiliti fil-Ftehim. Madankollu, C. Grimme sostna wkoll li, bħala ħaddiem impjegat, l-isħubija obbligatorja fl-iskema statutorja kienet tammonta għall-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ta’ impjegati ggarantit bl-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Ftehim inkwantu membri ta’ bordijiet maniġerjali ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitati irregolati bil-liġi Ġermaniża huma eżenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Ftehim, li jiggarantixxi ugwaljanza fit-trattament ta’ persuni impjegati li huma ċittadini ta’ parti kontraenti fit-territorju ta’ parti kontraenti oħra, jikkonċerna biss il-każ ta’ diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità kontra ċittadin ta’ parti kontraenti fit-territorju ta’ parti kontraenti oħra. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-pożizzjoni ta’ C. Grimme bħala membru tal-bord maniġerjali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitat irregolata bil-liġi Svizzera, ma kienet ta’ ebda rilevanza fir-rigward tal-kwistjoni tad-diskriminazzjoni. Ara l-punti 46 sa 49 (kawża ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Hija ġuridsprudenza stabbilita li l-Artikolu 1(1) tal-Anness II tal-Ftehim, dwar il-koordinament ta’ skemi tas-sigurtà soċjali jirrikjedi li l-partijiet kontraenti japplikaw bejniethom l-atti tal-Unjoni li qed isir riferiment għalihom, li jkunu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dak il-ftehim u kif emendati bis-Sezzjoni A ta’ dak l-anness. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 1(2) ta’ dak l-anness, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>il-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Stat [M]embru(i)<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> fl-atti li għalihom isir riferiment fis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandha tinftiehem li tinkludi l-Isvizzera, flimkien mal-Istati koperti mill-atti Komunitarji inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> Ir-Regolament Nru 1408/71 jissemma fis-Sezzjoni A tal-Anness II tal-Ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Atti li jsir riferiment għalihom<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Minn dan isegwi li, minbarra l-Istati Membri tal-UE, id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jkopru wkoll lill-Konfederazzjoni Svizzera<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara sentenza tat-<DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembre 2010</DATE>, Xhymshiti (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-247/09" PAGE.ECR="I-11845" YEAR="2010">C-247/09, Ġabra p. I-11845</REF.DOC.ECR>, punti 31 sa 33). Ara wkoll is-sentenza tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Schwemmer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-16/09" PAGE.ECR="I-9717" YEAR="2010">C-16/09, Ġabra p. I-9717</REF.DOC.ECR>, punt 32).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1408/71 kien adottat biex jikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-ikbar moviment liberu possibbli għal ħaddiema migranti. Dak l-iskop ma kienx jintlaħaq li kieku, bħala konsegwenza tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, il-ħaddiema kellhom jitilfu l-vantaġġi tas-sigurtà soċjali ggarantiti lilhom mil-liġijiet ta’ Stat Membru, speċjalment meta dawn il-vantaġġi tas-sigurtà soċjali huma l-korrispettiv tal-kontribuzzjonijiet li huma jkunu ħallsu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, f’dan is-sens, pereżempju, is-sentenza tal-<DATE ISO="19860225">25 ta’ Frar 1986</DATE>, Spruyt (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="284/84" PAGE.ECR="685" YEAR="1986">284/84, Ġabra p. 685</REF.DOC.ECR>, punti 18 u 19).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim, permezz tar-riferiment espress<?PAGE NO="I-13239"?> għar-Regolament Nru 1408/71 fis-Sezzjoni A tal-Anness II tal-Ftehim, riedu wkoll effettivament jiżguraw il-moviment ħieles għal ħaddiema migranti ġewwa t-territorji tal-Partijiet Kontraenti. Barra minn hekk, fil-fehma tieghi, l-għanijiet tal-Ftehim, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 1(a) ta’ dak il-ftehim dwar id-dritt, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, ta’ dħul, ta’ residenza, ta’ aċċess għax-xogħol bħala persuni impjegati u d-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti u ċertament l-Artikolu 1(d) ta’ dak il-ftehim, b’mod partikolari l-għan li jikkonċerna kundizzjonijiet ta’ għajxien ugwali jkunu severament imfixkla jekk id-drittijiet mogħtija taħt il-Ftehim sempliċement kienu japplikaw b’mod limitat u maqtugħ meta ċittadin ta’ Parti Kontraenti jkun jinsab f’Parti Kontraenti oħra. L-għanijiet inkwistjoni u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni stipulat fl-Artikolu 2 tal-Ftehim jiġu kompromessi jekk ċittadini tal-UE, li jkunu eżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom taħt il-Ftehim, ma jkunux jistgħu jinvokaw id-dispożizzjonijiet tiegħu mar-ritorn tagħhom fl-Istat Membru tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għalhekk, jien tal-fehma li t-talba ta’ E. Bergström għall-benefiċċji tal-familja taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 16(1) tal-Ftehim, id-drittijiet u l-obbligi stipulati bir-Regolament Nru 1408/71 għandhom jingħataw effett ekwivalenti fir-relazzjonijiet bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Istati Membri tal-UE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kunsiderazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda — fuq il-perijodu ta’ kwalifikazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jidher li skont il-liġi Svediża, sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-allowance tal-ġenituri fil-livell tal-benefiċċju tal-leave għall-mard, huwa meħtieġ li jkun komplut perijodu minimu ta’ assigurazzjoni jew impjieg. Bl-ewwel domanda tagħha l-qorti tar-rinviju qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar jekk, skont l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71, il-perijodu inkwistjoni jistax ikun komplut fl-intier tiegħu permezz ta’ impjieg u assigurazzjoni fl-Isvizzera jew jekk kellux ikun hemm perijodu ta’ assigurazzjoni jew impjieg li jkun komplut fl-Isvezja. Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra b’mod partikolari li l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 ma huwiex ċar fid-dawl tat-titolu tiegħu u Punt N(1) tal-Anness VI ta’ dak ir-regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="I-13240"?><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet tagħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, E. Bergström iddikjarat li skont l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71, il-perijodu inkwistjoni jista’ jkun komplut fl-intier tiegħu permezz ta’ impjieg u assigurazzjoni fl-Isvizzera. Applikazzjoni diretta tal-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 u applikazzjoni b’analoġija tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Öberg<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Iċċitatata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.</P></NOTE> u f’Rockler<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.</P></NOTE> jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tonqos milli tikkunsidra perijodi li fihom impjegat kien kopert bl-assigurazzjoni tal-mard ta’ Stat Membru ieħor jew leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi perijodu ta’ assigurazzjoni nazzjonali b’żieda ma’ perijodu ta’ assigurazzjoni barra l-pajjiż, ser tiskoraġġixxi ċittadini ta’ dak l-Istat Membru milli jitilqu u milli jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru ieħor. Il-Gvern Svediż iqis fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu li skont il-prinċipju tal-ugwaljanza, l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jkun interpretat li jfisser li perijodu ta’ assigurazzjoni jista’ jkun komplut fl-intier tiegħu fi Stat Membru ieħor jew fl-Isvizzera. Madankollu, fir-risposta tiegħu għad-domanda magħmula skont l-Artikolu 54a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u fis-sottomissjonijiet orali tiegħu, il-Gvern Svediż emenda s-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu fir-rigward tal-ewwel domanda preliminari magħmula u ddikjara li jqis li rekwiżit impost bil-liġi nazzjonali li perijodu ta’ assigurazzjoni għandu jkun komplut ukoll fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti huwa kompatibbli mal-Ftehim u l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71. Il-Gvern Finlandiż iqis li l-kliem u t-titolu tal-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 jirrikjedu l-aggregazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras u għandhom ikunu interpretati bħala li ma jipprekludux li l-liġi ta’ Stat tkun tirrikjedi li jkun komplut perijodu partikolari ta’ assigurazzjoni jew impjieg skont dik il-leġiżlazzjoni sabiex joriġina d-dritt għal benefiċċji. Fit-talba tiegħu għal smigħ f’dan il-każ, il-Gvern tar-Renju Unit iddikjara li l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 ma jirrikjedix li jkun hemm perijodu ta’ impjieg jew assigurazzjoni fl-istat fejn tkun saret l-applikazzjoni għall-benefiċċju. Matul is-seduta, dan il-gvern iddikjara li l-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju għandha titwieġeb fin-negattiv u li l-Istati Membri għandhom id-dritt li jimponu perijodu ta’ assigurazzjoni jew impjieg lokali skont l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-għan tiegħu li huwa li l-moviment liberu tal-persuni jingħata effett. Din l-interpretazzjoni tikkonforma mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Öberg u Rockler. L-Artikolu 8(c) tal-Ftehim jistipula li l-partijiet kontraenti għandhom jistabbilixxu regoli konformi mal-Anness II ta’ dak il-ftehim għall-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali bil-għan li jiżguraw l-aggregazzjoni tal-perijodi kollha li tqiesu minn leġiżlazzjonijiet<?PAGE NO="I-13241"?> nazzjonali differenti li, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, jagħtu lok għal dritt għal benefiċċji. Skont l-Artikolu 1 tal-Anness II tal-Ftehim, il-partijiet jaqblu li japplikaw ċerti atti tal-UE inkluż ir-Regolament Nru 1408/71. Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim huma dispożizzjonijiet espressi li skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenzi Grimme, diġà ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7; tal-<DATE ISO="20100211">11 ta’ Frar 2010</DATE>, Fokus Invest (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-541/08" PAGE.ECR="I-1025" YEAR="2010">C-541/08, Ġabra p. I-1025</REF.DOC.ECR>) u tal-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, Hengartner u Gasser (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-70/09" PAGE.ECR="I-7233" YEAR="2010">C-70/09 Ġabra p. I-7233</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> għandhom jiġu interpretati b’analoġija skont ir-regoli korrispondenti tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis, skont is-sentenzi Öberg u Rockler, li l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jkun interpretat li jfisser li perijodi kompluti fi Stat Membri ieħor ma għandhomx neċessarjament ikunu magħduda ma’ perijodi kompluti fl-Istat Membru fejn jintalab il-benefiċċju, inkella ċ-ċittadini tal-UE jkunu dissważi milli jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru ieħor. F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hemm bżonn ta’ perijodu ta’ assigurazzjoni jew impjieg fl-Isvezja, il-Kummissjoni tosserva li r-raġel ta’ E. Bergström’s beda jaħdem fl-Isvezja mill-<DATE ISO="20020901">1 ta’ Settembru 2002</DATE> u li huwa temm il-perijodu neċessarju skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Hoever u Zachow<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19961010">10 ta’ Ottubru 1996</DATE> (Kawżi Maqgħuda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-245/94+C-312/94" PAGE.ECR="I-4895" YEAR="1996">C-245/94 u C-312/94, Ġabra p. I-4895</REF.DOC.ECR>, punt 37).</P></NOTE>. Dik is-sentenza tipprovdi li l-benefiċċji tal-familja ma jistgħux, minħabba n-natura tagħhom stess, jitqiesu bħala dovuti lil individwu indipendentement mis-sitwazzjoni familjari tiegħu. Meta l-għoti ta’ benefiċċju huwa maħsub sabiex jgħin familja tlaħħaq mal-ispejjeż tal-familja, l-għażla tal-ġenitur li għandu jirċievi l-allowance ma għandha l-ebda importanza.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li l-benefiċċji pprovduti bil-liġi Svediża inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>benefiċċji tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1408/71<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Fis-sentenza tal-<DATE ISO="19980611">11 ta’ Ġunju 1998</DATE>, Kuusijärvi (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-275/96" PAGE.ECR="I-3419" YEAR="1998">C-275/96, Ġabra p. I-3419</REF.DOC.ECR>, punt 57), il-Qorti tal-Ġustizzja tenniet mill-ġdid il-ġurisprudenza stabbilita tagħha li benefiċċju jista’ jitqies bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali għall-iskopijiet tar-Regolament Nru 1408/71 meta jingħata, mingħajr l-ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, lil benefiċjarji abbażi ta’ pożizzjoni legalment definita u sakemm dan jikkonċerna wieħed mir-riskji espressament elenkati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1408/71. F’dak il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li d-dispożizzjonijiet tal-liġi Svediża li jikkonċernaw l-għoti ta’ benefiċċji tal-ġenituri jagħti dritt legalment iddefinit lil benefiċjarji u li dak il-benefiċċju huwa mogħti lil persuni li jissodisfaw ċerti kriterji oġġettivi, mingħajr ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonarja tal-bżonnijiet personali tagħhom. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-benefiċċju inkwistjoni huwa maħsub li jagħmilha possibbli għal wieħed mill-ġenituri li jiddedika lilu nnifsu jew lilha nnifisha għat-trobbija ta’ tifel jew tifla żgħar, u huwa mfassal, b’mod aktar speċifiku, sabiex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż l-oħra għall-kura u għat-trobbija tat-tifel jew tifla u, skont il-każ, sabiex itaffi l-iżvantaġġi finanzjarji involuti meta jintilef dħul minn attività ta’ xogħol. Il-benefiċċju għalhekk tqis bħala benefiċċju tal-familja skont it-tifsira tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71. Ara wkoll il-punti 58 sa 60.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Filwaqt li Stat Membru huwa intitolat, skont il-prinċipju li l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet dwar l-għoti ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li jistipula perijodu ta’ kwalifikazzjoni għall-akkwist ta’ dritt għal benefiċċju tal-familja, l-Artikolu 48(a) TFUE jistipula l-prinċipju tal-aggregazzjoni ta’ ċerti perijodi li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri. Dan il-prinċipju huwa implementat<?PAGE NO="I-13242"?> fil-kuntest preżenti bl-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 fir-rigward tal-benefiċċji tal-familja. Il-prinċipju tal-aggregazzjoni huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi li jirregola l-koordinazzjoni tal-Unjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri, fejn l-għan tiegħu huwa li jiggarantixxi li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu mogħti mit-Trattat ma jkollux l-effett li jċaħħad lil ħaddiem mill-vantaġġi ta’ sigurtà soċjali li huwa seta’ jibbenefika minnhom kieku għadda l-karriera tiegħu kollha fi Stat Membru wieħed. Konsegwenza bħal din tista’ tiskoraġġixxi lill-ħaddiema Komunitarji milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu u għalhekk tikkostitwixxi ostaklu għal dik il-libertà<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, Salgado Alonso (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-306/03" PAGE.ECR="I-705" YEAR="2005">C-306/03, Ġabra p. I-705</REF.DOC.ECR>, punti 28 u 29). Ara wkoll is-sentenza tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, Tomaszewska (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-440/09" PAGE.ECR="I-1033" YEAR="2011">C-440/09 Ġabra p. I-1033</REF.DOC.ECR>, punti 30 u 31).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[a]ggregazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras (self-employment)<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jistipula li fejn Stat Membru jagħmel l-akkwist tad-dritt għall-benefiċċji suġġett għall-kundizzjoni ta’ twettiq ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras, dawn il-perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg u impjieg għar-ras imwettqa fi kwalunkwe Stat Membru għandhom jitqiesu bħallikieku kienu kompluti fl-ewwel Stat Membru. Fil-fehma tiegħi, għalkemm l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>aggregazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Bil-Franċiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>totalisation<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>: l-istess kelma kif inkluża fl-Artikolu 48(a) TFUE.</P></NOTE> fit-titolu tal-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 jista’ fl-astratt jagħti lok għall-ambigwità billi possibbilment jimplika, kif kien osservat mill-qorti tar-rinviju, rekwiżit tal-għadd ta’ żewġ perijodi rilevanti jew iktar fi Stati Membri differenti u b’hekk jeskludi perijodu wieħed ikkompletat fi Stat Membru wieħed li ma jkunx l-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti, il-kliem ċar tal-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 innifisu ma jħalli l-ebda skop għall-ambigwità u bl-ebda mod ma jsostni l-interpretazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni li ġiet avvanzata mill-Gvernijiet tal-Isvezja, tal-Finlandja u tar-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 issostni b’mod ċar il-konstatazzjoni li meta l-perijodu rilevanti jkun ikkompletat fl-intier tiegħu fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-istituzzjoni kompetenti, dan għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-perijodu kompletat fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara b’kuntrast, sempliċement bħala paragun f’dik li hija teknika tal-formulazzjoni, l-Artikolu 67(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1408/71.</P></NOTE> u li t-tlestija ta’ dan il-perijodu waħdu jista’ jagħti lok għal drittijiet fl-Istat Membru l-ieħor. Il-kliem ċar tal-Artikolu 72 ma jippermettix li l-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti jeżiġi kundizzjonijiet addizzjonali oħra<?PAGE NO="I-13243"?> li jkunu jirrikjedu perijodu domestiku ta’ assiġurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jien tal-fehma wkoll li l-Punt N(1) tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1408/71 li jikkonċerna l-Isvezja, li jistipula fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 72 ta’ dak ir-regolament, li d-dritt ta’ persuna għall-benefiċċju tal-ġenituri għandu jkun stabbilit billi perijodi ta’ assigurazzjoni kompluti fi Stat Membru ieħor jitqiesu li huma bbażati fuq l-istess dħul medju bħall-perijodi ta’ assigurazzjoni Svediżi li jkunu aggregati magħhom, ma jistax jiġi interpretat li jfisser li perijodu ta’ assigurazzjoni jew impjieg fl-Isvezja jista’ jkun meħtieġ mil-liġi Svediża sabiex wieħed ikun jista’ jakkwista dritt għall-benefiċċji tal-familja. Fil-fehma tiegħi, huwa ċar mill-formulazzjoni tal-Punt N(1) tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1408/71 li dan japplika flimkien mal-Artikolu 72 ta’ dak ir-regolament. Barra minn hekk, jiena nqis li l-Punt N(1) tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1408/71 ma jistipulax jew saħansitra jissuġġerixxi li perijodu ta’ assiġurazzjoni fl-Isvezja huwa mandatorju. Fil-fatt, fil-fehma tiegħi, il-Punt N(1) tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1408/71 huwa rilevanti biss meta fil-fatt ikun hemm żewġ perijodi ta’ assigurazzjoni rilevanti fir-rigward ta’ persuna, wieħed fl-Isvezja u ieħor fi Stat Membru ieħor. F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-Punt N(1) tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1408/71 jistipula regoli speċifiċi għall-Isvezja fir-rigward tad-dħul li abbażi tiegħu huwa stabbilit id-dritt ta’ persuna għal benefiċċju tal-ġenituri. Għalhekk, jiena nqis li l-Punt N(1) tal-Anness VI tar-Regolament Nru1408/71 ma huwiex rilevanti għall-fatti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minbarra l-interpretazzjoni litterali tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1408/71, inqis li l-approċċ imsemmi iktar ’il fuq huwa sostnut mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. Il-Qorti tal-Ġustizzja f’Öberg<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-punt 16 (kawża ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5).</P></NOTE> u Rockler<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-punt 19 (kawża ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4).</P></NOTE> ikkonstatat li leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tqisx, għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-ġenituri, il-perijodi ta’ impjieg imwettqa taħt l-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-Mard tal-Komunitajiet Ewropej tista’ tiddiswadi liċ-ċittadini ta’ Stat Membru milli jitilqu minn dan l-Istat sabiex jeżerċitaw attività professjonali fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor peress illi, billi jaċċettaw impjieg ma’ tali istituzzjoni, huma jitilfu l-possibbiltà li jibbenefikaw, taħt l-iskema nazzjonali tal-assigurazzjoni kontra l-mard, minn benefiċċju tal-familja li huma kien ikollhom dritt għalih kieku ma kinux aċċettaw dan l-impjieg. Konsegwentement, il-leġiżlazzjoni Svediża dwar benefiċċji tal-ġenituri inkwistjoni fil-kawżi Öberg<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara l-punt 17.</P></NOTE> u Rockler<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara l-punt 20.</P></NOTE> ġiet iddikjarata bħala li tammonta għal ostakolu għall-moviment liberu ta’ ħaddiema skont l-Artikolu 39 KE (issa l-Artikolu 45 TFUE). Fil-fehma tiegħi, ir-raġunament inerenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dawk il-kawżi ma jistax jiġi limitat, kif ġie sostnut mill-Gvern tar-Renju Unit waqt is-smigħ, għall-fatti speċifiċi dojoq tagħhom u għalhekk għal sitwazzjonijiet li jikkonċernaw lil persuni li qabel kienu impjegati ta’<?PAGE NO="I-13244"?> istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Is-sentenzi f’dawk il-kawżi jenfasizzaw il-prinċipju tal-aggregazzjoni stipulat fl-Artikolu 48(a) TFUE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Li kien adottat sabiex ikun żgurat il-prinċipju tal-moviment liberu ta’ ħaddiema stipulat fl-Artikolu 45 TFUE.</P></NOTE> li jirrikjedi li, bħala regola, għall-iskopijiet <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> biex ikun akkwistat id-dritt għal benefiċċju tas-sigurtà soċjali pprovdut minn Stat Membru, perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras kompletati minn ħaddiem migrant fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu ttrattati bħala totalment ekwivalenti għal perijodi kompletati fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti. Fil-fehma tiegħi, eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju fil-kuntest ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali għandhom ikunu espressament stipulati b’mod ċar mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, pereżempju, l-Artikolu 67(3) tar-Regolament Nru 1408/71 li jikkonċerna l-każ speċifiku ta’ benefiċċji tal-qgħad.</P></NOTE>. Fl-eventwalità ta’ ambigwità, jiena tal-fehma li l-prinċipju tal-aggregazzjoni għandu jipprevali.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalhekk jidher, skont l-Artikoli 45 u 48(a) TFUE u r-r-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Öberg u f’Rockler, li l-perijodi rilevanti ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg skont l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 jistgħu jkunu kompletati fl-intier taghhom permezz ta’ impjieg u assigurazzjoni fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti. Rekwiżit li perijodu ta’ assigurazzjoni jew impjieg ikun ikkompletat fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Jekk rekwiżit bħal dan kien impliċitu, kuntrarju għall-kliem ċar tad-dispożizzjoni inkwistjoni u għalhekk, fil-fehma tiegħi, ir-rieda espressa u mhux ambigwa tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, dan iqajjem il-kwistjoni dwar it-tul ta’ żmien minimu tal-perijodu rilevanti ta’ assigurazzjoni fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti. Mid-digriet tar-rinviju jidher li l-Uffiċċju kkunsidra li l-perijodi ta’ assigurazzjoni kkompletati fi Stati Membri oħra setgħu jiġu inklużi fl-evalwazzjoni ta’ jekk il-240 ġurnata rikjesti għall-benefiċċju tal-ġenituri fl-Isvezja kinux ġew ikkompletati, bil-kundizzjoni li l-<HT TYPE="ITALIC">aħħar ġurnata</HT> tal-240 ġurnata rikjesta kienet ikkompletata fl-Isvezja.</P></NOTE> jista’ jiddiswadi ċittadin ta’ dak l-Istat Membru milli jitlaq mill-pajjiż tal-oriġini tiegħu sabiex jeżerċita l-moviment liberu tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara Öberg (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5), punt 15, u Rockler (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4), punt 18.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Madankollu, kif ġie osservat mill-qorti tar-rinviju, l-interpretazzjoni mogħtija lid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rigward is-suq intern ma tistax tiġi awtomatikament applikata b’analoġija għall-interpretazzjoni tal-Ftehim, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet espressi f’dan is-sens stipulati bil-Ftehim innifsu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara Grimme (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7), u Fokus Invest (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 17).</P></NOTE>. Għalhekk, it-tilwima fil-kawża prinċipali għandha tkun analizzata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71, il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-punti 31 sa 33 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Għalhekk l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 ikopri l-Konfederazzjoni Svizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, filwaqt li s-sentenzi fil-kawżi Öberg u Rockler huma bbażati fuq<?PAGE NO="I-13245"?> l-Artikolu 39 KE (issa l-Artikolu 45 TFUE) u għalhekk ma humiex direttament applikabbli fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-qorti tar-rinviju, jiena naħseb li r-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dawk il-kawżi flimkien mal-prinċipju tal-aggregazzjoni kif stipulat <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> bl-Artikolu 48(a) TFUE u l-ġurisprudenza dwaru għandhom japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għat-tilwima fil-kawża prinċipali. Tali applikazzjoni hija neċessarja sabiex jingħata effett konkret għall-għanijiet tal-Ftehim dwar il-moviment liberu ta’ persuni, b’mod partikolari dawk stabbiliti bl-Artikolu 1(a) u 1(d) tiegħu. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li fl-Artikolu 8(c) tal-Ftehim hemm riferiment espliċitu għall-prinċipju tal-aggregazzjoni fil-kuntest li jiġu żgurati u jinżammu l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, jiena tal-fehma li l-għanijiet tal-Ftehim ikunu severament kompromessi jekk perijodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ impjieg għar-ras kompletati fl-Isvizzera, li f’dan il-każ jidhru li kienu pjuttost fit-tul<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-punt 14 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, ma setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni mal-wasla lura tal-individwu fl-UE sabiex jakkwista d-dritt għal benefiċċji tal-familja sakemm il-perijodi rilevanti kompletati fl-Isvizzera ma jkunux magħduda ma’ xi perijodu minimu ipotetiku ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għalhekk jien tal-fehma li skont l-Artikoli 1 u 8 tal-Ftehim u l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 meta, skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, l-akkwist ta’ dritt għal benefiċċji tal-familja jkun suġġett għall-kundizzjoni ta’ twettiq ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras, l-istituzzjoni kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tieħu inkunsiderazzjoni għal dan l-iskop perijodu ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras imwettaq fl-intier tiegħu fl-Isvizzera.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda — fuq il-livell ta’ benefiċċji</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, skont il-Ftehim u l-Artikoli 3(1) u 72 tar-Regolament Nru 1408/71, persuna li, qabel ma tkun ħadet il-leave parentali, kienet impjegata fl-Isvizzera u għalhekk ma kellha ebda bażi ta’ dħul għall-benefiċċju tal-leave tal-mard fl-Isvezja, tista’ xorta waħda tkun intitolata għall-benefiċċju tal-leave tal-ġenituri fil-livell tal-benefiċċju tal-leave tal-mard abbażi tad-dħul tagħha fl-Isvizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-għan tar-Regolament Nru 1408/71, kif stipulat fit-tieni u fir-raba’ premessi tiegħu, huwa li jiżgura l-moviment liberu tal-ħaddiema impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiġu osservati l-karatteristiċi ta’ kull waħda mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali. Għaldaqstant, hekk kif jirriżulta mill-ħames, is-sitt u l-għaxar premessi, dan ir-regolament isegwi l-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema skont il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti<?PAGE NO="I-13246"?> u għandu bħala għan li jiggarantixxi bl-aħjar mod l-ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema kollha li jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u mhux li jippenalizza l-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, Piatkowski (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-493/04" PAGE.ECR="I-2369" YEAR="2006">C-493/04, Ġabra p. I-2369</REF.DOC.ECR>, punt 19).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Kif indikat mill-qorti tar-rinviju u mill-Kummissjoni, ir-Regolament Nru 1408/71 jinkludi regoli speċifiċi għall-kalkolu ta’ ċerti tipi ta’ benefiċċji. Madankollu, għall-kuntrarju ta’, pereżempju, l-Artikoli 23, 47, 58 u 68 tar-Regolament Nru 1408/71 li jikkonċernaw il-kalkolu ta’ benefiċċji tal-mard u maternità, pensjonijiet tax-xjuħija u tal-invalidità, inċidenti waqt ix-xogħol, mard okkupazzjonali u qgħad, ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika ta’ dak ir-regolament li tirregola l-kalkolu ta’ benefiċċji tal-familja li hija applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Fid-digriet tar-rinviju, il-qorti tar-rinviju kkonstatat li huwa paċifiku li Elisabeth Bergström ma hijiex koperta bl-Artikoli 71(1)(a)(ii), 71(1)(b)(ii) u 72a tar-Regolament Nru 1408/71.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-Gvernijiet tal-Isvezja u tal-Finlandja u l-Kummissjoni huma tal-fehma li l-benefiċċji inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom ikunu kkalkulati b’analoġija mal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1408/71 li jittratta l-kalkolu ta’ benefiċċji fi flus kontanti rigward mard u maternità abbażi tad-dħul medju. Il-Gvernijiet tal-Isvezja u tal-Finlandja jqisu li għal dan il-għan huwa biss id-dħul magħmul fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti li għandu jiġi kkunsidrat. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jeżisti prinċipju ġenerali li dħul magħmul fi Stat Membru ieħor ma huwiex ikkunsidrat meta jiġu kkalkulati l-benefiċċji. Madankollu, jekk l-awtoritajiet Svediżi kellhom iħallsu lil E. Bergström benefiċċji tal-ġenituri fil-livell bażiku biss huma jkunu qegħdin jittrattaw b’mod mhux ugwali lil ħaddiema migranti meta mqabbla ma’ dawk li baqgħu fl-Isvezja. Sabiex tkun eliminata dik id-diskriminazzjoni, għandu jintuża bħala bażi għall-kalkolu inkwistjoni d-dħul medju ta’ persuna li teżerċita l-istess professjoni u bl-istess kwalifiki ta’ E. Bergström.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 7 tar-Regolament Nru 1408/71 li jirregola l-kalkolu ta’ benefiċċji tal-familja u għalhekk kwalunkwe regola ta’ koordinament dwar dan, il-benefiċċji tal-familja inkwistjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-regolament għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-liġi tal-Istat Membru kompetenti, sakemm il-kundizzjonijiet li jkunu adottati ma jagħtux lok għal diskriminazzjoni evidenti jew moħbija bejn ħaddiema tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jirregolaw il-kalkolu tal-benefiċċju huma applikabbli, sakemm dawn jikkonformaw mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju u l-Gvern Svediż huma tal-fehma li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament<?PAGE NO="I-13247"?> Nru 1408/71 sempliċement jipprova jiżgura li ċittadini barranin li għalihom japplika r-regolament, ikollhom l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini ta’ Stat Membru. Skont il-qorti tar-rinviju, ma huwiex ċar jekk id-dritt għal ugwaljanza fit-trattament japplikax ukoll fil-każ ta’ ħaddiema miġranti li huma ċittadini ta’ Stat Membru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara Klöppel (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punti 17 u 18).</P></NOTE>, u jekk, skont l-Artikolu 3(1), dħul magħmul fi Stat Membru ieħor għandux jiġi kkunsidrat bħala dħul magħmul lokalment fil-kalkolu ta’ benefiċċji tal-familja bbażati fuq id-dħul. Jekk huwa hekk, tqum il-kwistjoni dwar jekk dan huwiex ukoll il-każ fir-rigward tal-Isvizzera, li fir-rigward tagħha t-Trattat ma japplikax. Il-Gvern Svediż huwa tal-fehma li l-Istati Membri jistgħu japplikaw trattatament inqas favorevoli għaċ-ċittadini tagħhom milli għal ċittadini oħra tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Petit<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19920922">22 ta’ Settembru 1992</DATE> (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-153/91" PAGE.ECR="I-4973" YEAR="1992">C-153/91, Ġabra p. I-4973</REF.DOC.ECR>, punt 10).</P></NOTE> iddikjarat li r-regoli dwar il-moviment liberu u r-Regolament Nru 1408/71, b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, ma japplikawx għal sitwazzjonijiet li huma ristretti minn kull aspett għal Stat Membru wieħed. Fil-fehma tiegħi, huwa ċar mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-fatti fil-kawża prinċipali ma jiffurmawx sitwazzjoni purament interna mingħajr fattur li jorbothom ma’ xi sitwazzjoni rregolata bid-dritt tal-Unjoni u li huma ristretti minn kull aspett rilevanti għal Stat Membru wieħed<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement Wallon (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/06" PAGE.ECR="I-1683" YEAR="2008">C-212/06, Ġabra p. I-1683</REF.DOC.ECR>, punt 33). Hija ġurisprudenza stabbilita li kull ċittadin ta’ Stat Membru, irrispettivament mill-post tar-residenza tiegħu u miċ-ċittadinanza tiegħu, li jkun eżerċita d-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema u li jkun impjegat fi Stat Membru ieħor, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE. Ara, b’mod partikolari f’dan is-sens is-sentenza tat-<DATE ISO="19940223">23 ta’ Frar 1994</DATE>, Scholz (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-419/92" PAGE.ECR="I-505" YEAR="1994">C-419/92, Ġabra p. I-505</REF.DOC.ECR>, punt 9), u s-sentenza tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Hartmann (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/05" PAGE.ECR="I-6303" YEAR="2007">C-212/05, Ġabra p. I-6303</REF.DOC.ECR>, punt 17).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, kif implementat fil-qasam tas-sigurtà soċjali bl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71, jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni ċara, ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-benefiċjarji tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, iżda wkoll kull forma moħbija ta’ diskriminazzjoni li, b’applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, twassal effettivament għall-istess riżultat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, Celozzi (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-332/05" PAGE.ECR="I-563" YEAR="2007">C-332/05, Ġabra p. I-563</REF.DOC.ECR>, punti 13 u 23) u Klöppel (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 17).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet tad-dritt nazzjonali għandhom jiġu kkunsidrati bħala indirettament diskriminatorji meta, minkejja li huma applikabbli mingħajr distinzjoni ta’ nazzjonalità, jaffettwaw essenzjalment jew fil-biċċa l-kbira tagħhom lill-ħaddiema migranti,<?PAGE NO="I-13248"?> meta l-kundizzjonijiet japplikaw mingħajr distinzjoni iżda jistgħu jiġu sodisfatti iktar faċilment mill-ħaddiema nazzjonali milli mill-ħaddiema migranti, jew meta hemm riskju li joperaw, b’mod partikolari, għad-dannu ta’ dawn tal-aħħar<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Celozzi (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punt 24) u Klöppel (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 18).</P></NOTE>. Ma hemmx bżonn, f’dan ir-rigward, li jiġi stabbilit li d-dispożizzjoni inkwistjoni taffettwa, fil-prattika, proporzjon sostanzjalment iktar sinjifikattiv ta’ ħaddiema migranti. Huwa biżżejjed li jkun possibbli li din jista’ jkollha dan l-effett<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20040428">28 ta’ April 2004</DATE>, Öztürk (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-373/02" PAGE.ECR="I-3605" YEAR="2004">C-373/02, Ġabra p. I-3605</REF.DOC.ECR>, punt 57).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Dan ikun differenti biss meta dawn id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati kemm minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi indipendenti min-nazzjonalità tal-ħaddiema kkonċernati kif ukoll ipproporzjonati għall-għan leġittimu mfittex mid-dritt nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Celozzi (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 39, punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Borawitz<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20000921">21 ta’ Settembru 2000</DATE> (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-124/99" PAGE.ECR="I-7293" YEAR="2000">C-124/99, Ġabra p. I-7293</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, joħroġ ċar li l-fatt li l-applikant għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali jkun ċittadin tal-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti ma jeskludix neċessarjament l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71 għaċ-ċirkustanzi tiegħu sakemm ikun stabbilit li ċittadini ta’ Stati Membri oħra, jew f’dan il-każ anki tal-Isvizzera, x’aktarx li jkunu affettwati iktar jew li x’aktarx li jkunu affettwati fi grad ikbar minn ċittadini tal-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara wkoll Klöppel (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punti 17 sa 22).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li effettivament tistipula li sabiex ikunu akkwistati benefiċċji tal-ġenituri li jikkorrispondu għal-livell ta’ benefiċċju tal-leave tal-mard u li jkun ogħla mil-livell tal-ammont bażiku, huwa biss id-dħul magħmul fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti (l-Isvezja) li jista’ jkun ikkunsidrat, tirriskja li primarjament tqiegħed fi żvantaġġ lil ċittadini ta’ Stati Membri oħra u tal-Isvizzera għax ir-rekwiżit li tagħmel dħul fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti (l-Isvezja) u li tkun assigurat għall-benefiċċju tal-leave tal-mard fil-livell l-iktar baxx, probabbilment li jkun sodisfatt b’mod iktar faċli minn ċittadini tal-aħħar stat (ċittadini Svediżi).</TXT></NP><?PAGE NO="I-13249"?><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, legiżlazzjoni bħal din iddgħajjef l-istess għanijiet tal-moviment liberu ta’ persuni u l-ugwaljanza fil-kundizzjonijiet ta’ għajxien stipulati fl-Artikolu 1(a) u (d) tal-Ftehim flimkien mar-regola speċifika sabiex jiġi żgurat l-ugwaljanza fit-trattament fil-kuntest tas-sistemi tas-sigurtà soċjali previsti fl-Artikolu 8(a) ta’ dak il-ftehim. Fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 8(a) tal-Ftehim jipprova jiżgura li persuni li jagħmlu użu mid-dritt tal-moviment liberu ma għandhomx ikunu ddiskriminati meta mqabbla ma’ ħaddiema oħra f’sitwazzjonijiet paragunabbli li ma jkunux għamlu użu minn tali drittijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>F’dan ir-rigward, jien nirrileva li l-kliem tal-Artikolu 8(a) tal-Ftehim meta jfisser l-għan li jkun żgurat l-ugwaljanza fit-trattament fil-kuntest tal-koordinament ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali huwa wiesa’ ħafna u ma jirrigwardax direttament id-diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Skont il-leġiżlazzjoni Svediża inkwistjoni, ħaddiema migranta bħal E. Bergström qed tirriskja li tirċievi ammont ta’ benefiċċju tal-familja inqas milli kieku kienet tirċievi li kieku ma eżerċitatx id-dritt tagħha tal-moviment liberu taħt il-Ftehim. Minn kif jidher mid-digriet tar-rinviju, E. Bergström tirċievi benefiċċju tal-ġenituri fil-livell bażiku, filwaqt li ħaddiema f’ċirkustanzi ekwivalenti li jaħdmu fl-Isvezja huma intitolati għal dak il-benefiċċju kkalkulat skont il-bażi tad-dħul tagħhom għal benefiċċju tal-leave tal-mard.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi sabiex tkun irrimedjata d-diskriminazzjoni inkwistjoni ma huwiex meħtieġ, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva speċifika tal-Unjoni dwar dan, li l-familja ta’ E. Bergström tingħata benefiċċji fil-livell ta’ benefiċċji tal-mard ikkalulati abbażi tad-dħul tagħha fl-Isvizzera. L-obbligu li tkun irrimedjata d-diskriminazzjoni sempliċement ifisser li l-benefiċċji tal-familja ta’ E. Bergström għandhom ikunu l-istess bħalma kienu jkunu li kieku hija ma eżerċitatx id-dritt tagħha ta’ moviment liberu u baqgħet fl-Isvezja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara b’analoġija s-sentenza tat-<DATE ISO="19960912">12 ta’ Settembru 1996</DATE>, Lafuente Nieto (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-251/94" PAGE.ECR="I-4187" YEAR="1996">C-251/94, Ġabra p. I-4187</REF.DOC.ECR>, punt 39); is-sentenza tad-<DATE ISO="19971009">9 ta’ Ottubru 1997</DATE>, Naranjo Arjona <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Kawżi Maqgħuda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-31/96+C-32/96+C-33/96" PAGE.ECR="I-5501" YEAR="1997">C-31/96 sa C-33/96, Ġabra p. I-5501</REF.DOC.ECR>, punt 21); is-sentenza tas-<DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Grajera Rodríguez (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-153/97" PAGE.ECR="I-8645" YEAR="1998">C-153/97, Ġabra p. I-8645</REF.DOC.ECR>, punt 18) u s-sentenza tad-<DATE ISO="20061109">9 ta’ Novembru 2006</DATE>, Nemec (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-205/05" PAGE.ECR="I-10745" YEAR="2006">C-205/05, Ġabra p. I-10745</REF.DOC.ECR>, punt 41). Il-każijiet iċċitati hawn fuq huma bbażati fuq l-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1408/71. Nosserva li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1408/71 huma simili ħafna għal dawk tal-Artikolu 58(1) tiegħu.</P></NOTE>. Jien għalhekk tal-fehma li l-livelli ta’ dħul fl-Isvezja għandhom jittieħdu bħala komparatur jew bħala punt ta’ riferiment<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara b’analoġija l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott tas-<DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE> f’Nemec (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 46).</P></NOTE>. F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ammont ta’ benefiċċju tal-familja fil-livell ta’ benefiċċju tal-leave tal-mard għandu jkun ikkalkulat b’riferiment għad-dħul ta’ ħaddiema fl-Isvezja fi professjoni paragunabbli, u b’esperjenza u kwalifiki paragunabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Gvern Svediż iddikjara li sakemm il-benefiċċji tal-ġenituri fil-livell ta’ leave tal-mard ma jkunux reletati ma’ kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni attwali, il-bilanċ fis-sistema tas-sigurtà soċjali Svediża<?PAGE NO="I-13250"?> jkun serjament imhedded<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Huwa ċar mid-digriet tar-rinviju li l-Uffiċċju sostna fil-proċedimenti prinċipali li l-fatt li l-benefiċċju fuq dħul mill-impjieg f’pajjiż ieħor li dwaru ma jinġabrux kontribuzzjonijiet soċjali fl-Isvezja qed iservi ta’ bażi ser jikkomprometti l-finanzjament tas-sistema tas-sigurtà soċjali.</P></NOTE>. Minbarra l-fatt li allegazzjoni bħal din hija ġenerali żżejjed u hija għal kollox nieqsa minn kwalunkwe evidenza li hemm xi riskju li jkun kompromess il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali Svediża, l-eżistenza ta’ tali riskju tkun diffiċli li tkun stabbilita peress li huwa ċar mid-digriet tar-rinviju li l-ammont ta’ benefiċċji tal-ġenituri pagabbli f’ċirkustanzi bħal dawn huwa suġġett għal limitu statutorju u huwa pagabbli għal perijodu limitat ta’ żmien biss.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Nosserva li l-Gvern tar-Renju Unit u l-Kummissjoni ssuġġerew fil-qosor quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li d-dħul tal-konjuġi ta’ E. Bergström jista’ jkun użat bħala l-bażi tal-istima tal-ammont ta’ benefiċċju tal-ġenituri inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara wkoll il-punt 37 iktar ’il fuq rigward is-sottomissjonijiet alternattivi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-konjuġi ta’ E. Bergström.</P></NOTE>. Filwaqt li nikkunsidra li possibbiltà bħal din ma tistax tkun eskluża, fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex teżamina dan il-punt ipotetiku peress li din il-kwistjoni ma tqajmitx b’mod ċar fid-digriet tar-rinviju u, fin-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-materja, indikazzjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak ir-rigward ikunu pjuttost spekulattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għalhekk jien nikkunsidra li l-Ftehim u l-Artikoli 3(1) u 72 tar-Regolament Nru 1408/71 ma jirrikjedux, sabiex ikun iddeterminat id-dritt għal benefiċċju tal-familja fil-forma ta’ benefiċċju bbażat fuq id-dħul għall-kura tat-tfal, li dħul magħmul fl-Isvizzera jiġi kkunsidrat bħala dħul domestiku iżda pjuttost li l-livelli ta’ dħul fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti għandhom jitqiesu bħala komparatur jew bħala punt ta’ riferiment. Il-qorti nazzjonali, fil-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-familja fil-livell tal-benefiċċju tal-leave tal-mard għandha tuża bħala riferiment id-dħul ta’ ħaddiem f’dak l-Istat Membru fi professjoni paragunbabbli, b’esperjenza u kwalifiki professjonali paragunabbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-13251"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha twieġeb id-domandi magħmula mir-Regeringsrätten (l-Isvezja) bil-mod kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 1 u 8 tal-Ftehim bejn l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>il-Ftehim<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>) u l-Artikolu 72 tal-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati [, għall-persuni li jaħdmu għal rashom] u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20010605">5 ta’ Ġunju 2001</DATE>, meta, skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, l-akkwist ta’ dritt għal benefiċċji tal-familja jkun suġġett għall-kundizzjoni ta’ twettiq ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras, l-istituzzjoni kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tieħu inkunsiderazzjoni għal dan l-iskop perijodu ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għar-ras imwettaq fl-intier tiegħu fl-Isvizzera.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-Ftehim u l-Artikoli 3(1) u 72 tar-Regolament Nru 1408/71 ma jirrikjedux, sabiex ikun iddeterminat id-dritt għal benefiċċju tal-familja fil-forma ta’ benefiċċju bbażat fuq id-dħul għall-kura tat-tfal, li dħul magħmul fl-Isvizzera jiġi kkunsidrat bħala dħul domestiku iżda pjuttost li l-livelli ta’ dħul fl-Istat Membru tal-istituzzjoni kompetenti għandhom jitqiesu bħala komparatur jew bħala punt ta’ riferiment. Il-qorti nazzjonali, fil-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-familja fil-livell tal-benefiċċju tal-leave tal-mard għandha tuża bħala riferiment id-dħul ta’ ħaddiem f’dak l-Istat Membru fi professjoni paragunbabbli, b’esperjenza u kwalifiki professjonali paragunabbli.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>