1979L0641 — MT — 09.08.2002 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta' Ġunju 1979 li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, iż-żerriegħa taċ-ċereali u ż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibri u ż-żerriegħa tal-ħxejjex (ĠU L 183, 19.7.1979, p.13) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 193 |
33 |
20.7.2002 |
||
|
L 193 |
74 |
20.7.2002 |
||
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Ġunju 1979
li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, iż-żerriegħa taċ-ċereali u ż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibri u ż-żerriegħa tal-ħxejjex
(79/641/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf ( 1 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/1020/KEE ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taċ-ċereali ( 3 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/1020/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (1a) u 21a tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibri ( 4 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/1020/KEE, u b'mod partikolari l-Artikoli 2 (1a) u 40 (a) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ħxejjex ( 5 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/692/KEE ( 6 ), u b'mod partikolari l-Artikoli 2 (1a) u 40a tagħha,
Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' l-għerf xjentifiku, numru ta' ismijiet botaniċi użati fid-Direttivi dwar it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ intwerew li ma kienux korretti jew ta' awtentiċità dubjuża;
Billi dawk l-ismijiet għandhom jiġu allineati ma' dawk normalment aċċettati internazzjonalment;
Billi d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex għandhom għalhekk jiġu emendati;
Billi ċerti disposizzjonijiet tad-Direttivi msemmija hawn fuq u tad-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni ta' l-ispeċi tal-varjetajiet ta'l-pjanti agrikoli ( 7 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/55/KEE ( 8 ), jużaw il-kunċett ta' l-ispeċi, b'hekk jistabbilixxu l-iskop ta' dawn id-disposizzjonijiet; billi il-bidliet tan-nomenklatura magħmula b'din id-Direttiva m'għandhomx jaffettwaw l-interpretazzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet;
Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa għall-pjanti ta' l-għalf hija b'dan emendata kif ġej:
1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) (a) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Agrostis canina L. ssp. canina Hwd. — Velvet bent grass,
Arrhenatherum elatius (L.) J. et C. Presl. — Tall oat grass,
Phleum bertolinii DC — Timothy,
Trisetum flavescens (L.) Pal. Beauv. — Golden oat grass,
għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
Agrostis canina L. — Ħaxix iebes bellusi,
Arrhenatherum elatius (L.) Beauv. ex J. et K. Presl. — Ħaxix twil tal-ħafur,
Phleum bertolonii DC — Timothy (Timotju),
Trisetum flavescens (L.) Beauv. — Ħaxix dehbi tal-ħafur.
2. Fl-Artikolu 2 (1) (A) (b) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Medicago varia Martyn — Lucerne,
Onobrychis sativa Lam. — Sainfoin,
Pisum arvense L. — piżelli ħadra,
Trigonella foenumgraecum L. — Fenugreek,
għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
Medicago x varia Martyn — Lucerne,
Onobrychis viciifolia Scop. — Sainfoin,
Pisum sativum L. (partim) — piżelli ħadra,
Trigonella foenum-graecum L. — Fenugreek.
3. Fl-Artikolu 2 (1) (A) (b) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Vicia faba L. ssp. faba var. equina Pers. — favetta,
Vicia faba L. var. minor (Peterm.) Bagħlija — favetta,
għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
Vicia faba L. (partim) — Favetta.
4. Fl-Artikolu 3 (1) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Medicago varia Martyn,
Pisum arvense L.,
għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
Medicago x varia Martyn,
Pisum sativum L.
5. Fl-Anness I (2), fl-Anness I (4), fl-Anness II (I) (1) u fl-Anness II (II) (1) l-isem ta' l-ispeċi li ġejjin:
Pisum arvense,
għandu jiġi mibdula b'dan li ġej:
Pisum sativum.
6. Fl-Anness II (1) (2) (A), fl-Anness II (II) (2) (A), u fl-Anness III l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Agrostis canina ssp. canina,
Medicago varia,
Onobrychis sativa,
Pisum arvense,
għandhom jiġi mibdula b'dan li ġej:
Agrostis canina,
Medicago x varia,
Onobrychis viciifolia,
Pisum sativum.
7. Fl-Anness II (1) (2) (A), fl-Anness II (II) (2) (A), u fl-Anness III l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Vicia faba ssp. var. equina,
Vicia faba var. minor,
għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
Vicia faba.
8. Fl-Anness II (1) (2) (B) (e) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Pisum arvense,
Vicia faba spp.,
għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
Pisum sativum,
Vicia faba.
Artikolu 2
Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taċ-ċereali hija b'dan emendata kif ġej:
1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) (b) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Hordeum distichum L. — xgħir ta' żewġ fillieri,
Hordeum polystichum L. — xgħir ta' sitt fillieri,
għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
Hordeum vulgare L. — Xgħir.
2. Fl-Artikolu 2 (1) (A) l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Triticum aestivum L. — Qamħ komuni,
Triticum durum L. — Qamħ durum,
għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
Triticum aestivum L. emend. Fiori et Paol. — Qamħ,
Triticum durum Desf. — Qamħ durum.
3. Fl-Anness I (5) (B) (a), fl-Anness II (I) (A), fl-Anness II (1) (A) u fl-Anness III l-ismijiet ta' l-ispeċi li ġejjin:
Hordeum distichum,
Hordeum polystichum,
għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
Hordeum vulgare.
▼M2 —————
▼M1 —————
Artikolu 5
Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE, u 70/458/KEE jew id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1980. Għandhom javżaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU 125, tal-11.7.1966, pġ. 2298/66.
( 2 ) ĠU L 350, ta' l-14.12.1978, pġ. 27.
( 3 ) ĠU 125, tal-11.7.1966, pġ. 2309/66.
( 4 ) ĠU L 169, ta' l-10.7.1969, pġ. 3.
( 5 ) ĠU L 225, tat-12.10.1970, pġ. 7.
( 6 ) ĠU L 236, tas-26.8.1978, pġ. 13.
( 7 ) ĠU L 225, tat-12.10.1970, pġ. 1.
( 8 ) ĠU L 16, ta' l-20.1.1978, pġ. 23.