Official Journal L 055 , 29/02/1992 P. 0002 - 0002
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 478/92 ta' l-25 ta' Frar 1992 li jiftaħ kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-klieb jew tal-qtates, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut u li jidħol fil-kodiċi NM 23091011 u kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-ħut li jidħol taħt kodiċi NM ex23099041, li joriġina fil-Gżejjer Faroe u jkun ġej minnhom IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi bid-Deċiżjoni 91/668/KEE [1] ġie approvat Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern lokali tal-Ġżejjer Faeroe; Billi dan il-Ftehim jipprovdi għal kwota annwali ta' 1000 tunnellata metrika ta' ikel tal-klieb jew tal-qtates, imqiegħda għall-bejgħ bl-imnut u li jidħlu fil-kodiċi tan-NM ex23091011 u għal kwota annwali ta' 5000 tunnelleta metrika ta' ikel mill-ħut li jidħlu fil-kodiċi tan-NM ex23099041, bit-tnaqqia ta' l-imposta għal żero; billi dawn il-kwoti annwali għandhom jinfetħu fuq bażi permanenti mis-sena 1992 u għandha ssir dispożizzjoni sabiex jiġu stabbiliti r-regoli operattivi għalihom b'Regolament ta' implimentazzjoni, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-imposta ta' l-importazzjoni fuq l-ikel tal-klieb jew tal-qtates, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut u li jidħol ġewwa l-kodiċi NM 23091011, u li joriġina u jkun ġej mill-Gżejjer Faeroe, għandha tiġi stabbilità għal ECU 0 kull tunnellata metrika, fil-limitu ta' kwota annwali ta' 1000 tunnellata metrika għall-kodiċi NM 23091011 u għal 5000 tunnellata metrika għall-kodiċi NM ex23099041. L-Artikolu 2 Ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 [2]. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regoament għandu jibda tapplika mill-1 ta' Jannar 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fil-25 ta' Frar 1992. Għall-Kunsill Il-President Vitor Martins [1] ĠU L 371, tal-31.12.1991, p. 1. [2] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3653/90 (ĠU L 362, tas-27.12.1990, p. 28). --------------------------------------------------