12.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10039 — Kronospan Holdings/M Kaindl)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 83/06)

1.   

Fil-5 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Kronospan Holdings P.L.C. (il-Ġermanja, “Kronospan”), ikkontrollata minn Peter Kaindl

—

M. Kaindl OG. (l-Awstrija, “M. Kaindl”), li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn Peter Kaindl u Ines Benes-Kaindl.

Kronospan tikseb, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ M. Kaindl kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Kronospan hija attiva madwar id-dinja fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ pannelli bbażati fuq l-injam u l-irfinar tagħhom,

—

M. Kaindl hija attiva fis-swieq għall-materjali b’bażi tal-injam, inklużi l-particleboard mhux maħdum u miksi, il-pannelli Fibreboard b’Densità Medja mhux maħduma u miksija (Medium Density Fibreboard, “MDF”), Fibreboard b’Densità Għolja (High Density Fibreboard, “HDF”), pavimenti laminati, komponenti u laminat dekorattiv.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10039 — Kronospan Holdings/M Kaindl

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.