10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Settembru 2013

li tiddetermina t-tielet u l-aħħar sett ta’ reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

(notifikata bid-dokument C(2013) 5914)

(It-testi Bulgari, Kroati, Ċeki, Olandiżi, Estonjani, Finlandiżi, Franċiżi, Ġermaniżi, Griegi, Ungeriżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Maltin, Pollakki, Portugiżi, Rumeni, Slovakki, Sloveni, Spanjoli, u Svediżi biss huma awtentiċi)

(2013/493/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 48(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jipprovdi għal implimentazzjoni progressiva tal-operati tal-VIS. Il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha 2010/49/KE (2) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tagħha 2012/274/UE (3) iddeterminat rispettivament l-ewwel u t-tieni sett ta’ reġjuni għall-bidu tal-operati tal-VIS. Issa hemm bżonn li jiġu ddeterminati t-tielet u l-aħħar sett ta’ reġjuni fejn id-dejta li għandha tiġi pproċessata fil-VIS, inklużi r-ritratti u d-dejta dwar il-marki tas-swaba’, ser tinġabar u tiġi trażmessa lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha tal-viża fir-reġjun ikkonċernat.

(2)

L-Artikolu 48(4) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jipprovdi għad-determinazzjoni tas-sekwenza tar-reġjuni għall-varar tal-VIS abbażi tal-kriterji li ġejjin: ir-riskju tal-immigrazzjoni irregolari, it-theddid lis-sigurtà interna tal-Istati Membri u l-fattibbiltà li jinġabru elementi bijometriċi mill-postijiet kollha tar-reġjun ikkonċernat.

(3)

Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tar-reġjuni mhux koperti mid-Deċiżjoni 2010/49KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/274/UE fid-dawl ta’ dawn it-tliet kriterji u kkunsidrat, għall-ewwel kriterju, elementi bħall-medja tar-rati tar-rifjut tal-viżi, ir-rati tar-rifjut tad-dħul, u r-rati ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li nstabu preżenti irregolarment fit-territorju tal-Istati Membri; għat-tieni kriterju, il-valutazzjoni ta’ theddida mwettqa mill-Europol; u għat-tielet kriterju, il-fatt li xi reġjuni li għandhom jiġu koperti kienu jinkludu pajjiżi terzi b’territorji vasti jew li jikkorrespondu għal għadd kbir ħafna ta’ applikanti għall-viża.

(4)

Id-data tal-bidu tal-operazzjonijiet f’kull wieħed minn dawn ir-regjuni definiti minn din id-Deċiżjoni għandha tkun determinata mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

(5)

Minħabba li r-Regolament VIS jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament VIS fil-liġi nazzjonali tagħha skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-Danimarka, hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen li fihom ma jiħux sehem ir-Renju Unit, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant ir-Renju Unit mhux marbut biha u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qiegħda tieħu sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (5). Għaldaqstant l-Irlanda mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (7) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(9)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fi-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (8), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (9).

(10)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(11)

Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew huwa diversament relatat mal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(12)

Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq jew huwa diversament relatat mal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005.

(13)

Fir-rigward tal-Kroazja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew huwa diversament relatat mal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011,

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (11),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġjuni fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) jibdew, sussegwentament għar-reġjuni ddeterminati mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/274/UE, skont l-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, huma dawn li ġejjin:

—

It-tnax-il reġjun:

—

il-Kosta Rika,

—

El Salvador,

—

il-Gwatemala,

—

il-Ħonduras,

—

in-Nikaragwa,

—

il-Panama.

—

It-tlettax-il reġjun:

—

il-Kanada,

—

il-Messiku,

—

l-Istati Uniti.

—

L-erbatax-il reġjun:

—

Antigwa u Barbuda,

—

il-Baħamas,

—

il-Barbados,

—

il-Beliże,

—

Kuba,

—

Dominika,

—

ir-Repubblika Dominikana,

—

il-Grenada,

—

il-Gujana,

—

Ħaiti,

—

il-Ġamajka,

—

Saint Kitts u Nevis,

—

Santa Luċija,

—

San Vinċenz u l-Grenadini,

—

is-Surinam,

—

Trinidad u Tobago.

—

Il-ħmistax-il reġjun:

—

l-Awstralja,

—

l-Fiġi,

—

l-Kiribati,

—

il-Gżejjer Marshall,

—

il-Mikroneżja,

—

Nawru,

—

New Zealand,

—

il-Palaw,

—

il-Papwa Ginea Ġdida,

—

is-Samoa,

—

il-Gżejjer Solomon,

—

Timor-Leste,

—

it-Tonga,

—

Tuvalu,

—

il-Vanwatu.

—

Is-sittax-il reġjun:

—

l-Albanija,

—

il-Bosnja-Ħerzegovina,

—

f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM),

—

il-Kosovo (12),

—

Montenegro,

—

is-Serbja,

—

it-Turkija.

—

Is-sbatax-il reġjun:

—

l-Armenja,

—

l-Azerbajġan,

—

il-Belarus,

—

il-Ġeorġja,

—

ir-Repubblika tal-Moldova,

—

l-Ukraina.

—

It-tmintax-il reġjun:

ir-Russja.

—

Id-dsatax-il reġjun:

—

iċ-Ċina,

—

l-Ġappun,

—

il-Mongolja,

—

il-Korea ta’ Fuq,

—

il-Korea t’Isfel,

—

it-Tajwan.

—

L-għoxrin reġjun:

—

il-Bangladexx,

—

il-Butan,

—

l-Indja,

—

il-Maldive,

—

in-Nepal,

—

il-Pakistan,

—

is-Sri Lanka.

—

Il-wieħed u għoxrin reġjun:

—

l-Andorra,

—

l-Vatikan,

—

Monako,

—

San Marino.

—

It-tnejn u għoxrin reġjun:

—

l-Irlanda,

—

ir-Renju Unit.

—

It-tlieta u għoxrin reġjun:

—

l-Awstrija,

—

il-Belġju,

—

il-Bulgarija,

—

il-Kroazja,

—

Ċipru,

—

ir-Repubblika Ċeka,

—

id-Danimarka,

—

l-Estonja,

—

il-Finlandja,

—

Franza,

—

il-Ġermanja,

—

il-Greċja,

—

l-Ungerija,

—

l-Italja,

—

l-Islanda,

—

il-Latvja,

—

il-Liechtenstein,

—

il-Litwanja,

—

il-Lussemburgu,

—

Malta,

—

il-Pajjiżi l-Baxxi,

—

in-Norveġja,

—

il-Polonja,

—

il-Portugall,

—

ir-Rumanija,

—

is-Slovakkja,

—

is-Slovenja,

—

Spanja,

—

l-Isvezja,

—

l-Isvizzera.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(2)   ĠU L 23, 27.1.2010, p. 62.

(3)   ĠU L 134, 24.5.2012, p. 20.

(4)   ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(5)   ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(6)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(7)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(8)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(9)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(10)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.

(11)   ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(12)  Dan l-isem huwa bla ħsara għall-pożizzjonijiet dwar status, u huwa konformi mal-UNSCR (Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti) 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ (Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja) dwar id-dikjarazzjoni ta’ indipendenza mill-Kosovo.