2004D0747 — MT — 01.01.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-26 ta' Ottubru 2004

li tistabbilixxi disposizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva 93/25/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta' l-istħarriġ statistiku fuq il-bhejjem u l-produzzjoni tas-settur tan-nagħaġ u tal-mogħoż

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4092)

(Test b'rilevanza ghaz-ZEE)

(2004/747/KE)

(ĠU L 329, 4.11.2004, p.14)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*)

  L 362

1

20.12.2006



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-26 ta' Ottubru 2004

li tistabbilixxi disposizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva 93/25/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta' l-istħarriġ statistiku fuq il-bhejjem u l-produzzjoni tas-settur tan-nagħaġ u tal-mogħoż

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4092)

(Test b'rilevanza ghaz-ZEE)

(2004/747/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 93/25/KEE tal-Kunsill ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fil-qasam tal-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż ( 1 ), u b'mod speċjali l-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2 fiha msemmi, il-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 3 fiha msemmi, l-Artikolu 7 fiha msemmi, u l-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 13 fiha msemmi,

Billi:

(1)

Għall-eżekuzzjoni ta' l-istħarriġ maħsub fid-Direttiva 93/25/KEE, hemm il-bżonn ta' definizzjonijiet preċiżi. Għalhekk jaqbel li jiġi stabbilit liema rziezet se jidħlu fil-qasam mistħarreġ. Barra minn hekk, jaqbel li jiġu definiti b'mod preċiż il-kategoriji differenti għat-tqassim tar-riżultati ta' l-istħarriġ kif ukoll il-kategoriji skond il-kobor tal-merħliet u s-subdiviżjonijiet territorjali li fuq il-bażi tagħhom l-Istati Membri jiġbru r-riżultati ta' l-istħarriġ statistiku li jwettqu b'intervalli regolari. Sabiex jiġu stabbiliti l-istatistiċi tal-qtil tal-bhejjem jaqbel li tkun disponibbli definizzjoni unika tal-piż tal-karkassa.

(2)

Minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, hemm bżonn li jsir ċertu addattar tekniku.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) jistabbilixxi nomenklatura komuni ta' l-unitajiet territorjali statistika (NUTS) għall-Istati Membri; għalhekk, hemm bżonn li l-livelli reġjonali definiti fil-passat jiġu sostitwiti bin-nomenklatura l-ġdida NUTS.

(4)

Jaqbel li tkun revokata d-Deċiżjoni 2003/597 KE tal-Kummissjoni ta' l-4 Awissu 2003 li tistabbilixxi disposizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva 93/25/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta' l-istħarriġ statistiku fuq il-bhejjem u l-produzzjoni tas-settur tan-nagħaġ u l-mogħoż ( 3 ).

(5)

Din id-Deċiżjoni taqbel ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Razzett fis-sens tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/25/KEE hu unità tekniko-ekonomika taħt tmexxija unika u li tipproduċi prodotti agrikoli.

2.  L-istħarriġ maħsub fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/25/KEE jittratta dwar:

a) l-irziezet li l-uċuħ tagħhom huma ta' ettaru jew iktar;

b) l-irziezet li l-uċuħ tagħhom huma ta' inqas minn ettaru, jekk jipproduċu f'ċertu qies għall-bejgħ jew jekk l-unità ta' produzzjoni tagħhom taqbeż ċerti limiti fiżiċi.

3.  L-Istati Membri li jixtiequ jużaw limitu ieħor għall-istħarriġ tagħhom jintrabtu li jistabbilixxu dan il-limitu b'tali mod li jiġu esklużi biss l-iżgħar irziezet li l-kontribuzzjoni tagħhom fil-marġini totali standard — fis-sens tad-Deċiżjoni 85/377/KEE tal-Kummissjoni ( 4 )— ta' l-Istat Membru konċernat hi globalment ta' l-iżjed 1 %.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet tal-kategoriji tan-nagħaġ u l-mogħoż maħsuba fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 3 u fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/25/KEE jidhru fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Għas-subdiviżjonijiet territorjali maħsuba fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/25/KEE, l-Istati Membri jsegwu l-livell tan-nomenklatura komuni ta' l-unitajiet territorjali statistiċi (NUTS) definit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Huma eżentati milli jistabbilixxu riżultati għar-reġjuni li l-merħliet tagħhom jammontaw għal inqas minn 1 % tal-merħliet fin-nazzjon.

Artikolu 4

Il-kategoriji tal-kobor tal-merħliet maħsuba fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 93/25/KEE jidhru fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Il-piż tal-karkassa maħsub fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/25/KEE hu l-piż tal-friża tal-ġisem tal-bhima maqtula wara li tiġi żvinata, li titqaxxar u li jitneħħew l-imsaren u r-ras (separata fil-livell tal-ġog atlanto-oċċipitali), is-saqajn (maqtugħa fil-livell tal-ġogi tax-xikel jew tal-pali), id-denb (maqtugħ bejn is-sitt u s-seba' vertebri tad-denb), il-bżieżel u l-organi ġenitali. Il-kliewi u x-xaħam tal-kliewi huma inklużi fil-karkassa.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2003/597/KE hi revokata.

Ir-referenzi magħmula għad-Deċiżjoni revokata għandhom jitqiesu daqs li kieku kienu magħmula għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

DEFINIZZJONI TAL-KATEGORIJI

Nagħaġ u nagħaġ mgħammrin

Nagħaġ li jkunu diġà kellhom il-ħrief kif ukoll dawk li jkunu ġew mgħammra għall-ewwel darba.

Nagħaġ tal-ħalib

Nagħaġ li huma mrobbija esklużivament jew prinċipalment għall-produzzjoni tal-ħalib maħsub għall-konsum uman u/jew għat-trasformazzjoni fi prodotti tal-ħalib, inklużi n-nagħaġ tal-ħalib ta' riforma (kemm jekk ikunu msemmnin jew le bejn l-aħħar darba li jkunu taw il-ħalib u l-qatla).

Nagħaġ oħra

Nagħaġ oħra barra n-nagħaġ tal-ħalib.

Ħrief

Ħrief żgħar irġiel jew nisa sa bejn wieħed u ieħor 12-il xahar.




ANNESS II

Subdiviżjonijiet territorjali



Il-Belġju

 

NUTS 1

▼M1

Bulgaria

 

NUTS 2

▼B

Ir-Repubblika Ċeka:

 

NUTS 2

Id-Danimarka

 

—

Il-Ġermanja

 

NUTS 1

L-Estonja:

 

—

Il-Greċja:

 

NUTS 2

Spanja

 

NUTS 2

Franza

 

NUTS 2

L-Irlanda

 

NUTS 2

L-Italja

 

NUTS 2

Ċipru:

 

—

Il-Latvja:

għan-nagħaġ :

NUTS 2

 

għall-mogħoż :

—

Il-Litwanja:

 

—

Il-Lussemburgu

 

—

L-Ungerija:

għan-nagħaġ :

NUTS 2

 

għall-mogħoż:

—

Malta:

 

NUTS 3

L-Olanda:

 

NUTS 2

L-Awstrija

 

NUTS 2

Il-Polonja:

għan-nagħaġ :

NUTS 2

 

għall-mogħoż :

—

Il-Portugall

 

NUTS 2

▼M1

România

 

NUTS 2

▼B

Is-Slovenja:

 

—

Is-Slovakkja:

 

NUTS 2

Il-Finlandja

 

NUTS 2

L-Iżvezja

għan-nagħaġ :

NUTS 2

 

għall-mogħoż :

—

Ir-Renju-Unit

 

NUTS 1




ANNESS III



TABELLA 1

Kategoriji tal-kobor tal-merħliet tan-nagħaġ miżmuma

 

Proprjetarji tan-nagħaġ (total)

Proprjetarji tan-nagħaġ mgħammrin + nagħaġ ()

Proprjetarji ta' nagħaġ tal-ħalib u ta' nagħaġ mgħammrin li jaħilbu (ċ)

Proprjetarji ta' nagħaġ oħra u nagħaġ mgħammrin (ċ)

Kategoriji

Nagħaġ (total)/Proprjetarju

Proprjetarji Numru

Bhejjem Numru

Nagħaġ mgħammrin, nagħaġ/Proprjetarju

Proprjetarji Numru

Bhejjem Numru

Nagħaġ tal-ħalib, nagħaġ mgħammrin li jaħilbu/Proprjetarju

Proprjetarji Numru

Bhejjem Numru

Nagħaġ u nagħaġ mgħammrin oħra/Proprjetarju

Proprjetarji Numru

Bhejjem Numru

I

1 - 9

 
 
 

1 — 9

 
 
 

1 - 9

 
 
 

1 - 9

 
 
 

II

10 - 19

 
 
 

10 — 19

 
 
 

10 - 19

 
 
 

10 - 19

 
 
 

III

20 - 49

 
 
 

20 — 49

 
 
 

20 - 49

 
 
 

20 - 49

 
 
 

IV

50 - 99

 
 
 

50 — 99

 
 
 

50 - 99

 
 
 

50 - 99

 
 
 

V

100 -

 ()

 
 

100 -

 ()

 
 

100 -

 ()

 
 

100 -

 ()

 
 

VI

100 - 199

 ()

 
 

100 — 199

 ()

 
 

100 - 199

 ()

 
 

100 - 199

 ()

 
 

VII

200 - 499

 ()

 
 

200 — 499

 ()

 
 

200 - 499

 ()

 
 

200 - 499

 ()

 
 

VIII

500 - 999

 ()

 
 

500 — 999

 ()

 
 

500 - 999

 ()

 
 

500 - 999

 ()

 
 

IX

1 000 -

 ()

 
 

1 000 -

 ()

 
 

1 000 -

 ()

 
 

1 000 -

 ()

 
 
 

Total

 
 
 

Total

 
 
 

Total

 
 
 

Total

 
 
 

(1)   Tqassim fakultattiv għal BE, CZ, DE, LT, LV, NL, PL, SE, SI, SK

(2)   Tqassim fakultattiv għal MT

(3)   Tqassim fakultattiv għal BE, CZ, DK, LT, LU, LV, PL, SE, SI, SK



TABELLA 2

Kategoriji tal-kobor tal-merħliet tal-mogħoż miżmuma

 

Proprjetarji tal-mogħoż (total)

Proprjetarji ta' mogħoż mgħammrin u mogħoż li

diġà kellhom il-gidien (ċ)

Kategoriji

Mogħoż (total)/Proprjetarju

Proprjetarji Numru

Bhejjem Numru

Mogħoż mgħammrin u mogħoż li diġà kellhom il-gidjien (ċ)/Proprjetarju

Proprjetarji Numru

Bhejjem Numru

I

1 - 9

 
 
 
 

1 — 9

 
 
 
 

II

10 - 19

 
 
 
 

10 — 19

 
 
 
 

III

20 - 49

 
 
 
 

20 — 49

 
 
 
 

IV

50 - 99

 
 
 
 

50 — 99

 
 
 
 

V

100 -

 ()

 
 
 

100 -

 ()

 
 
 

VI

100 - 499

 

 ()

 
 

100 — 499

 

 ()

 
 

VII

500 -

 

 ()

 
 

500 -

 

 ()

 
 

VIII

500 - 999

 ()

 ()

 
 

500 — 999

 ()

 ()

 
 

IX

1000 -

 ()

 ()

 
 

1000 -

 ()

 ()

 
 
 

Total

 
 
 
 

Total

 
 
 
 

(1)   Tqassim fakultattiv għal MT

(2)   Tqassim fakultattiv għal BE, DE, IRL, LT, LU, PL, PT, SE, SI, SK, UK

(3)   Tqassim fakultattiv għal FR



( 1 ) ĠU L 149 tal-21.6.1993, p. 10. Direttiva modifikata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284 tal-31.10.2003, p. 1).

( 2 ) ĠU L 154 tal-21.6.2003, p. 1.

( 3 ) ĠU L 203 tat-12.08.2003 p. 46

( 4 ) ĠU L 220 tas-17.8.1985, p. 1. Deċiżjoni modifikata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/369/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 127 tat-23.5.2003, p. 48)