02017R2325 — MT — 03.01.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2325

tal-14 ta' Diċembru 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' leċitini likwidi, leċitini idrolizzati u leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1007

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 333 15.12.2017, p. 17)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1980 tat-13 ta' Diċembru 2018

  L 317

12

14.12.2018




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2325

tal-14 ta' Diċembru 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' leċitini likwidi, leċitini idrolizzati u leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1007

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

L-addittivi speċifikati fl-Anness I, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “emulsjonanti”, huma awtorizzati bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2017/1007

L-Anness tar-Regolament (UE) 2017/1007 għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Miżuri Tranżitorji

1.  L-addittivi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawk l-addittivi li huma prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta' Lulju 2018 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.  L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi kif speċifikat fl-Anness I li huma prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta' Jannar 2019 f'konformita mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.  L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi kif speċifikat fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta' Jannar 2020 f'konformita mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 4

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I



Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta' leċitini/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: emulsjonanti

1c322i

—

Leċitini

Kompożizzjoni tal-addittivi

Preparazzjonijiet ta':

— leċitini u leċitini idrolizzati f'għamla likwida (minn plastika għal fluwida);

— leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt u leċitini idrolizzati li jkun tneħħielhom iż-żejt f'għamla solida.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Leċitini, leċitini idrolizzati, leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt u leċitini idrolizzati li jkun tneħħielhom iż-żejt derivati mill-fażola tas-sojja, miż-żerriegħa tal-ġirasol jew miż-żerriegħa tal-lift:

Nru CAS: 8002-43-5;

Assaġġ:

— Leċitini, leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt: mhux inqas minn 60,0 % ta' sustanzi insolubbli fl-aċeton;

— leċitini idrolizzati u leċitini idrolizzati li jkun tneħħielhom iż-żejt: mhux inqas minn 56,0 % ta' sustanzi insolubbli fl-aċeton.

Telf mat-tnixxif: mhux aktar minn 2 % (105 °C, 1 h)

Materja li ma tinħallx fit-toluwen: mhux aktar minn 0,3 %

Valur aċiduż:

— Leċitini, leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt: mhux aktar minn 35 mg ta' idrossidu tal-potassju għal kull gramma;

— leċitini idrolizzati u leċitini idrolizzati li jkun tneħħielhom iż-żejt: mhux aktar minn 45 mg ta' idrossidu tal-potassju għal kull gramma

Valur tal-perossidu: 10 jew inqas

Metodu analitiku (1)

Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) u t-testijiet korrispondenti fil-monografu tal-FAO JECFA “Lecithin” (3) (4)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

Fuq it-tikketta tal-addittiv fl-għalf u tal-pretaħlitiet għandha tiġi indikata l-għamla użata/l-għamliet użati

fis-6 ta' Lulju 2027.

(1)   Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.

(2)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(3)   FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications, “Lecithin”, Monograph No. 4 (2007), http://www.fao.org/fileadmin/user_upload/jecfa_additives/docs/monograph4/additive-250-m4.pdf

(4)   FAO JECFA Combined Compendium for Food Additive Specifications - Analytical methods, test procedures and laboratory solutions used by and referenced in the food additive specifications, Vol. 4, http://www.fao.org/docrep/009/a0691e/a0691e00.htm

▼B




ANNESS II




“ANNESS



In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija ta' annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta' leċitini/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Il-grupp funzjonali: emulsjonanti

1c322

—

Leċitini

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' leċitini b'minimu ta':

— fosfolipidi ≥ 18 %,

— lisofosfolipidi ≥ 11 %,

Indewwa ≤ 1 %

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Leċitini (Nru tas-CAS 8002–43–5) estratti minn fażola tas-sojja

Il-metodu analitiku (1)

Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) u t-testijiet korrispondenti fil-FAO JECFA monograph ‘Lecithin’ (3) (4)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

=

Is-6 ta' Lulju 2027”

(1)   Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.

(2)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(3)   FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications, ‘Lecithin’, Monograph No. 4 (2007), http://www.fao.org/ag/agn/jecfa-additives/specs/monograph4/additive-250-m4.pdf

(4)   FAO JECFA Combined Compendium for Food Additive Specifications - Analytical methods, test procedures and laboratory solutions used by and referenced in the food additive specifications, Vol. 4, http://www.fao.org/docrep/009/a0691e/a0691e00.htm