5.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/5


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tad-29 ta’ Settembru 2010

dwar ħatra ta’ Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

(2010/592/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u bħala riżultat tar-riżenja tas-Sur Pranas KŪRIS, għandu jinħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur Pranas KŪRIS, li jintemm fis-6 ta’ Ottubru 2012.

(2)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Egidijus JARAŠIŪNAS għall-qadi tad-dmirijiet ta’ Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Egidijus JARAŠIŪNAS huwa b’dan maħtur Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-6 ta’ Ottubru 2010 sas-6 ta’ Ottubru 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DE RUYT