|
17.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 19/2014
tal-14 ta' Frar 2014
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/462/UE tat-23 ta' Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/731/KE, 2002/732/KE, 2002/733/KE, 2002/735/KE u 2006/66/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/730/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/463/UE tat-23 ta' Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/679/KE u 2006/860/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/464/UE tat-23 ta' Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/861/KE, 2008/163/KE, 2008/164/KE, 2008/217/KE, 2008/231/KE, 2008/232/KE, 2008/284/KE, 2011/229/UE, 2011/274/UE, 2011/275/UE, 2011/291/UE u 2011/314/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2012/462/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/730/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim. |
|
(6) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 37ab (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/731/UE) u 37af (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/735/KE):
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 37ac (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE):
|
|
3. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 37ad (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/733/KE): “, kif emendat bi:
|
|
4. |
Dan li ġej jiżdied mal-punti 37ac (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE), 37ag (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/284/KE), 37ah (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE), 37dg (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE), 37dh (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/274/UE), 37 g (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/UE), u 37 m (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE): “, kif emendat bi:
|
|
5. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 37db (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/163/KE), 37di (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/291/KE) u 371 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE):
|
|
6. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 37dl (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/757/UE):
|
|
7. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 37 g (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/UE):
|
|
8. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 37i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE):
|
|
9. |
Jitħassar it-test tal-punt 37aa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/730/KE). |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/633/UE, Deċiżjonijiet 2012/462/UE, 2012/463/UE u 2012/464/UE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta'ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.
(2) ĠU L 217, 14.8.2012, p. 1.
(3) ĠU L 217, 14.8.2012, p. 11.
(4) ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20.
(5) ĠU L 245, 12.9.2002, p. 1.
(*1) Indikati rekwiżiti kostituzzjonali