|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4071 |
23.7.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12454 — ELECTROLUX / MIDEA / JVs)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/4071)
1.
Fit-13 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Midea America Corp. (l-Istati Uniti) u Midea Electrics Netherlands B.V.A (in-Netherlands), it-tnejn ikkontrollati minn Midea Group Co., Ltd. (“Midea”, iċ-Ċina), |
|
— |
Electrolux Consumer Products, Inc. (“ECP”, l-Istati Uniti) u Electrolux de Mexico S.A. de CV (“EDM”, il-Messiku), it-tnejn ikkontrollati minn Electrolux AB (“Electrolux”, l-Iżvezja). |
Midea u Electrolux se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Electrolux Home Products de Mexico, S.A. de C.V. (“MXP”), proprjetà ta’ EDM, u tliet impriżi konġunti ġodda (flimkien, il-“Mira”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi u xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Midea hija kumpanija globali tat-teknoloġija organizzata f’diversi diviżjonijiet, inklużi Dar Intelliġenti, Teknoloġija Industrijali, Teknoloġija għall-Bini Intelliġenti, Robotika u Awtomatizzazzjoni, Soluzzjonijiet għall-Enerġija, Kura tas-Saħħa u Loġistika Intelliġenti. Midea hija attiva b’mod partikolari fil-manifattura, u l-provvista ta’ apparat elettriku, inkluża firxa wiesgħa ta’ apparat domestiku u tal-konsumatur, |
|
— |
Electrolux hija fornitur globali ta’ apparat elettriku, inkluża firxa wiesgħa ta’ apparat domestiku u tal-konsumatur. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-Mira se jkunu l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-provvista ta’ apparat tar-refriġerazzjoni u tal-ħasil tal-ħwejjeġ fl-Istati Uniti, fil-Kanada, fil-Messiku u fi swieq oħrajn tal-Amerka ta’ Fuq.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12454 — ELECTROLUX / MIDEA / JVs
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4071/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)