10.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 125/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7000 — Liberty Global/Ziggo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 125/04)

1.

Fl-14 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Liberty Global plc (ir-Renju Unit),

—

Ziggo NV (in-Netherlands)

Liberty Global takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Ziggo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-14 ta’ Marzu 2014.

2.

Fl-10 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni ddikjarat li l-konċentrazzjoni hi kompatibbli mas-suq komuni, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet. Fis-26 ta’ Ottubru 2017, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kundizzjonali tal-Kummissjoni. Fl-4 ta’ April 2018 kien ippreżentat lill-Kummissjoni suppliment għall-avviż oriġinali.

3.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Liberty Global hija s-sid u tħaddem networks tal-cable u xi networks tal-mobile madwar id-dinja u toffri servizzi tat-televiżjoni, ta’ broadband Internet, servizzi ta’ tal-mobile u t-telefonija kif ukoll servizzi tal-mobile. Fin-Netherlands, Liberty Global hija attiva permezz tal-parteċipazzjoni tagħha f’VodafoneZiggo,

—

Ziggo hija proprjetarja u tħaddem network tal-cable li jkopri aktar minn nofs in-Netherlands, inkluż it-tielet u r-raba’ l-akbar bliet, Den Haag u Utrecht. Fl-2013, Ziggo pprovdiet servizzi ta’ vidjow tal-cable diġitali u analogu, broadband Internet, servizzi ta’ telefonija tal-mobile u ta’ telefonija diġitali (VoIP) lil 2,8 miljun konsumatur. Ziggo hija issa parti min-negozju ta’ VodafoneZiggo.

4.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

5.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.7000 — Liberty Global/Ziggo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).