|
13.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 328/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 84/2007
tas-6 ta' Lulju 2007
li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (2) huwa inkorportat fil-Ftehim. |
|
(3) |
It-titolu tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3795/81 (3) li estendih għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-familji tagħhom. |
|
(4) |
Ser isiru tibdiliet fl-Annessi 2, 3, 4 u 10 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 fil-konfront tal-Liechtenstein, minħabba bidliet organizzattivi fl-amministrazzjoni pubblika tal-Liechtenstein. |
|
(5) |
Ser isiru tibdiliet lill-Anness 5 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 fil-konfront tan-Norveġja minħabba ftehim ġdid dwar ir-rifużjoni li n-Norveġja kkonkludiet ma' l-Olanda u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 u ftehim dwar nuqqas ta' rifużjoni li n-Norveġja kkonkludiet mal-Portugall u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2006. |
|
(6) |
Id-denominazzjonijiet Ingliżi għal “tryggingastofnun rikisins” (Iżlanda) kif ukoll għal “Amt für Volkswirtschaft” (Liechtenstein) inbidlu, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness VI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-Punt 2 (ir-Regolament (KEE) Nru 574/72) għandu jkun emendat kif ġej:
|
|
2. |
Fil-punt 3.38 (Deċiżjoni Nru 151) il-kliem “Amt für Volkswirtschaft (Uffiċċju ta' l-Ekonomija Nazzjonali)” taħt is-sezzjoni “15. Il-Liechtenstein” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Amt für Gesundheit (Uffiċċju tas-Saħħa)”. |
|
3. |
Tul l-Anness kollu, il-kliem “l-Istitut tas-Sigurtà Soċjali ta' l-Istat” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Amministrazzjoni ta' l-Assigurazzjoni Soċjali”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 333, 30.11.2006, p. 42.
(2) ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 629/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 1).
(3) ĠU L 378, 31.12.1981, p. 1.
(*1) Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.