IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.10.2019
COM(2019) 448 final
ANNESS
li jakkumpanja
l-Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019
ANNESS — Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019
A. Ittra tal-Unjoni Ewropea
Sinjuri,
Bi pjaċir nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin biex niżguraw li jiġi estiż il-Protokoll li huwa fis-seħħ dal-ħin (mis-16 ta’ Novembru 2015 sal-15 ta’ Novembru 2019), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll.
F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania qablu dwar dan li ġej:
(1)Mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan l-iskambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu japplikaw fl-aħħar sena tal-Protokoll qed jiġu estiżi bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.
(2)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Mauritania skont l-estensjoni se tkun tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll hekk kif emendat mill-Kumitat Konġunt fil-15 u fis-16 ta’ Novembru 2016. Dan il-ħlas se jsir f’daqqa sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri.
(3)L-appoġġ settorjali marbut ma’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni jammonta għal EUR 4,125 miljun. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd se japprova l-ipprogrammar marbut ma’ dan l-ammont skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll marbutin mal-implimentazzjoni u mal-pagamenti tal-appoġġ settorjali se jkunu japplikaw mutatis mutandis.
(4)F’każ li n-negozjati biex jiġġeddu l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tiegħu jwasslu biex dawn jiġu ffirmati u, b’hekk, biex dawn jidħlu fis-seħħ qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena stabbilit fil-punt 1 hawn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti 2 u 3 hawn fuq se jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas se jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.
(5)Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd se jingħataw fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li se jkunu jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness 1 tal-Protokoll.
(6)Dan l-iskambju ta’ ittri se japplika b’mod provviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara li jiġi ffirmat sa ma jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
Napprezza jekk tkunu tistgħu tavżawni li rċevejtu din l-ittra u li taqblu mal-kontenut tagħha.
Dejjem tagħkom,
B. Ittra tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
Sinjuri,
Bi pjaċir nikkonfermalkom li rċevejt l-ittra tagħkom tal-lum li tgħid dan li ġej:
“Sinjuri,
Bi pjaċir nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin biex niżguraw li jiġi estiż il-Protokoll li huwa fis-seħħ dal-ħin (mis-16 ta’ Novembru 2015 sal-15 ta’ Novembru 2019), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll.
F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania qablu dwar dan li ġej:
(1)Mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan l-iskambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu japplikaw fl-aħħar sena tal-Protokoll qed jiġu estiżi bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.
(2)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Mauritania skont l-estensjoni se tkun tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll hekk kif emendat mill-Kumitat Konġunt fil-15 u fis-16 ta’ Novembru 2016. Dan il-ħlas se jsir f’daqqa sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri.
(3)L-appoġġ settorjali marbut ma’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni jammonta għal EUR 4,125 miljun. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd se japprova l-ipprogrammar marbut ma’ dan l-ammont skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll marbutin mal-implimentazzjoni u mal-pagamenti tal-appoġġ settorjali se jkunu japplikaw mutatis mutandis.
(4)F’każ li n-negozjati biex jiġġeddu l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tiegħu jwasslu biex dawn jiġu ffirmati u, b’hekk, biex dawn jidħlu fis-seħħ qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena stabbilit fil-punt 1 hawn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti 2 u 3 hawn fuq se jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas se jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.
(5)Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd se jingħataw fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li se jkunu jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness 1 tal-Protokoll.
(6)Dan l-iskambju ta’ ittri se japplika b’mod provviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara li jiġi ffirmat sa ma jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.”
Nikkonfermalkom li l-kontenut tal-ittra tagħkom huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħi.
L-ittra tagħkom u din l-ittra jikkostitwixxu ftehim skont il-proposta tagħkom.
Dejjem tagħkom,