|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3155 |
12.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2024/3155
tal-10 ta’ Diċembru 2024
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM Georgia/2/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Marzu 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1032 (2), li taħtar lis-Sa Bettina BOUGHANI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUMM Georgia mill-1 ta' April 2024 sal-14 ta' Diċembru 2024. |
|
(3) |
Fit-2 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2988 (3), li estendiet il-mandat ta' EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2026. |
|
(4) |
Fit-28 ta' Ottubru 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sa Bettina BOUGHANI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUMM Georgia jiġi estiż mill-15 ta' Diċembru 2024 sal-14 ta' Diċembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sa Bettina BOUGHANI bħala Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) huwa b'dan estiż mill-15 ta' Diċembru 2024 sal-14 ta' Diċembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1032 tas-26 ta’ Marzu 2024 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2024) (ĠU L, 2024/1032, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1032/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2988 tat-2 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L, 2024/2988, 3.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2988/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3155/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)