<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-425/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CO0425</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:476">EU:C:2019:476</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal-<DATE ISO="20190604">4.6.2019</DATE> – Kawża C‑425/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Consorzio Nazionale Servizi</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190604">4 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ kuntratti fis-settur tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2)</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet għal esklużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tar-regoli fil-qasam tal-kompetizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑425/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Piemonte (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Piemonte, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (CNS)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Gruppo Torinese Trasporti GTT SpA,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Consorzio Stabile Gestione Integrata Servizi Aziendali GISA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">La Lucente SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Dussmann Service Srl,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">So.Co.Fat. SC,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, President tal-Awla, D. Šváby (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (CNS), minn F. Cintioli, G. Notarnicola, E. Perrettini u A. Police, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn D. Del Gaizo, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara, P. Ondrůšek u L. Haasbeek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tittieħed deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 53(3) u tal-Artikolu 54(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol 7, p. 19) kif ukoll tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>CNS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Gruppo Torinese Trasporti GTT SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>GTT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u intiża, b’mod partikolari, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tirtira fir-rigward tiegħu l-għoti ta’ kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/17</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-paragrafu (3) tal-Artikolu 53 tad-Direttiva 2004/17, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Sistemi ta’ kwalifika<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, u l-paragrafu (4) tal-Artikolu 54 ta’ din id-direttiva, iddedikat għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[k]riterji għal għażla kwalitattiva<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedu li, minn naħa, il-kriterji u r-regoli ta’ kwalifika u, min-naħa l-oħra, il-kriterji ta’ għażla kwalitattiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>jistgħu jinkludu l-kriterji ta’ esklużjoni mniżżla f’lista fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE dwar it[fit]-termini u l-kondizzjonijiet dikjarati fiha<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/18</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew ta’ min jixħet l-offerta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 jinsab f’taqsima ddedikata għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[k]riterji għal għażla kwalitattiva<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> u jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[…]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull operatur ekonomiku jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kien misjub ħati ta’ kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità ippruvata bi kull mezz li l-awtoritajiet kontrattwanti jistgħu juru;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA>Stati Membri għandhom jispeċifikaw, skond il-liġi nazzjonali tagħhom u b’rigward għal-liġi tal-Kommunità, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dan il-paragrafu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-decreto legislativo n. 163 - Codice dei contratti pubblici relativi a lavori, servizi e forniture in attuazione delle direttive 2004/17/CE e 2004/18/CE (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 163, li Jistabbilixxi Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi għal Xogħlijiet, għal Servizzi u għal Provvisti, b’Applikazzjoni tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE), tat‑<DATE ISO="20060412">12 ta’ April 2006</DATE> (Suppliment ordinarju għall-GURI Nru 100, tat‑<DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), kien ittraspona d-Direttivi 2004/17 u 2004/18 fid-dritt Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kundizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, kien jelenka, fil-paragrafu (1) tiegħu, ir-raġunijiet għall-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku milli jipparteċipa f’kuntratt pubbliku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-persuni li ġejjin għandhom jiġu esklużi milli jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi, u ma jistgħux jingħataw kuntratti ta’ subappalt jew jikkonkludu kuntratti relatati:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>kull persuna li, skont l-evalwazzjoni motivata tal-awtorità kontraenti, hija ħatja ta’ negliġenza ta’ ċerta gravità jew ta’ <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> fit-twettiq tas-servizzi mogħtija lilha mill-awtorità kontraenti li ppubblikat l-avviż ta’ kuntratt, jew li, fil-qasam professjonali, hija ħatja ta’ kondotta ħażina ta’ ċerta gravità kkonstatata permezz ta’ kull mezz ta’ prova li l-awtorità kontraenti tista’ tiġġustifika;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 230(1) ta’ dan il-kodiċi kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw l-Artikolu 38 sabiex jivverifikaw li l-kandidati jew l-offerenti jkunu osservaw il-kundizzjonijiet ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>GTT hija kumpannija li twettaq servizzi fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija urbana, bit-tramm, bit-trolleybus u bix-xarabank.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviż mibgħut għall-pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fit‑<DATE ISO="20150730">30 ta’ Lulju 2015</DATE> u ittra ta’ stedina tas‑<DATE ISO="20151127">27 ta’ Novembru 2015</DATE>, GTT bdiet, skont id-Direttiva 2004/17, proċedura ristretta bil-għan tal-għoti tas-servizz ta’ tindif tal-vetturi, tal-bini u tal-postijiet, tas-servizz ta’ ċaqliq tal-vetturi minn post għall-ieħor u ta’ għoti ta’ fjuwil lill-vetturi u ta’ servizzi anċillari fis-siti tal-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>GTT indikat li l-valur totali ta’ dan il-kuntratt, li kien jinkludi sitt lottijiet, kien ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">29434</FT> 319.39 bl-esklużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), fejn il-valur ta’ kull lott kien ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">4249</FT> 999.10 u EUR <FT TYPE="NUMBER">6278</FT> 734.70.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara li tat tlieta minn dawn il-lottijiet lil CNS, GTT irtirat din l-aġġudikazzjoni permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170714">14 ta’ Lulju 2017</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Għal dan il-għan, hija bbażat ruħha fuq deċiżjoni tal-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (l-Awtorità li Tiggarantixxi l-Kompetizzjoni u tas-Suq, l-Italja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>AGCM<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) tat‑<DATE ISO="20151222">22 ta’ Diċembru 2015</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>deċiżjoni tal-AGCM<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), li timponi fir-rigward ta’ CNS multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">56190090</FT> talli pparteċipat f’akkordju orizzontali li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, bil-għan li tinfluwenza r-riżultat ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt mibdija minn amministrazzjoni oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kontenzjuża, ġie wkoll irrilevat li d-deċiżjoni tal-AGCM kienet diġà ġiet ikkonfermata permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li kienet kisbet l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>. Id-deċiżjoni kontenzjuża hija bbażata, barra minn hekk, fuq żewġ sentenzi tad‑29 ta’ Marzu u tat‑<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>, li permezz tagħhom il-qorti tar-rinviju kienet iddeċidiet li akkordju li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, implimentat mill-operatur ikkonċernat fi proċedura oħra ta’ għoti ta’ kuntratt u kkonstatat fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva, jikkostitwixxi kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità, fis-sens tal-Artikolu 38(1)(f) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi u tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18. CNS hija wkoll ikkritikata, minn naħa, li ma indikatx, fil-fajl tagħha ta’ parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ikkonċernata, li hija kienet is-suġġett ta’ proċedura ta’ sanzjoni pendenti quddiem l-AGCM u, min-naħa l-oħra, li hija kienet adottat miżuri ta’ tqegħid f’konformità biss matul il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, b’tali mod li r-raġuni għal esklużjoni kienet għada tissussisti meta din il-proċedura nbdiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Konsegwentement, GTT qieset li l-aġir issanzjonat mill-AGCM kien ta’ natura li jikser ir-relazzjoni ta’ fiduċja mal-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet għal miżuri provviżorji tal‑<DATE ISO="20171011">11 ta’ Ottubru 2017</DATE>, il-qorti tar-rinviju ċaħdet it-talba għal miżuri provviżorji mressqa minn CNS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Kemm dan id-digriet għal miżuri provviżorji kif ukoll is-sentenzi mogħtija minn din il-qorti fid‑29 ta’ Marzu u fit‑<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE> ġew irriformati mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), rispettivament permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20171120">20 ta’ Novembru 2017</DATE>, kif ukoll permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tal‑<DATE ISO="20171204">4 ta’ Diċembru 2017</DATE> u tal‑<DATE ISO="20180205">5 ta’ Frar 2018</DATE>. Skont l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju, minn dawn id-deċiżjonijiet jirriżulta li l-aġir li jikkostitwixxi ksur fil-qasam tal-kompetizzjoni ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 38(1)(f) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi u li jistgħu jiġu kklassifikati b’dan il-mod biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>in-nuqqasijiet u n-negliġenzi mwettqa fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Għalhekk, għandhom jiġu esklużi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>l-fatti, anki jekk illegali, li seħħew matul il-proċedura ta’ għoti li ppreċedewh<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Din l-interpretazzjoni hija bbażata fuq il-ħtiġijiet ta’ ċertezza legali tal-operaturi ekonomiċi. Skont il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat), din l-interpretazzjoni hija kompatibbli mas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Generali–Providencia Biztosító</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑470/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2469">EU:C:2014:2469</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li minnha sempliċement jirriżulta li regola nazzjonali li tikklassifika espressament bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ksur fil-qasam tal-kompetizzjoni ma tiksirx id-dritt tal-Unjoni, u mhux li d-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li dan il-ksur jiġi inkluż fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Minn dan isegwi li, fid-dritt Taljan, it-twettiq ta’ tali ksur huwa kompletament irrilevanti fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi rregolati mill-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>CNS tibbaża ruħha fuq dawn it-tliet deċiżjonijiet tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) insostenn tar-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Filwaqt li tirreferi għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju tirrileva madankollu li peress li r-Repubblika Taljana kienet użat il-possibbiltà, irrikonoxxuta lill-Istati Membri fl-Artikolu 54(4) tad-Direttiva 2004/17, li tinkludi, fil-kriterji ta’ għażla kwalitattiva tal-operaturi fis-setturi speċjali, il-kriterji ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata ma’ din id-dispożizzjoni hija rilevanti fil-kawża prinċipali, minkejja li din tirrigwarda proċedura ristretta li taqa’ taħt id-Direttiva 2004/17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Issa, fis-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Generali‑Providencia Biztosító</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑470/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2469">EU:C:2014:2469</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà ppreċiżat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kondotta professjonali ħażina<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ikopri kull aġir ħażin li għandu effett fuq il-kredibbiltà professjonali tal-operatur inkwistjoni u li t-twettiq ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta dan il-ksur kien ġie ssanzjonat permezz ta’ multa, jikkostitwixxi raġuni għal esklużjoni li taqa’ taħt il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju essenzjalment tiddeduċi mill-ipparagunar tas-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060209">9 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>La Cascina <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑226/04 u C‑228/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:94">EU:C:2006:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali mnaqqsa fir-rigward tar-raġunijiet fakultattivi għal esklużjoni li ma jirreferux għal-leġiżlazzjonijiet u għar-regolamenti nazzjonali sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li madankollu kienet tqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mar-raġunijiet għal esklużjoni msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>fakultattivi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, stabbilita abbażi tad-Direttivi tal-Kunsill 92/50/KEE tat‑<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322) u 2004/18, ma hijiex ċara fl-interpretazzjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja kjarifiki f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per il Piemonte (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Piemonte, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 53(3) u tal-Artikolu 54(4) tad-Direttiva [2004/17], minn naħa, u [tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2)] tad-Direttiva [2004/18], min-naħa l-oħra, jipprekludu dispożizzjoni bħall-Artikolu 38(1)(f) ta[l-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi], kif huwa interpretat mill-ġurisprudenza nazzjonali, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> mwettqa minn operatur ekonomiku l-aġir li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ikkonstatat u ssanzjonat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni b’deċiżjoni kkonfermata mill-qrati, li <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jipprevjeni lill-awtoritajiet kontraenti milli jevalwaw b’mod awtonomu tali ksur sabiex eventwalment jeskludu, iżda mhux obbligatorjament, dan l-operatur ekonomiku minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-risposta għal domanda magħmula b’mod preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għal tali domanda ma tħalli spazju għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hemm lok li, fil-kuntest ta’ din il-kawża, tiġi applikata din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 38(1)(f) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, li hija interpretata bħala li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> imwettqa minn operatur ekonomiku l-aġir li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ikkonstatat u ssanzjonat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni permezz ta’ deċiżjoni kkonfermata minn qorti, u li timpedixxi lill-awtoritajiet kontraenti milli jevalwaw b’mod awtonomu tali ksur sabiex eventwalment jeskludu lil dan l-operatur ekonomiku minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 ma jipprevedix uniformità ta’ applikazzjoni, fuq il-livell nazzjonali, tar-raġunijiet għal esklużjoni indikati fih, sa fejn l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li ma japplikaw b’ebda mod dawn ir-raġunijiet għal esklużjoni, jew inkella li jintegrawhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’livell ta’ rigorożità li jista’ jvarja każ b’każ, skont kunsiderazzjonijiet legali, ekonomiċi jew soċjali li jipprevalu fuq livell nazzjonali. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jirrendu l-kriterji stabbiliti f’din id-dispożizzjoni inqas onerużi jew iktar flessibbli (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑358/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2063">EU:C:2014:2063</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Connexxion Taxi Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑171/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:948">EU:C:2016:948</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, bid-differenza għal dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-raġunijiet għal esklużjoni previsti fil-punti (a), (b), (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2), ma jirreferix għal-leġiżlazzjonijiet u għar-regolamenti nazzjonali, iżda li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(2) jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw, skont id-dritt nazzjonali tagħhom u b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant mill-ġurisprudenza jirriżulta li, hekk kif barra minn hekk osservat il-qorti tar-rinviju, meta raġuni fakultattiva għal esklużjoni prevista fl-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, bħal dik inkluża fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2), ma tirreferix għad-dritt nazzjonali, il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri hija iktar stretta. F’tali każ, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddefinixxi l-portata ta’ tali raġuni fakultattiva għal esklużjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Generali‑Providencia Biztosító</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑470/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2469">EU:C:2014:2469</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li jinsab fl-imsemmi punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) jista’ jiġi ppreċiżat u ċċarat mid-dritt nazzjonali, b’osservanza, madankollu, tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kondotta professjonali ħażina<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> ikopri kull aġir ħażin li għandu effett fuq il-kredibbiltà professjonali tal-operatur ekonomiku inkwistjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-integrità tiegħu jew l-affidabbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kondotta professjonali ħażina<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li huwa s-suġġett ta’ interpretazzjoni wiesgħa, ma jistax ikun limitat biss għan-nuqqasijiet u għan-negliġenzi mwettqa fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kondotta ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għandu jinftiehem bħala li jirreferi normalment għal aġir tal-operatur ekonomiku inkwistjoni, li jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza ta’ ċerta gravità min-naħa tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 jawtorizza lill-awtoritajiet kontraenti jikkonstataw kondotta professjonali ħażina permezz ta’ kull mezz li huma jkunu jistgħu jiġġustifikaw. Peress li l-konstatazzjoni ta’ tali kondotta ħażina ma teħtieġx sentenza li tkun kisbet l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), id-deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tistabbilixxi li operatur naqas milli josserva r-regoli tal-kompetizzjoni tista’ ċertament tikkostitwixxi indikazzjoni tal-eżistenza ta’ kondota ħażina ta’ ċerta gravità mwettqa minn dan l-operatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Hija għal din ir-raġuni li t-twettiq ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta dan il-ksur kien ġie ssanzjonat permezz ta’ multa, jikkostitwixxi raġuni għal esklużjoni li taqa’ taħt il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Generali‑Providencia Biztosító</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑470/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2469">EU:C:2014:2469</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni ma tistax twassal għal esklużjoni awtomatika ta’ operatur ekonomiku minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku. Fil-fatt, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kondotta ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> teħtieġ, bħala prinċipju, li titwettaq evalwazzjoni konkreta u individwali tal-attitudni tal-operatur ekonomiku kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija interpretata bħala li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> imwettqa minn operatur ekonomiku l-aġir li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ikkonstatat u ssanzjonat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni permezz ta’ deċiżjoni kkonfermata minn qorti, u li timpedixxi lill-awtoritajiet kontraenti milli jevalwaw b’mod awtonomu tali ksur sabiex eventwalment jeskludu lil dan l-operatur ekonomiku minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija interpretata bħala li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> imwettqa minn operatur ekonomiku l-aġir li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ikkonstatat u ssanzjonat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni permezz ta’ deċiżjoni kkonfermata minn qorti, u li timpedixxi lill-awtoritajiet kontraenti milli jevalwaw b’mod awtonomu tali ksur sabiex eventwalment jeskludu lil dan l-operatur ekonomiku minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>