Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0022 - 0022
L-Artikolu 2 1. Dan it-Trattat għandu jkun ratifikat mill-Partijiet Kontraenti Għolja skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu ddepożitati mal-Gvern tar-Repubblika Taljana sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2004. 2. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004 basta li l-istrumenti kollha ta' ratifika jkunu ġew iddepożitati qabel dik id-data. Jekk, madanakollu, l-Istati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) ma jkunux kollha ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' ratifika fit-terminu dovut, it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ għal dawk l-Istati li jkunu ddepożitaw l-istrumenti tagħhom. F'dan il-każ, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li jaġixxi unanimament, għandu jiddeċidi immedjatament dwar dawk l-aġġustamenti li hekk ikunu saru indispensabbli għall-Artikolu 3 ta' dan it-Trattat, għall-Artikoli 1, 6(6), 11 sa 15, 18, 19, 25, 26, 29 sa 31, 33 sa 35, 46 sa 49, 58 u 61 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, għall-Annessi II sa XV u l-Appendiċi tagħhom għal dak l-Att u għall-Protokolli Nri. 1 sa 10 annessi miegħu; waqt li jaġixxi unanimament, jista' wkoll jiddikjara li dawk id-disposizzjonijiet ta' l-Att imsemmi qabel, inklużi l-Annessi, l-Appendiċi u l-Protokolli tiegħu, li jirreferu espressament għal Stat li ma jkunx iddepożita l-istrument tiegħu ta' ratifika ikunu saru ineffettivi jew jista' wkoll jaġġustahom. 3. Minkejja l-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jistgħu jadottaw qabel l-Adeżjoni l-miżuri li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 6(2) it-tieni sub-paragrafu, 6(6) it-tieni sub-paragrafu, 6(7) it-tieni u t-tielet sub-paragrafi, 6(8) it-tieni u t-tielet sub-paragrafi, 6(9) it-tielet sub-paragrafu, 21, 23, 28(1), 32(5), 33(1), 33(4), 33(5), 38, 39, 41, 42 u 55 sa 57 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, l-Annessi III sa XIV ta' dak l-Att, u l-Protokoll 2, l-Artikolu 6 tal-Protokoll 3, l-Artikolu 2(2) tal-Protokoll 4, il-Protokoll 8 u l-Artikoli 1, 2 u 4 tal-Protokoll 10 annessi miegħu. Dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss soġġetti għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan it-Trattat. --------------------------------------------------