Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005)2706, ta’ l-14 ta’ Settembru 2005, dwar l-irkupru ta’ l-għajnuna mogħtija lill-kumpannija ta’ l-ajru Olympic Airlines.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji, fit-terminu previst, sabiex twaqqaf l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Settembru 2005 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja favur Olympic Airways u Olympic Airlines u sabiex tirkupra l-imsemmija għajnuna mill-benefiċjarji, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-deċiżjoni.

2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.