|
25.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 248/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10070 — Eurofiber/Proximus/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 248/06)
1.
Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Eurofiber NV (“Eurofiber”, il-Belġju), |
|
— |
Proximus NV (“Proximus”, il-Belġju), |
|
— |
il-Joint Venture (“JV”, il-Belġju). |
Eurofiber u Proximus jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ joint venture (JV) maħluqa ġdida.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Eurofiber: it-tħaddim ta’ servizzi u networks ta’ komunikazzjoni elettronika fin-Netherlands, il-Belġju, Franza u l-Ġermanja b’enfasi speċifika fuq servizzi u networks ta’ konnettività fuq il-fibra għall-klijenti kummerċjali u l-fornituri tas-servizzi, |
|
— |
Proximus: it-tħaddim ta’ servizzi u networks ta’ komunikazzjoni elettronika fissa u mobbli għall-klijenti residenzjali u kummerċjali fil-Belġju, kemm fil-livell tal-bejgħ bl-imnut kif ukoll fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa, |
|
— |
il-JV: l-introduzzjoni u t-tħaddim ta’ network miftuħ dens bejn Point-to Point Fiber-To-The-X f’ċerti partijiet tar-Reġjun tal-Vallonja tal-Belġju. Il-JV se tkun attiva biss fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa tas-suq. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10070 – Eurofiber/Proximus/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).