Official Journal L 029 , 03/02/1999 P. 0034 - 0037
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 1999 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' settijiet tat-turġien prefabbrikati (notifikati taħt id-dokument numru K (1999) 113) (Test b'relevanza ŻEE) (1999/89/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari Artikolu 13(4) tagħha, Billi l-Kummissjoni hija mitluba li tagħżel, bħal bejn iż-żewġ proċeduri skond Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodott, "l-inqas proċedura diffiċli possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ li jiġi deċiż jekk, għal xi prodott partikolari jew familja ta' prodotti, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hiex kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet irrelatati mal-konformità mal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), l-intervent ta' korp approvat tal-attestazzjoni ikunx għalhekk meħtieġ; Billi Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun indikata fil-mandati u fil-karatteristiċi tekniċi; billi, għalhekk, tinħass ix-xewqa li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew familja ta' prodotti kif użat fil-mandati u fil-karatteristiċi tekniċi; Billi iż-żewġ proċeduri li hemm provvediment dwarhom f'Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati sewwa l-metodi li bihom iż-żewg proċeduri għandhom ikunu mplementati, b'referenza għal Anness III, għal kull prodott jew familja ta' prodotti, la darba Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi; Billi l-proċedura riferita fil-punt (a) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbilita fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tas-Sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta' Anness III; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċizjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI: Artikolu 1 Il-prodotti stabbiliti f'Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li permezz tagħha, b'żieda mas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika mwettqa mill-fabbrikant, jkun hemm korp approvat tal-attestazzjoni involut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu. Artikolu 2 Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stabbilita f'Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għal-linji ta' gwida għall-approvazzjoni teknika Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċizjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Jannar 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Settijiet tat-turġien prefabbrikat (it-taraġ sħiħ mqiegħed fis-suq bħala sett, li jinkorpora t-taraġ prefabbrikat u l-komponenti l-oħra) [1] - għall-użu fid-djar u bini ieħor [1] Eskluż it-taraġ tal-konkrit monoltiku u ta' l-azzar Turġien prefabbrikati magħmula tradizzjonalment mill-injam mastiż għall-użu f'bini individwali huma wkoll esklużi minn din id-Deċiżjoni. -------------------------------------------------- ANNESS II ATTESTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ Nota: għal settijiet li għandhom aktar minn użu intiż wieħed speċifikat fil-familji li ġejjin, id-doveri għall-korp approvat, li joriġinaw mis-sistemi relevanti tal-attestazzjoni tal-konformità, huma kumulattivi. FAMILJA TA' PRODOTTI SETTIJIET TA' TURĠIEN PREFABBRIKATI (1/2) 1. Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż elenkat hawn taħt, l-EOTA huwa mitlub li jispeċifika is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità skond il-linji ta' gwida relevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea: Sistema 2+: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), L-ewwel possibiltà, inkluża l-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi tal-ispezzjoni inizjali tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll tas-sorveljanza, tal-valutazzjoni u ta' l-approvazzjoni tal-kontroll kontinwu tal-produzzjoni tal-fabbrika. Prodott(i) | Użu ntiż | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità | Settijiet tat-turġien prefabbrikati | għal djar u bini ieħor | _ | 2+ | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tkun tista' titwettaq ukoll meta l-imġieba ma jkollhiex ħtieġa li tkun iddeterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara Artikolu 2.1 (1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika ta' karatteristika bħal din m'għandiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward. FAMILJA TA' PRODOTTI SETTIJIET TA' TURĠIEN PREFABBRIKATI (2/2) 1. Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż elenkat hawn taħt, l-EOTA huwa mitlub jispeċifika is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità skond il-linji ta' gwida relevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea: Sistema 1: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(i), mingħajr awditjar tat-testijiet tal-kampjuni. Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(ii), It-tieni possibiltà. Sistema 4: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(ii), It-tielet possibiltà. Prodott(i) | Użu ntiż | Livell(i) jew klassi(ijiet) | Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità | Settijiet tat-turġien prefabbrikati | għall-użu soġġett għar-regolamenti tar-reazzjoni tan-nar | A, B, C A, B, C A, D, E, F | 1 3 4 | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tkun tista' titwettaq ukoll anki meta ma jkunx hemm ħtieġa għad-determinazzjoni għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara Artikolu 2.1 (1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika ta' karatteristika bħal din m'għandiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward. --------------------------------------------------