Official Journal L 241 , 11/09/1999 P. 0004 - 0008
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1942/1999 ta’ l-10 ta’ Settembru 1999 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel li joriġina mill-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1931 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment tal-limiti ta’ residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2010/1999 [2] u b’ mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan, (1) Billi, bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90, limiti ta’ residwu massimu jridu jkunu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-għalf lill-annimali li jipproduċu l-ikel; (2) Billi limiti ta’ residwu massimu suppost ikunu stabbiliti biss wara l-eżami fil-Komunità għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza konċernata għall-konsumatur jew affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel. (3) Billi, fl-istabbiliment tal-limiti ta’ residwu massimu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, huwa neċessarju li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali li fiha residwi jistgħu ikunu preżenti, l-livelli jistgħu jkunu preżenti f’ kull wieħed mit- tessuti tal-laħam rilevanti ottenuti mill-annimal ittrattat (tessut target) u n- natura tar-residwu li hi rilevanti għall-kontroll ta’ residwi (residwu markatur); (4) Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’ leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti ta’ residwu massimi suppost is-soltu jkunu stabbiliti għat- tessuti target ta’ fwied jew kliewi; billi, iżda, l-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jiċċaqalqu fil-kummerċ internazzjonali, u limiti ta’residwu massimu suppost għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għall-tessuti ta’ muskolu u xaħam; (5) Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-użu fi tjur li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew naħal li jagħmlu l-għasel, limiti ta’ residwu massimu jridu jkunu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel; (6) Billi clorsulon, danofloxacin, florfenicol u moxidectin suppost tkun imdaħħla fl-Anness I lir-Regolament (KEE) Nru. 2377/90; (7) Billi levomethadone, fenpipramide hydrochloride, apocynum cannabium, idrochlorothiazide,virola sebifera, selenicereus grandiflorus, thuja occidentalis, tricaine mesilate,trichlormethiazide, vincamine u harunga madagascariensis suppost ikunu mdaħħla fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90; (8) Billi, sabiex tippermetti għall-kompletazzjoni ta’ l-istudji xjentifiċi, deltamethrin suppost tkun imdaħħla fl-Anness III mar-Regolament (KEE) nru. 2377/90; (9) Billi perjodu ta’ 60 ġurnata suppost ikun permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kwalunkwe bidla li tista’ tkun neċessarja għall-awtoriżżazzjonijiet biex tpoġġi l-prodotti mediċinali veterinarji konċernati fuq is-suq li ġew mogħtija bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. (10) Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti fuq prodotti Mediċinali Veterinarji, ADOTTAT IS-SEGWENTI REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi I, II u III mar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huma hawn emendati kif stipulat fl-Anness hawnhekk. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-10 ta’ Settembru 1999. Għall-Kummissjoni Karel Van Miert Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p.1. [2] ĠU L 240, ta’ l-10.9.1997, p.3. [3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p1. [4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jiġi emendat kif ġej: 1. Aġenti anti-infettivi 1.2. Antibijotiċi 1.2.3. Quinolones "Sustanza(1) attiva(i) farmakoloġikament | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | MRLs | Speċifikazzjoni tat-Tessuti | Dispożizzjonijiet oħra | Danofloxacin | Danofloxacin | Majjal | 100 µg/kg | Muskolu | | 50 µg/kg | Ġilda u xaħam | | 200 µg/kg | Fwied | | 200 µg/kg | Kilwa" | | 1.2.5. Florenficol u komposti rrelatati "Sustanza(1) attiva(i) farmakoloġikament | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | MRLs | Speċifikazzjoni tat-Tessuti | Dispożizzjonijiet oħrajn | Florfenicol | Somma ta' florfenicol 300 µg/kgu il-metabolites tiegħu 500 µg/k mkejjlin bħala florfenicol-amine | Majjal | 300 µg/kg | Muskolu | | 500 µg/kg | Gilda u xaħam | | 2000 µg/kg | Fwied | | 500 µg/kg | Kilwa" | | 2. Aġenti antiparassitiċi 2.1. Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti 2.1.5. Benzenesulfonamides "Sustanza(1) attiva(i) farmakoloġikament | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | MRLs | Speċifikazzjoni tat-Tessuti | Dispożizzjonijietoħrajn | Clorsulon | Clorsulon | Bovine | 35 µg/kg | Muskolu | | 100 µg/kg | Fwiedr | | 200 µg/kg | Kilwa" | | 2.3. Aġenti li jaġixxu kontra l-endo- u ectoparasites 2.3.1. Avermectins "Sustanza(1) attiva(i) farmakoloġikament | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | MRLs | Speċifikazzjoni tat-Tessuti | Dispożizzjonijiet oħrajn | Moxidectin | Moxidectin | Equidae | 50 µg/kg | Muskolu | | 500 µg/kg | Xaħam | | 100 µg/kg | Fwied | | 50 µg/kg | Kilwa" | | L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif isegwi: 2. Komposti Organiċi "Sustanza(1) attiva(i) farmakoloġikament | Speċi ta' annimali | Dispożizzjonijiet oħra | Fenpipramide hydrochloride | Equidae | Għall-użu intravenous biss | Hydrochlorothiazide | Bovine | | Levomethadone | Equidae | Għall-użu intravenous biss | Tricaine mesilate | Fin fish | Għall-użu biss meta jinġarru bl-ilma | Trichlormethiazide | Kull speċi ta' mammali li tipproduci ikel | Mhux għall-użu f'annimali li jagħtu l-ħalib għall-konsum tal-bniedem | Vincamine | Bovin | Għall-użu biss f'annimali li għadhom kif twieldu" | 4. Sustanzi u fi prodotti mediċinali veterinarji homeopathic "Sustanza(1) attiva(i) farmakoloġikament | Speċi ta' annimali | Dispożizzjonijiet oħra | Apocynum cannabinum | Kull speċi li tipproduċi ikel | Għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji homeopatiċi ippreparati skond il-farmakopoeja homeopatika f' konċentrazzjonijiet fil-prodotti li ma jaqbżux parti f' kull 100 Għal użu orali biss | Harunga madagascariensis | Kull speċi li tipproduċi ikel | Għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji homeopatiċi ippreparati skond il-farmakopoeja homeopatika f'kon-ċentrazzjonijiet fil-prodotti li ma jaqbżux parti f' kull 100 | Selenicereus grandiflorus | Kull speċi li tipproduċi ikel | Għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji homeopatiċi ippreparati skond il-farmakopoeja homeopathika f'konċen- trazzjonijiet fil-prodotti li ma jaqbżux parti f' kull 100 | Thuja occidentalis | Kull speċi li tipproduċi ikel | Għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji homeopatiċi ippreparati skond il-farmakopoeja homeopatika f'konċen- trazzjonijiet fil-prodotti li ma jaqbżux parti f' kull 100 | Virola sebifera | Kull speċi li tipproduċi ikel | Għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji homeopatiċi ippreparati skond il-farmakopoeja homeopatika f' konċentrazzjonijiet fil-prodotti li ma jaqbżux parti f' kull 100" | L-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif isegwi: 2. Aġenti antiparassitiċi 2.2. Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti 2.2.3. Piretrojdi "Sustanza(1) attiva(i)farmakoloġikament | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | MRLs | Speċifikazzjoni tat-Tessuti | Provedimenti oħrajn | Deltamethrin | Deltamethrin | Bovin | 10 µg/kg | Muskolu | Muskolu MRLs jiskadu fl- 1.7.2001 | 50 µg/kg | Xaħam | 10 µg/kg | Fwied | 10 µg/kg | Kilwa | 20 µg/kg | Halib | Ovini Mhux għal użu fànnimali li jipproduċu ħalib għal konsum tal-bniedem | 10 µg/kg | Muskolu | 50 µg/kg | Xaħam | 10 µg/kg | Fwied | 10 µg/kg | Kilwa | Tiġieġ | 10 µg/kg | Muskolu | 50 µg/kg | Ġilda + xaħam | 10 µg/kg | Fwied | 10 µg/kg | Kilwa | 50 µg/kg | Bajd" | --------------------------------------------------