15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 306/99


DEĊIŻJONI EUBAM Rafah/1/2008 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ

tal-11 ta’ Novembru 2008

dwar il-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah EUBAM Rafah

(2008/863/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK tat-12 ta’ Diċembru 2005 dwar il-Missjoni ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah, EUBAM Rafah (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 10(2) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-KPS huwa awtorizzat, konformement mal-Artikolu 25 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet adegwati għall-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni EUBAM RAFAH, u b’mod partikolari d-Deċiżjoni li jinħatar Kap ta’ Missjoni.

(2)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Alain FAUGERAS bħala Kap tal-Missjoni EUBAM RAFAH.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Alain FAUGERAS huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EUBAM RAFAH).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-25 ta’ Novembru 2008 sal-24 ta’ Novembru 2009.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. ROGER


(1)   ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.