Official Journal L 076 , 26/03/1996 P. 0021 - 0022
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE tad-19 ta’ Marzu 1996 li temenda diversi Direttivi tal-Kunsill dwar il-kummerċ taż-żrieragħ u materjali tal-propagazzjoni (Test b'relevanza taz-ZEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 66/401 ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf [1], kif l-aħħar emendat bl-Att tas-Sħubija ta’ l-Awstria, tal-Fillandja u ta’ l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 21 (5) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taż-żejt u l-pjanti tal-fibra [2], kif l-aħħar emendati bl-Att tas-Sħubija ta’ l-Awstria, tal-Fillandja u ta' l-Isvezja, u partikolarment Artikolu 20 (a) tiegħu, Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħaxix [3], kif l-aħħar emendata bl-Att tas-Sħubija ta’ l-Awstria, tal-Fillandja u ta’ l-Isvezja, u partikolarment Artikolu 40 (a) tagħha, Billi, fid-dawl ta’ l-iżviluppi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku, id-Direttivi 66/401/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE għandhom ikunu emendati għar-raġunijiet stabbilti hawn taħt; Billi r-regoli internazzjonali kurrenti, partikolarment dawk ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ l-Ittestjar taż-Żerriegħa u ta’ l-Organizzazzjoni tal-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku, ġew riveduti fir-rigward tal-piżijiet massimi għal-lottijiet taż-żrieragħ ta’ ċertu speċi; billi dik ir-reviżjoni ġiet murija li hija xierqa għall-adozzjoni mill-Komunità; Billi l-piżijiet massimi fir-regoli tal-Komunità għal-lottijiet taż-żrieragħ ta’ dawk l-ispeċi għandhom ikunu riveduti kif xieraq; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Diretttiva huma b'mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjali tal-Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Foresterija, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 66/401/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: fil-kolonna 2 tat-Tabella fl-Anness III "20" hi mibdula b’ "25" fil-każ ta’ - Lupinus albus - Lupinus angustifolius - Lupinus luteus - Pisum sativum - Vicia faba u - Vicia sativa. Artikolu 2 Id-Direttiva 69/208/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: fil-kolonna 2 tat-Tabella fl-Anness III "20" b’ "25" fil-każijiet kollha fejn jidher u "10" hu sostitwit b’ "25" fil-każ ta’ Carthamus tinctorius. Artikolu 3 Id-Direttiva 70/458/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: "1. Il-piż massimu taż-żerriegħa tal-lott: (a)żrieragħ tal-Phaseolus vulgaris, Pisum sativum u Vicia faba | 25 tunellata; | (b)żrieragħ ta' daqs mhux anqas minn qamħ, għajr Phaseolus vulgaris, Pisum sativum u Vicia faba | 20 tunellata; | (ċ)żrieragħ ta' daqs iżgħar minn qamħa | 10 tunellata. | Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'iżjed minn 5 %." Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1996. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 6 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 19 ta’ Marzu 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru 125, tal-11. 7. 1966, pġ. 2298/66. [2] ĠU Nru L 169, ta’ l-10. 7. 1969, pġ. 3. [3] ĠU Nru L 225, tat-12. 10. 1970, pġ. 7. --------------------------------------------------