32003R1793



Official Journal L 262 , 14/10/2003 P. 0010 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1793/2003

tat-13 ta’ Ottubru 2003

li jiffissa l-qawwa alkoħolika minima naturali bil-volum ta’ l-inbejjed ta’ kwalità’ "Vinho verde" psr li joriġinaw miż-żoni Portugiżi ta’ l-ikkultivar ta’ l-għeneb għall-inbid Ċ I a) għas-snin ta’ l-inbid 2003/2004 u 2004/2005

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 58 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VI(E)(3) tar-Regolament (KE) Nru. 1493/1999 jiffissa l-qawwa alkoħolika minima naturali bil-volum ta’ nbejjed ta’ kwalità’ psr għal 8,5 % vol. għaż-żona Ċ I a).

(2) B’deroga minn dak il-limitu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2358/2000 [3] jiffissa l-qawwa alkoħolika minima naturali bil-volum ta’ nbejjed ta’ kwalità’ psr li joriġinaw miż-żona Portugiża Ċ I a) għal 7,5 % vol. Ir-Regolament (KE) Nru. 2358/2000 jiskadi fl-aħħar tas-sena ta’ l-inbid 2002/2003.

(3) Minħabba li l-kondizzjonijiet speċjali ta’ l-ikkultivar tradizzjonali ta’ l-għeneb għall-inbid u l-għażla tad-dwieli fiż-żona Portugiża Ċ I a) ma jippermettux li l-inbid ta’ kwalità’ "Vinho verde" psr jilħaq il-qawwa alkoħolika minima naturali bil-volum ta’ 8,5 % vol., għandha tingħata deroga ġdida għall-dak l-inbid għas-snin ta’ l-inbid 2003/2004 u 2004/2005.

(4) Il-miżura li hemm maħsuba f’dan ir-Regolament hija skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mil-limiti stabbiliti għall-qawwa alkoħolika bil-volum f’L-Anness VI(E)(3) tar-Regolament (KE) Nru. 1493/1999, il-konċentrazzjoni alkoħolika naturali bil-volum ta’ l-inbejjed ta’ kwalità’ psr li joriġinaw fiż-żona Portugiża Ċ I a) li jġorr l-isem ta’ "Vinho verde" għas-snin ta’ l-inbid 2003/2004 u 2004/2005, tista’ tkun inqas minn 8,5 % vol. imma ma tistax tkun inqas minn 8 % vol.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-sehh fit-tielet jum wara li jigi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Ottubru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.07.99, p. 1.

[2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1.

[3] ĠU L 272, tal-25.10.00, p. 16.

--------------------------------------------------