02008L0072 — MT — 01.07.2020 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/72/KE

tal-15 ta’ Lulju 2008

dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Verżjoni kodifikata)

(ĠU L 205 1.8.2008, p. 28)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/166/UE tat-2 ta’ April 2013

  L 94

8

4.4.2013

 M2

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/45/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-7 ta’ Awwissu 2013

  L 213

20

8.8.2013

►M3

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/990 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-17 ta' Ġunju 2019

  L 160

14

18.6.2019




▼B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/72/KE

tal-15 ta’ Lulju 2008

dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Verżjoni kodifikata)



Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tqegħid fis-suq tal-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex, għajr iż-żerriegħa, ġewwa l-Komunità.

2.  L-Artikoli 2 sa 20 u l-Artikolu 23 għandhom jgħoddu għall-ġenera u l-ispeċi, u l-ibridi tagħhom, li hemm elenkati fl-Anness II.

Stokk ta’ għeruq u partijiet oħra tal-pjanti ta’ ġenera jew speċi oħra jew l-ibridi tagħhom ukoll ikunu suġġetti għal dawk l-Artikoli jekk materjal ta’ wieħed mill-imsemmija ġenera jew speċi, jew l-ibridi tagħhom, huwa, jew irid ikun, imlaqqam fuqhom.

3.  Emendi għall-lista ta’ ġenera u speċi fl-Anness II għandhom jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3).

Artikolu 2

Din id-Direttiva ma tgħoddx għall-materjal ta’ propagazzjoni jew taż-żrigħ li hu maħsub għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, jekk ikun identifikat sew bħala tali u miżmum iżolat biżżejjed, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ saħħa stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE.

Miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ewwel paragrafu, b’riferenza partikolari għall-identifikazzjoni u l-iżolament, għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

(a) 

“materjal ta’ propagazzjoni” tfisser partijiet minn pjanti u l-materjal kollu mill-pjanti, inkluż l-istokk ta’ l-għeruq li hu maħsub għall-propagazzjoni u l-produzzjoni tal-ħxejjex;

(b) 

“materjal taż-żrigħ” tfisser pjanti sħaħ u partijiet minn pjanti inklużi, għall-pjanti mlaqqma, il-komponenti mlaqqma, maħsuba għaż-żrigħ għall-produzzjoni tal-ħxejjex;

(c) 

“fornitur” tfisser kull persuna naturali jew legali li twettaq professjonalment mill-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin rigward il-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex: riproduzzjoni, produzzjoni, preservazzjoni u/jew trattament u tqegħid fis-suq;

(d) 

“tqegħid fis-suq” tfisser is-sehem disponibbli jew fl-istokk, il-wirja jew l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ u/jew il-forniment lil persuna oħra, f’kull forma li jkun, tal-materjal tal-propagazzjoni jew taż-żrigħ;

(e) 

“korp uffiċjali responsabbli” tfisser

(i) 

l-awtorità unika u ċentrali, imwaqqfa jew maħtura mill-Istat Membru taħt is-superviżjoni tal-gvern nazzjonali u responsabbli għall-mistoqsijiet dwar il-kwalità;

(ii) 

kull awtorità ta’ l-Istat imwaqqfa:

— 
jew fuq livell nazzjonali,
— 
jew fuq livell reġjonali, taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istat Membru konċernat.

Il-korpi li saret referenza għalihom f’ (i) u (ii) jistgħu, b’mod konformi mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jiddelegaw l-kompiti li hemm previsti f’din id-Direttiva biex jitlestew taħt l-awtorità u s-superviżjoni tagħhom lil kull persuna legali, kemm jekk iggvernat mil-liġi pubblika jew dik privata, li, taħt l-istatut uffiċjali approvat tagħha, hija fdata b’funzjonijiet speċifiċi pubbliċi, sakemm dik il-persuna, u l-membri tagħha, m’għandhom l-ebda interess personali mir-riżultat tal-miżuri li jieħdu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-korpi li għalihom saret referenza f’ (i) u dawk riferuti f’ (ii).

Barra minn hekk, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), persuna legali oħra stabbilita f’isem kull korp li għalih saret referenza f’ (i) u (ii) u li taġixxi taħt l-awtorità u s-superviżjoni ta’ dan il-korp tista’ tkun approvata, kemm-il darba dik il-persuna m’għandhiex interess personali fir-riżultat tal-miżuri li tieħu.

L-Istati Membri jgħandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom. Il-Kummissjoni għandha twassal dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra;

(f) 

“miżuri uffiċjali” tfisser miżuri meħuda mill-korp uffiċjali responsabbli;

(g) 

“spezzjoni uffiċjali” tfisser spezzjoni mwettqa mill-korp uffiċjali responsabbli;

(h) 

“prospett uffiċjali” tfisser prospett maħruġ minn, jew taħt ir-responsabbiltà ta’, il-korp uffiċjali responsabbli;

(i) 

“lott” tfisser kull numru ta’ unitajiet ta’ kull oġġett, li jingħaraf mill-omoġenità tiegħu tal-kompożizzjoni u l-oriġini;

(j) 

“laboratorju” tfisser kull entità tal-liġi pubblika jew privata li twettaq analiżi u dijanjosi sewwa, li tippermetti li l-produttur iħares il-kwalità tal-produzzjoni.

Artikolu 4

B’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3), għandha tiġi stabbilita skeda fl-Anness I għal kull ġeneru u speċi msemmija fl-Anness II u għall-istokk ta’ l-għeruq ta’ ġeneru u speċi oħra jekk il-materjal tal-ġeneru jew l-ispeċi huwa, jew irid ikun, imlaqqam magħhom, b’riferenza għall-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE li tgħodd għall-ġeneru u/jew l-ispeċi kkonċernata, u tistabilixxi:

(a) 

il-kundizzjonijiet li l-materjal taż-żrigħ tal-ħxejjex irid jikkonforma magħhom, b’mod partikolari dawk tal-kwalità u tal-purità tal-wiċċ tar-raba u, meta jkun il-każ il-karatteristiċi tal-varjetà. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu magħduda ma’ l-Anness I, Parti A;

(b) 

il-kundizzjonijiet li l-materjal tal-propagazzjoni jrid iħares, b’mod partikolari dawk għar-rigward is-sistema applikata ta’ propagazzjoni, l-purità tal-wiċċ tar-raba li qed tikber u, fejn xieraq il-karatteristiċi tal-varjetà. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fl-Anness I, Parti B.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jieħdu kull miżura li hemm bżonn biex jiggarantixxu l-ħarsien ta’ l-istandards stabbiliti b’din id-Direttiva f’kull stadju tal-produzzjoni u tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex.

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, dawk il-fornituri msemmija għandhom jew iwettqu huma stess, jew iqabbdu li jitwettqu minn fornitur akkreditat jew kull korp uffiċjali risponsabbli, spezzjonijiet ibbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

— 
identifikazzjoni tal-punti kritiċi fil-proċess ta’ produzzjoni tagħhom fuq il-bażi tal-metodi wżati tal-produzzjoni,
— 
it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-metodi ta’ monitoraġġ u ċċekkjar tal-punti kritiċi msemmija fl-ewwel inċiż,
— 
teħid ta’ kampjuni għall-analiżi f’kull laboratorju akkreditat minn korp uffiċjali responsabbli bl-iskop li jara l-konformità ma’ l-istandards stabbiliti minn din id-Direttiva,
— 
li jinżamm rekord bil-miktub jew rekord reġistrat b’mod li ma jitħassarx ta’ l-informazzjoni li għaliha saret referenza fl-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż, kif ukoll tar-rekords fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ, biex jinżamm għad-dispożizzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli. Dawn id-dokumenti u r-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas sena.

Madankollu, fornituri, li l-attività tagħhom f’din il-konnessjoni hija limitata biss għad-distribuzzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott u pakkettat f’lok għajr li mhux tagħhom jintalbu biss li jżommu kull rekord bil-miktub jew kull rekord reġistrat b’mod li ma jitħassarx tax-xiri u l-bejgħ u/jew il-forniment ta’ dawn il-prodotti.

Dan l-paragrafu ma jgħoddx għal fornituri li l-attività tagħhom f’din il-konnessjoni hija limitata għall-provvista ta’ kwantitajiet żgħar tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex lill-konsumaturi finali li mhumiex professjonali.

3.  Jekk ir-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet tagħhom stess jew kull informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-fornituri msemmija fil-paragrafu 1 jiżvela l-preżenza ta’ wieħed jew aktar organiżmi ta’ ħsara li għalih saret referenza fid-Direttiva 2000/29/KE jew fi kwantitajiet aktar milli normalment huwa permess biex jintlaħqu l-istandards, jew ta’ dawk speċifikati fl-iskedi rilevanti mwaqqfa skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, il-fornituri għandhom minnufih jirrapportaw dan lill-korp uffiċjali responsabbli u jieħdu l-miżuri indikati minn dak il-korp jew kull miżura oħra meħtieġa biex tnaqqas ir-riskju li ma jinfirxux dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara. Il-fornitur għandu jżomm rekord ta’ kull okkorrenza ta’ l-organiżmi ta’ ħsara fil-lok tiegħu u tal-miżuri kollha li jittieħdu għar-rigward dawn l-okkorrenzi.

4.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tat-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 6

1.  Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jakkredita dawk il-fornituri kemm-il darba jiġi vverifikat li l-metodi tal-produzzjoni tagħhom u l-istabbilimenti jilħqu il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva rigward in-natura ta’ l-attivitajiet li jmexxu. L-akkreditazzjoni trid tkun imġedda jekk kull fornatur jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet għajr dawk li għalihom ingħata l-akkreditazzjoni.

2.  Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jakkredita l-laboratorji kemm-il darba jiġi vverifikat li dawn il-laboratorji, il-metodi tagħhom u l-istabbilimenti tagħhom jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li għandhom ikunu speċifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), rigward l-attivitajiet ta’ provi li huma jwettqu. L-akkreditazzjoni trid tkun imġedda jekk kull laboratorju jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet għajr dawk li għalihom ingħata akkreditazzjoni.

3.  Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jieħu l-miżuri meħtieġa jekk il-ħtiġiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jibqgħux jiġu mħarsa. Għal dan il-għan, għandu jikkonsidra l-konklużjonijiet ta’ kull spezzjoni li titwettaq skond l-Artikolu 7.

4.  Is-superviżjoni u l-monitoraġġ ta’ fornituri, stabbilimenti u laboratorji għandha titwettaq regolarment minn u taħt ir-responsabbiltà tal-korp uffiċjali responsabbli, li f’kull ħin għandu jkollu aċċess ħieles għal kull parti ta’ l-istabbilimenti, sabiex jiżgura konformità mal-ħtiġiiet ta’ din id-Direttiva. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar is-superviżjoni u s-sorveljanza għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Jekk din is-superviżjoni u l-monitoraġġ jiżvelaw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva mhumiex mħarsa, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jieħu l-azzjoni li hemm bżonn.

Artikolu 7

1.  L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu, b’kooperazzjoni mal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri, jagħmlu provi fuq il-lok kemm-il darba din tkun meħtieġa biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari biex tivverifika jekk dawk il-fornituri humiex fil-fatt iħarsu l-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva. Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir kull prova għandu jagħti l-assistenza kollha meħtieġa lill-esperti biex iwettqu dmirhom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet.

2.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 8

1.  Materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex jista’ jkun imqiegħed fis-suq biss minn dawk akkreditati biex ifornuħ u kemm-il darba jħarsu l-ħtiġijiet stabbiliti fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 4.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, il-paragrafu 1 ma jgħoddx għall-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex maħsuba għal:

(a) 

esperimenti jew skopijiet xjentifiċi; jew

(b) 

xogħol ta’ selezzjoni; jew

(c) 

miżuri mmirati biex tiġi preservata d-diversità ġenetika.

3.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati kif meħtieġ b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 9

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li huwa tal-ġeneru u l-ispeċi elenkat fl-Anness II u wkoll kopert bid-Direttiva 2002/55/KE m’għandux jiġi mqiegħed fis-suq ġewwa l-Komunità kemm-il darba ma jkunx ta’ kull varjetà li hija aċċettata skond dik id-Direttiva.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 u l-paragrafi 3 ta’ dan l-Artikolu, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li huwa tal-ġeneru jew ispeċi elenkat fl-Anness II iżda mhux kopert mid-Direttiva 2002/55/KE m’għandux jiġi mqiegħed fis-suq ġewwa l-Komunità jekk ma jkunux ta’ varjetà li hija uffiċjalment aċċettata minn mill-inqas Stat Membru wieħed.

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 u l-Artikolu 9 (3) tad-Direttiva 2002/55/KE għandhom jgħoddu għall-kundizzjonijiet ta’ l-aċċettazzjoni.

L-Artikoli 3(2) u (4), l-Artikoli 6, 7, 8, 9 (1), (2) u (4) u l-Artikoli 10 sa 15 tad-Direttiva 2002/55/KE għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-proċeduri u formalitajiet ta’ l-aċċettazzjoni u ż-żamma ta’ produzzjoni.

Ir-riżultati ta’ l-eżamijiet mhux uffiċjali u l-informazzjoni prattika miġbura waqt iż-żmien tat-tkabbir jista’ jiġi kkunsidrat f’kull okkażjoni.

3.  Il-varjetajiet aċċettati uffiċjalment skond il-paragrafi 2 għandhom jiddaħħlu fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċi tal-Ħxejjex msemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/55/KE. L-Artikoli 16(2), 17, 18 u 19 ta’ dik id-Direttiva għandhom jgħoddu mutatis mutandis.

Artikolu 10

1.  Tul il-perjodu ta’ tkabbir u matul il-qtugħ jew t-tneħħija mill-materjal parenti, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ għandu jinżamm f’lottijiet separati.

2.  Jekk il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ta’ oriġini differenti jitqiegħed flimkien jew jitħallat waqt l-ippakkettar, il-ħażna, it-vjaġġ jew meta jitwassal, il-fornitur għandu jżomm ir-rekords inkluż l-informazzjoni li ġejja: il-kompożizzjoni tal-lott u l-oriġini tal-komponenti individwali.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-ħtiġijiet tal-paragrafi 1 u 2 billi jwettqu spezzjonijiet uffiċjali.

Artikolu 11

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2), il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għandu jiġi mqiegħed fis-suq biss f’lottijiet omoġenji biżżejjed u jekk jintgħarfu li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u jkunu akkumpanjati minn kull dokument magħmul mill-fornitur b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbliti fl-iskeda stabbilita skond l-Artikolu 4. Jekk dikjarazzjoni uffiċjali tidher f’dan id-dokument, din għandha tiġi separata minn kull kontenut ieħor tad-dokument.

Il-ħtiġiet tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għall-ittikettjar u/jew l-issiġillar għandhom jiġu stabbiliti fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 4.

2.  Fil-każ ta’ provvista minn bejjiegħ bl-imnut tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għall-konsumatur finali mhux professjonali, il-ħtiġiet dwar l-ittikettjar jistgħu jiġu limitati għall-informazzjoni xierqa tal-prodott.

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw:

(a) 

mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11, produtturi żgħar li l-produzzjoni u l-bejgħ kollu tagħhom tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex huwa maħsub għall-użu finali minn persuni fuq is-suq lokali li mhumiex involuti professjonalment fil-produzzjoni tal-pjanti (“ċirkolazzjoni lokali”)

(b) 

mill-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali msemmija fl-Artikolu 18, iċ-ċirkolazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodotti minn dawn il-persuni eżentati.

2.  Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-ħtiġiet l-oħra dwar l-eżenzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari rigward il-kunċetti tal-“produtturi żgħar” u s-“suq lokali”, u għall-proċeduri rilevanti, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 13

Fil-każ ta’ diffikultajiet temporanji fil-provvista tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, miżuri jistgħu jiġu adottati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), dwar il-promozzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares ħtiġiet inqas stretti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-saħħa tal-pjanta stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 14

1.  It-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandu jkun soġġett għall-ebda restrizzjonijiet rigward il-fornitur, is-saħħa tal-pjanta, il-mezz ta’ tkabbir u l-arranġamenti tas-saħħa barra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

2.  It-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li l-varjetà tagħhom tiddaħħal fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċi tal-Ħxejjex m’għandu jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni rigward il-varjetà barra dawn stabbiliti jew msemmija f’din id-Direttiva.

Artikolu 15

Rigward il-prodotti msemmija fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jimponu kondizzjonijiet aktar stretti jew restrizzjonijiet fuq is-suq barra dawk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-iskedi msemmija fl-Artikolu 4 jew, jekk fin-nuqqas ta’ dan, dawk li jeżistu fit-28 ta’ April ta’ l-1992.

Artikolu 16

1.  B’konformità mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 21(2), għandu jkun deċiż jekk materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodott f’kull pajjiż terz u li joffri l-istess garanziji dwar l-obbligi fuq il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, l-ippakkjar, l-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, l-immarkar u s-siġillar, hux ekwivalenti f’dawn ir-rispetti kollha mal-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodott fil-Komunità u jħares il-ħtiġiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2.  Sakemm ttieħed d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, sal- ►M1  31 ta’ Diċembru 2022 ◄ , u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, japplikaw għall-importazzjoni tal-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ minn pajjiżi terzi kundizzjonijiet li ta’ l-anqas huma ekwivalenti temporanjament jew permanentament fl-iskedi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva. Meta dawn il-kundizzjonijiet mhumiex stabbiliti fl-iskedi msemmija, il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni jridu jkunu mill-inqas daqs dawk applikabbli għal produzzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat.

B’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’, għal terzi pajjiżi diversi, tkun differita sakemm tittieħed id-deċiżjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Il-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ importat minn kull Stat Membru skond deċiżjoni meħuda minn dak l-Istat Membru skond l-ewwel subparagrafu m’għandha tkun soġġetta għall ebda restrizzjoni fl-Istati Membri l-oħra rigward il-kwistjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1.

Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjoni uffiċjali permezz ta’ verifiki ta’ kampjuni fuq il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ titwettaq matul il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq, bil-għan li l-konformità tiġi vverifikata mal-ħtiġijiet u mal-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 18

Proċeduri dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-kontrolli li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 5 u għall-ispezzjoni uffiċjali provduta fl-Artikoli 10 u 17, inklużi l-metodi ta’ kif jittieħdu l-kampjuni, għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 19

1.  Jekk, matul is-superviżjoni u l-monitoraġġ previsti fl-Artikolu 6(4), l-ispezzjoni uffiċjali li hemm prevista fl-Artikolu 17, jew il-provi li hemm previsti fl-Artikolu 20, jinstab li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ma jħarsux il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru għandu jieħu l-azzjoni li hemm bżonn biex jiżgura li jħares id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew, jekk dak mhux possibbli, li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ dak il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex fil-Komunità.

2.  Jekk jinstab li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex imqiegħed fis-suq minn kull fornitur partikolari ma jikkonformax mal-ħtiġiet u mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li miżuri xierqa jiġu meħuda kontra l-fornitur. Jekk il-fornitur huwa pprojbit li jqiegħed fis-suq materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex, l-Istat Membru għandu javża lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri.

3.  Kull miżura meħuda taħt il-paragrafu 2 tista’ tiġi rtirata hekk kif jiġi stabbilit b’ċertezza adegwata li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex maħsuba għat tqegħid fis-suq mill-fornitur għandha fil-futur, tikkonforma mal-ħtiġiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 20

1.  Provi, jew, fejn ikun xieraq, testijiet għandhom jitwettqu fl-Istati Membri fuq kampjuni biex jiċċekjaw li l-materjal veġetali għal propagar u taħwil ikun konformi mar-rekwiżiti u kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. Il-Kummissjoni tista’ torganizza spezzjonijiet tal-provi mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

2.  Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità jistgħu jitwettqu fil-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni tal-materjal veġetali għal propagar u tħawwil imqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk obbligatorji jew liberi, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dan li ġej:

— 
materjal veġetali għal propagazzjoni u tħawwil magħmul f’pajjiżi barranin,
— 
materjal veġetali għal propagazzjoni u tħawwil adatt għall-biedja organika,
— 
materjal veġetali għal propagar u tħawwil imqiegħda fis-suq relatati ma’ miżuri intiżi biex jippreservaw id-diversità ġenetika.

3.  Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ eżami ta’ materjal veġetali għal propagar u tħawwil u biex jiċċekkaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li magħhom il-materjal għandu jkun konformi.

4.  B’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), għandhom isiru l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru dawk it-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom. Meta jinqalgħu problemi tas-saħħa tax-xtieli, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tax-Xtieli.

5.  Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet komparattivi u provi previsti fil-paragrafi 2 u 3.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja m’għandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-baġit.

6.  It-testijiet komparattivi u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati għad-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

7.  It-testijiet komparattivi u l-provi previsti fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jsiru biss mill-awtoritajiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat.

Artikolu 21

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikolutra, l-Ortikultura u l-Forestrija, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.

2.  Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahar.

3.  Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

Artikolu 22

Emendi għall-iskedi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 u għall-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 23

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott fit-territorju tagħhom u maħsub għat-tqegħid fis-suq jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2.  Jekk jinstab, waqt kull spezzjoni uffiċjali, li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ma jistax jiġi mqiegħed fis-suq, minħabba li mhuwiex konformi ma’ kull kondizzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa tal-pjanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri uffiċjali xierqa biex jelimina kull riskju fuq is-saħħa tal-pjanta li jista’ jirriżulta.

Artikolu 24

Sa fejn l-Artikoli 5 sa 11, 14, 15, 17, 19 u 23 huma konċernati, id-data ta’ l-applikazzjoni għal kull ġeneru jew speċi msemmija fl-Anness II għandha tiġi ffissata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), meta l-iskeda msemmija fl-Artikolu 4 titlesta.

Artikolu 25

Id-Direttiva 92/33/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 26

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 4

PARTI A

Il-kundizzjonijiet li l-materjal taż-żrigħ iridu jikkonformaw magħhom.

PARTI B

Skedi għall-ġeneru u l-ispeċi mhux elenkati fid-Direttiva 2002/55/KE li fihom il-kondizzjonijiet li l-materjal ta’ propagazzjoni irid jikkonforma għalih.

▼M3




ANNESS II

Elenku tal-ġeneru u l-ispeċi msemmi fl-Artikolu 1(2)

Allium cepa L.
— 
Grupp Cepa (Basal, Echalion)
— 
Grupp Aggregatum (Shallot)
Allium fistulosum L. (Basal tal-għenieqed - Japanese bunching onion jew Welsh onion)
— 
il-varjetajiet kollha
Allium porrum L. (Kurrat)
— 
il-varjetajiet kollha
Allium sativum L. (Tewm)
— 
il-varjetajiet kollha
Allium schoenoprasum L. (Kurrat salvaġġ)
— 
il-varjetajiet kollha
Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm. (Maxxita)
— 
il-varjetajiet kollha
Apium graveolens L.
— 
Grupp tal-Karfus
— 
Grupp tas-Celeriac
Asparagus officinalis L. (Asparagu Sfraġ)
— 
il-varjetajiet kollha
Beta vulgaris L.
— 
Grupp tal-Pitravi (Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham)
— 
Grupp tas-Selq (Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi)
Brassica oleracea L.
— 
Grupp tal-Kaboċċi tal-Weraq
— 
Grupp tal-Pastard
— 
Grupp tal-Capitata (Kaboċċa Ħamra u Kaboċċa Bajda)
— 
Grupp tal-Brussel Sprouts
— 
Grupp tal-Ġidra
— 
Grupp tal-Kaboċċi Mfelfla (Savoy)
— 
Grupp tal-Brokkli (tat-tip kalabris jew tat-tip li jnibbet)
— 
Grupp tal-Kaboċċi tat-Toskana
— 
Grupp tal-Kaboċċi Portugiżi (Tronchuda)
Brassica rapa L.
— 
Grupp tal-Kaboċċi Ċiniżi
— 
Grupp tan-Nevew
Capsicum annuum L. (Bżar aħmar jew Bżar ieħor)
— 
il-varjetajiet kollha
Cichorium endivia L. (Indivja)
— 
il-varjetajiet kollha
Cichorium intybus L.
— 
Grupp taċ-Ċikwejra Witloof
— 
Grupp taċ-Ċikwejra tal-Weraq (Ċikwejra b'weraq kbir jew ċikwejra Taljana)
— 
Grupp taċ-Ċikwejra Industrijali (Għerq)
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai (Dulliegħ)
— 
il-varjetajiet kollha
Cucumis melo L. (Bettieħ)
— 
il-varjetajiet kollha
Cucumis sativus L.
— 
Grupp tal-Ħjar
— 
Grupp tal-Ħjar Żgħir
Cucurbita maxima Duchesne (Qargħa aħmar)
— 
il-varjetajiet kollha
Cucurbita pepo L. (Qargħa bagħli, inkluż il-qargħa aħmar u l-qargħa arzella matur, jew Zukkini, inkluż il-qargħa arzella immatur)
— 
il-varjetajiet kollha
Cynara cardunculus L.
— 
Grupp tal-Qaqoċċ
— 
Grupp tal-Kardun
Daucus carota L. (Karrotti u Karrotti għall-għalf)
— 
il-varjetajiet kollha
Foeniculum vulgare Mill. (Bużbież)
— 
Grupp tal-Azoricum
Lactuca sativa L. (Ħass)
— 
il-varjetajiet kollha
Solanum lycopersicum L. (Tadam)
— 
il-varjetajiet kollha
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill
— 
Grupp tat-Tursin tal-Weraq
— 
Grupp tat-Tursin tal-Għerq Kbir
Phaseolus coccineus L. (Fażola ta' Spanja)
— 
il-varjetajiet kollha
Phaseolus vulgaris L.
— 
Grupp tal-Fażola Franċiża Żgħira
— 
Grupp tal-Fażola Franċiża li tixxeblek
Pisum sativum L.
— 
Grupp tal-Piżella Tonda
— 
Grupp tal-Piżella Mkemmxa
— 
Grupp tal-Piżella Ħelwa
Raphanus sativus L.
— 
Grupp tar-Ravanell
— 
Grupp tar-Ravanell Iswed
Rheum rhabarbarum L. (Rabarbru)
— 
il-varjetajiet kollha
Scorzonera hispanica L. (Scorzonera jew salsafja sewda)
— 
il-varjetajiet kollha
Solanum melongena L. (Brunġiel)
— 
il-varjetajiet kollha
Spinacia oleracea L. (Spinaċi)
— 
il-varjetajiet kollha
Valerianella locusta (L.) Laterr. (Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf)
— 
il-varjetajiet kollha
Vicia faba L. (Ful)
— 
il-varjetajiet kollha
Zea mays L.
— 
Grupp tal-Qamħirrum Ħelu
— 
Grupp tal-Popcorn.

▼B




ANNESS III

PARTI A



Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 25)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE

(ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/400/KEE

(ĠU L 177, 21.7.1993, p. 27)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/152/KE

(ĠU L 66, 10.3.1994, p. 33)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/25/KE

(ĠU L 36, 16.2.1995, p. 34)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/109/KE

(ĠU L 39, 8.2.1997, p. 21)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/29/KE

(ĠU L 8, 14.1.1999, p. 29)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/111/KE

(ĠU L 41, 13.2.2002, p. 43)

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

L-Annex II, punt 6 u l-Anness III, punt 27 biss

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/61/KE

(ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23)

L-Artikolu 1, punt 4 biss

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/55/KE

(OJ L 22, 26.1.2005, p. 17)

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE

(ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12)

L-Artikolu 1 u l-Anness biss

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/699/KE

(ĠU L 284, 30.10.2007, p. 33)

 

PARTI B



Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 25)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

92/33/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1992.

—

2003/61/KE

fl-10 ta’ Ottubru 2003.

—

2006/124/KE

fit-30 ta’ Ġunju 2007.

1 ta’ l-Lulju 2007 (1)

(1)   Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/124/KE: “Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2007. Madankollu, jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ l-approvazzjoni uffiċjali ta’ varjetajiet li jappartjenu għall-Allium cepa L. (grupp aggregatum), Allium fistulosum L., Allium sativum L., Allium schoenoprasum L., Rheum rhabarbarum L. u Zea mays L sal-31 ta’ Diċembru 2009.”




ANNESS IV



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 92/33/KEE

Din id-Direttiva

Artikoli 1, 2 u 3

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 4, kliem tal-bidu

Artikolu 4, kliem tal-bidu

Artikolu 4, punti (i) u (ii)

Artikolu 4, punti (a) u (b)

Artikoli 5, 6 u 7

Artikoli 5, 6 u 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(3)

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 9 (1) u (2)

Artikolu 9(3)

—

Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu

—

Artikoli 10 u 11

Artikoli 10 u 11

Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 12(1) kliem tal-bidu

Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, l-ewwel u it-tieni inċiżi

Artikolu 12(1)(a) u (b)

Artikolu 12, it-tieni paragrafu

Artikolu 12(2)

Artikoli 13 sa 20

Artikoli 13 sa 20

Artikolu 21(1) u (2)

Artikolu 21(1) u (2)

Artikolu 21(3)

Artikolu 21(4)

Artikolu 22(1)

—

Artikolu 22(2)

Artikolu 21(3)

Artikolu 23

Artikolu 22

Artikolu 24

Artikolu 23

Artikolu 25(1)

—

Artikolu 25(2)

Artikolu 24

—

Artikolu 25

—

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 27

Annessi I u II

Annessi I u II

—

Annessi III u IV