Official Journal L 334 , 21/11/1981 P. 0027 - 0028
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0186
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 23 P. 0186
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3323/81 ta' l-20 ta' Novembru 1981 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 1974/80 li jipprovdi regoli ġenerali ta' implimentazzjoni dwar ċerti operazzjonijiet ta' għajnuna ta' l-ikel li jinvolvu ċereali u ross IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1949/81 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (3), kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2750/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 li jistabbilixxi l-kriterji għall-mobilizzazzjoni ta' ċereali maħsuba bħala għajnuna ta' ikel (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 129 dwar il-valur ta' l-unità ta' kontijiet u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għall-finijiet tal-politika agrikola komuni (5), kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2543/73 (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Monetarju, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1974/80 (7), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2984/81 (8), jipprovdi fl-Artikolu 8(2) il-metodu ta' konverżjoni ta' l-ammonti kumpensattivi monetarji għall-fini li jiġu mqabbla l-offerti; billi dan il-metodu huwa wkoll applikabbli għall-konverżjoni ta' l-ammont ta' l-offerta fil-flus ta' l-Istat Membru responsabbli għall-ħlas, skond l-Artikolu 17(4) ta' l-imsemmi Regolament; Billi huwa meqjus bħala meħtieġ, fl-interessi ta' kjarifika amministrattiva u skond ir-realtà ekonomika, li jiġu emendati l-arranġamenti f'dan il-każ billi jiġi utilizzat l-aħħar prospett ta' rati tal-kambju komparati magħmula qabel id-data finali stabbilita għas-sottomissjoni ta' offerti, u ppubblikata fis-serje "Ċ" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej; billi hu meħtieġ, bħala riżultat, li jiġi emendat it-test ta' l-Artikolu 17(4) ta' l-imsemmi Regolament; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1974/80 hu b'dan emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 8(2) hu mibdul b'dan li ġej: "2. L-ammont kumpensattiv monetarju għandu, meta jkun xieraq, ikun ikkonvertit fil-munita ta' l-Istat Membru li fih tinfetaħ il-proċedura ta' l-offerti, bl-użu ta': - meta l-muniti f'dak il-każ ikunu miżmuma f'firxa massima fi żmien wieħed partikolari ta' 2,25%, ir-rata ta' kambju li tirriżulta mir-rata ċentrali tagħhom, - f'każijiet oħra, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ muniti f'dak il-każ stabbiliti bl-użu ta' l-aħħar prospett tar-rati taghhom ta' l-ispot exchange magħmula minnufih qabel id-data ta' l-għeluq għas-sottomissjoni ta' l-offerti fis-serje "Ċ" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej." 2. L-Artikolu 17(4) hu mibdul b'dan li ġej: "4. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jitħallas fil-munita ta' l-Istat Membru li jkun responsabbli għall-ħlas. Għal dan il-għan, dan l-ammont għandu jkun ikkonvertit billi jintuża l-metodu imfisser fl-Artikolu 8(2)." 1) ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1. 2) ĠU L 198, ta' l-20.7.1981, p. 2. 3) ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1. 4) ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 89. 5) ĠU Nru 106, tat-30.12.1962, p. 2553/62. 6) ĠU L 263, tad-19.9.1973, p. 1. 7) ĠU L 192, tas-26.7.1980, p. 11. (8) ĠU L 299, ta' l-20.10.1981, p. 6. L-Artikolu 2 Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet ta' għajnuna ta' l-ikel kollha li jsiru skond ir-Regolament (KEE) Nru 1974/80 kemm-il darba l-perjodu għas-sottomissjoni ta' l-offerti ma jkunx skada. Mal-applikazzjoni ta' dawk interessati, l-offerti mitfugħa sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li għalihom il-perjodu għat-tfigħ ta' l-offerti ma jkunx skada, jistgħu jiġu rtirati. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 1981. Għall-Kummissjoni Poul DALSAGER Membru tal-Kummissjoni