13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/18


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/834/PESK

tal-10 ta’ Novembru 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru tas-Satelliti tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Lulju 2001 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru tas-Satelliti tal-Unjoni Ewropea (1).

(2)

Fit-3 ta’ Settembru 2009 l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li l-membri kollha tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana għandhom ikunu intitolati li jiġu involuti fl-attivitajiet taċ-Ċentru u li prodotti taċ-Ċentru li jirriżultaw minn talbiet mill-Kunsill ikunu jistgħu jiġu distribwiti lil Stati terzi b’deċiżjoni tal-KPS.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà jista’ jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli biex jagħmel prodotti taċ-Ċentru li jirriżultaw minn talbiet magħmula skont l-Artikolu 2(1) disponibbli għal kull Stat terz stabbilit fuq bażi ta’ każ b’każ.”;

2.

L-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Assoċjazzjoni ta’ Stati terzi

Minkejja l-Artikolu 5, Membri tan-NATO li mhumiex fl-UE u Stati oħra li huma kandidati għall-adeżjoni mal-UE għandhom ikunu intitolati li jiġu involuti fl-attivitajiet taċ-Ċentru skont id-Dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BORG


(1)   ĠU L 200, 25.7.2001, p. 5.