|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/669 |
27.1.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Jannar 2025
li tissostitwixxi membru tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Franza
(C/2025/669)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-24 ta' Frar 2022 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' Marzu 2022 sat-28 ta' Frar 2025. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Anne AUDIC, sar vakanti post bħala membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern. |
|
(3) |
Il-Gvern ta' Franza ressaq kandidata għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Marie-Lise CARTON-ZITO hija maħtura membru tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sa Anne AUDIC għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fit-28 ta' Frar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Frar 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 92, 25.2.2022, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/669/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)