16.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/35


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8782 — Cerberus Capital Management/BBVA (real estate business))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 100/14)

1.

Fid-9 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Promontoria Marina, SLU (“Promontoria Marina”, Spanja), entità affiljata ta’ Cerberus Capital Management, LP (“Cerberus”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

negozju li bħalissa qed jopera taħt il-kontroll uniku ta’ Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (“BBVA”, Spanja) (“in-Negozju fil-Mira”, Spanja).

Cerberus takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar il-Għaqdiet il-kontroll tan-Negozju fil-Mira. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Cerberus: l-investiment fil-proprjetà immobbli u personali ta’ kull tip. Cerberus hija attiva, fost affarijiet oħra, fis-settur tal-proprjetà immobbli fi Spanja permezz ta’ għadd ta’ kumpaniji, li jiġġestixxu assi tal-proprjetà immobbli f’isimhom stess, u permezz ta’ Haya Real Estate, SL, li tiġġestixxi u tikkummerċjalizza l-assi tal-proprjetà immobbli ta’ terzi persuni.

—   in-Negozju fil-Mira: l-iżvilupp, il-bejgħ u l-kiri ta’ proprjetà immobbli prinċipalment mixtrija minn debituri f’diffikultà. In-Negozju fil-Mira ma joffrix servizzi ta’ proprjetà immobbli lill-klijenti terzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8782 — Cerberus Capital Management/BBVA (real estate business)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.