|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2349 |
22.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2349
tad-9 ta’ Ottubru 2026
li tirrikonoxxi ċerti proġetti tal-materja prima kritika bħala Proġetti Strateġiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2026) 8051)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(9) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 1(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1252 u biex tkun żgurata l-provvista tal-Unjoni tal-materja prima kritika, il-Kummissjoni trid tidentifika proġetti għall-estrazzjoni, l-ipproċessar, ir-riċiklaġġ jew is-sostituzzjoni ta’ materja prima strateġika, biex dawk il-proġetti jiġu rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi skont il-qafas stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2024/1252, fit-23 ta’ Mejju 2024 il-Kummissjoni nediet sejħa għall-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ proġett tal-materja prima kritika bħala Proġett Strateġiku (2), bit-tieni skadenza tal-15 ta’ Jannar 2026. |
|
(3) |
Wara s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, fit-13 ta’ Frar 2026 il-Kummissjoni infurmat lill-applikanti dwar jekk l-informazzjoni pprovduta kinitx ikkunsidrata kompluta f’konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(4) |
Fil-mument tat-tieni skadenza tal-15 ta’ Jannar 2026, ġew sottomessi 101 applikazzjoni minn proġetti proposti li jinsabu fl-Istati Membri, li 98 minnhom tqiesu kompluti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (4) tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2024/1252, il-Kummissjoni infurmat lill-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika (il-Bord) stabbilit bl-Artikolu 35(1) ta’ dak ir-Regolament, dwar l-applikazzjonijiet li l-Kummissjoni qieset kompluti. |
|
(6) |
Wara dakinhar, il-Kummissjoni bagħtet l-applikazzjonijiet sħaħ f’konformità mal-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) 2024/1252 lill-Istati Membri li t-territorju tagħhom hu kkonċernat mill-proġetti proposti. L-Istati Membri kkonċernati kellhom l-opportunità li jagħtu rispons tekniku u joġġezzjonaw għal dawk il-proġetti proposti f’konformità mal-Artikolu 7(8) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni vvalutat dawk l-applikazzjonijiet f’konformità mal-kriterji speċifikati fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252, bl-appoġġ ta’ esperti esterni b’għarfien espert professjonali fid-dimensjonijiet tekniċi, finanzjarji, ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) tal-proġetti rispettivi, kif ukoll fil-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi (UNFC) (3). Ir-rapport tal-esperti firex il-bażi għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(8) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni vvalutat dawk l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kontribut tagħhom għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, il-fattibbiltà teknika, l-implimentazzjoni sostenibbli u l-benefiċċji transfruntieri, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252. Għalhekk, il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti f’dak l-Artikolu jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni pprovdiet il-valutazzjoni tagħha lill-Bord f’konformità mal-Artikolu 7(6), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1252. L-ebda wieħed mill-proġetti li jissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252, elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, ma rċieva oġġezzjoni mill-Istati Membri li t-territorju tagħhom hu kkonċernat mill-proġetti proposti rispettivi, f’konformità mal-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(10) |
Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinnotifika lil dawk kollha li applikaw biex proġett jiġi rikonoxxut bħala Proġett Strateġiku. B’mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinnotifika lill-applikanti kollha dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha u r-raġunament tagħha filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u tan-negozju, u ta’ informazzjoni sensittiva, kunfidenzjali u klassifikata oħra, kif previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll din id-Deċiżjoni lill-Bord u lill-Istati Membri li t-territorju tagħhom ikun ikkonċernat mill-proġetti, f’konformità mal-Artikolu 7(9), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(12) |
Din id-Deċiżjoni hija f’konformità mal-opinjoni tal-Bord, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proġetti elenkati fl-Anness huma rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
|
|
Promotur tal-Proġett |
Indirizz tal-Promotur |
Isem il-Proġett |
|
1 |
Mitsubishi Materials Europe B.V |
Honthorststraat 19, 1071 DC Amsterdam, in-Netherlands |
3ECYCLE |
|
2 |
9-Tech |
Via della Geologia 31, 30176, Venezja, l-Italja |
9PV-up: Upcycling raw materials from end-of-life photovoltaic panels. |
|
3 |
Neptune Energy Innovations GmbH |
Ahrensburger Straße 1, DE-30659 Hannover, il-Ġermanja |
ALE - Altmark Lithium Extraction |
|
4 |
Alkeemia S.p.A. |
Via della Chimica, 5, 30175 Porto Marghera (VE), l-Italja |
Alkeemia PureGraph |
|
5 |
ABENÓJAR TUNGSTEN S.A. |
Calle Ayala n° 10, 4° Izquierda, Madris, Spanja |
EU APT Tungsten Plant |
|
6 |
MINERALIA - Minas, Geotecnia e Construções, Lda. |
R. Padre José G. Eigenmann, n. 90, 4715-199 Braga, il-Portugall |
BORRALHA MINING PROJECT |
|
7 |
Rhodia Operations |
9 rue des Cuirassiers 69003 Lyon, Franza |
BREES (Best Rare Earth Element Separation) |
|
8 |
Leonardo S.p.A. |
Piazza Monte Grappa n. 4, 00195, Ruma, l-Italja |
CRM4Defence – Byproducts and Recycling of CRM for Defence |
|
9 |
Cobre San Rafael, S.L. |
Lugar La Mina, s/n, 15.822 Touro (A Coruña), Spanja |
Cobre San Rafael Project |
|
10 |
Umicore |
Broekstraat 31, 1000 Brussell, il-Belġju |
CoNiKo - Cobalt and Nickel refining in Kokkola |
|
11 |
Comet Traitements |
Rivage de Boubier, 25 - 6200 Chatelet, il-Belġju |
CUPIDON |
|
12 |
KGHM Polska Miedź S.A. |
ul. Marii Skłodowskiej-Curie 48, 59-300 Lubin, il-Polonja |
Development and extraction of the Retków-Grodziszcze Deposit in KGHM Polska Miedź S.A. |
|
13 |
ELECTRO MOBILITY MATERIALS EUROPE (EMME) |
43 RUE D’ARMAGNAC 33800 BORDEAUX, Franza |
EMME |
|
14 |
ECO LIFE STYLE S.R.L. |
Strada Plevnei no. 42, Dascalu Commune, Ilfov County, ir-Rumanija |
Establishment of electric battery recycling capacity, Racari city, Dambovita county |
|
15 |
ElvalHalcor Hellenic Copper and Aluminium industry S.A. |
62nd km Athens - Lamia National Road, GR 320 11, Oinofyta, Viotia, il-Greċja |
ETEOCLES - Developing a recycling hub for low quality copper scrap |
|
16 |
cylib Production I GmbH |
Philipsstraße 8, 52068 Aachen, il-Ġermanja |
EU BEST STRAT: Battery Economical Sustainable (Recycling-) Technology |
|
17 |
AMG Lithium GmbH |
Industriepark Höchst Gebäude B852, 65926 Frankfurt, il-Ġermanja |
European Lithium Refining and Recycling Hub Bitterfeld: from primary raw materials via recycling to critical solid state battery components. |
|
18 |
CMK s.r.o. |
Sandricka 30, 96681 Žarnovica, is-Slovakkja |
GaRefine - Gallium Recycling & Refining for Europe |
|
19 |
FinnCobalt Oy |
Suutarinkatu 9 83500 Outokumpu, il-Finlandja |
Hautalampi Cobalt-Nickel-Copper Mine Project |
|
20 |
HyProMag GmbH |
Unterm Wolfsberg 9/9a, 75177 Pforzheim, il-Ġermanja |
HyProMag GmbH |
|
21 |
Lithium de France |
31 Rue de la Redoute, 67500 Haguenau, Franza |
Lithium de France |
|
22 |
Aubert & Duval SAS |
12 Rue d’Oradour Sur Glane 92130 Issy-Lesmoulineaux, Franza |
LUERN |
|
23 |
Myne Circular Metals B.V |
Lorentzkade 2, 3846BP Harderwijk, in-Netherlands |
Myne Circular Metals Harderwijk |
|
24 |
NEOMAT PCAM |
ZAC DES BASSINS 124 RUE DU MAGASIN GENERAL 59140 DUNKERQUE, Franza |
NEOMAT-PCAM |
|
25 |
Aluminium Rolling Division of ELVALHALCOR (Hellenic Copper and Aluminium Industry S.A) |
61st km Athens - Lamia National Road, GR 320 11, Oinofyta, Viotia, il-Greċja |
NEW ALUMINIUM RECYCLING HUB IN GREECE |
|
26 |
Umicore |
Broekstraat 31, 1000 Brussell, il-Belġju |
OREON (Optimal REcycling Of Nickel) |
|
27 |
Slovalco, a.s. |
Priemyselná 14, 965 48 Žiar nad Hronom, is-Slovakkja |
Production of Primary Aluminium and Product Diversification in Slovalco, a.s. |
|
28 |
Arctial Group Oy |
Fabianinkatu 9, 00130 Helsinki, il-Finlandja |
Project Arctial |
|
29 |
Pure Batterry Technologies Ltd. |
Level 32, 10 Eagle Street, Brisbane, QLD,4000, l-Awstralja |
Pure Battery Technologies pCAM plant Europe |
|
30 |
KGHM Polska Miedź S.A. |
ul. Marii Skłodowskiej-Curie 48, 59-300 Lubin, il-Polonja |
Integrated Recycling Smelter |
|
31 |
Refinis |
Pramones street 2, Lazdenai, il-Litwanja |
Refinis recycling plant (UAB Refinis) |
|
32 |
Italrecycling & Investment srl |
Via della costituzione 19, 52048 Monte San Savino, l-Italja |
ReSuPLIR - Recovery and Supply of Platinum, Iridium and Ruthenium |
|
33 |
OMCD TEK HUB S.p.A. |
via Megolo, 43 - 28877 Anzola d’Ossola (VB), l-Italja |
REW-ITA green HUB: Recovery of Wolfram: Italian Technology Advanced green Hub |
|
34 |
Aurubis AG |
Hovestrasse 50, 20539, Hamburg, il-Ġermanja |
Second TBRC Lünen |
|
35 |
NPM Silmet OÜ |
Sillamäe linn, Kesk tn 2/1, 40231, Ida-Viru maakond, l-Estonja |
Silmet 2.0 |
|
36 |
Hellas Gold S.A. |
Leoforos Vasilissis Sofias 23 A, Ateni, il-Greċja |
Skouries Project |
|
37 |
Sokli Oy |
Soklinkairantie 12, 98840, Ruuvaoja, il-Finlandja |
Sokli |
|
38 |
Back to Battery B.V. |
Mezenlaan 75, 2566ZE, Delft, in-Netherlands |
Enabling CRM production in Europe by recovering CRM from end-of-life batteries: A scalable battery black mass refining process that extracts critical raw materials from all types of Li-ion batteries in an environmental friendly way. |
|
39 |
Suhanko Arctic Platinum Oy |
Ahjotie 7, 96320 Rovaniemi, il-Finlandja |
Suhanko project |
|
40 |
Aurubis Bulgaria AD |
Industrial zone, 2070, Pirdop, il-Bulgarija |
Tankhouse Expansion Pirdop |
|
41 |
Isabellenhütte Heusler GmbH & Co. KG |
Eibacher Weg 3-5, 35683 Dillenburg, il-Ġermanja |
Titanium alloys made in Europe |
|
42 |
TDM Electronics Inc. |
Spokojna 1, 05-555, Rembertów, il-Polonja |
Urban mining |
|
43 |
CRITICAL. (sid ta’ Circular Industries) |
Veembroederhof 281, 1019 HD Amsterdam, in-Netherlands |
Urban Mining Factory - Printed Circuit Boards |
|
44 |
Verde Magnesium Industries SRL |
Virgil Plesoianu, 84, Ap. 1, Sector 1, Bucharest, ir-Rumanija |
Verde Magnesium Industries |
|
45 |
Gruvaktiebolaget Viscaria |
Viscariavägen 10, 981 99, Kiruna, l-Iżvezja |
Viscaria Copper Project |
|
46 |
Zinnwald Lithium Plc |
22 A St James’s Square, London, SW1Y 4JH, ir-Renju Unit |
Zinnwald Lithium Project |
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Stéphane SÉJOURNÉ
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj.
(2) Sejħa għall-applikazzjonijiet: Proġetti Strateġiċi skont l-Att dwar il-Materja Prima Kritika — Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs.
(3) Il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi (UNFC) | UNECE.
ANNESS
LISTA TAL-PROĠETTI STRATEĠIĊI
(1)
3ECYCLE hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fin-Netherlands. Il-proġett promoss minn Mitsubishi Materials Europe B.V hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(2)
9PV-up: Upcycling raw materials from end-of-life photovoltaic panels hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fl-Italja. Il-proġett promoss minn 9-Tech hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-boksajt/alumina/aluminju, tar-ram u tal-metall tas-siliċju.
(3)
ALE — Altmark Lithium Extraction hu proġett integrat attwali fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn Neptune Energy Innovations GmbH hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(4)
Alkeemia PureGraph hu proġett tal-ipproċessar attwali fl-Italja. Il-proġett promoss minn Alkeemia S.p.A. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (grad tal-batterija).
(5)
EU APT Tungsten Plant hu proġett tal-ipproċessar attwali fi Spanja. Il-proġett promoss minn ABENÓJAR TUNGSTEN S.A. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tat-tungstenu.
(6)
BORRALHA MINING PROJECT hu proġett tal-estrazzjoni attwali fi Spanja. Il-proġett promoss minn MINERALIA — Minas, Geotecnia e Construções, Lda. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tat-tungstenu.
(7)
BREES (Best Rare Earth Element Separation) hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fi Franza. Il-proġett promoss minn Rhodia Operations hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti.
(8)
CRM4Defence — Byproducts and Recycling of CRM for Defence hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fl-Italja, fil-Polonja, fir-Renju Unit u fi Franza. Il-proġett promoss minn Arctial Group Oy hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-boksajt/alumina/aluminju, tal-manjeżju u tal-metall tat-titanju.
(9)
Cobre San Rafael Project hu proġett tal-estrazzjoni attwali fi Spanja. Il-proġett promoss minn Cobre San Rafael, S.L. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(10)
CoNiKo — Cobalt and Nickel refining in Kokkola hu proġett tal-ipproċessar attwali fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Umicore hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt u tan-nikil (grad tal-batterija).
(11)
CUPIDON hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fil-Belġju. Il-proġett promoss minn Comet Traitements hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(12)
Development and extraction of the Retków-Grodziszcze Deposit in KGHM Polska Miedź S.A. hu proġett tal-estrazzjoni attwali fil-Polonja. Il-proġett promoss minn KGHM Polska Miedź S.A. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(13)
EMME hu proġett integrat attwali fi Franza. Il-proġett promoss minn ELECTRO MOBILITY MATERIALS EUROPE (EMME) hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt u tan-nikil (grad tal-batterija).
(14)
Establishment of electric battery recycling capacity, Racari city, Dambovita county hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fir-Rumanija. Il-proġett promoss minn ECO LIFE STYLE S.R.L. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt, tal-litju (grad tal-batterija), tal-manganiż (grad tal-batterija), tal-grafit (grad tal-batterija) u tan-nikil (grad tal-batterija).
(15)
ETEOCLES — Developing a recycling hub for low quality copper scrap hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fil-Greċja. Il-proġett promoss minn ElvalHalcor Hellenic Copper and Aluminium industry S.A. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(16)
EU BEST STRAT: Battery Economical Sustainable (Recycling-) Technology hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn cylib Production I GmbH hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-boksajt/alumina/aluminju, tar-ram, tal-kobalt, tal-litju (grad tal-batterija), tal-manganiż (grad tal-batterija), tal-grafit (grad tal-batterija) u tan-nikil (grad tal-batterija).
(17)
European Lithium Refining and Recycling Hub Bitterfeld: from primary raw materials via recycling to critical solid state battery components hu proġett integrat attwali fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn AMG Lithium GmbH hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(18)
GaRefine — Gallium Recycling & Refining for Europe hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fis-Slovakkja. Il-proġett promoss minn CMK s.r.o. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-gallju.
(19)
Hautalampi Cobalt-Nickel-Copper Mine Project hu proġett tal-estrazzjoni attwali fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn FinnCobalt Oy hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram, tal-kobalt u tan-nikil (grad tal-batterija).
(20)
HyProMag GmbH hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn HyProMag GmbH hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti.
(21)
Lithium de France hu proġett integrat attwali fi Franza. Il-proġett promoss minn Lithium de France hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(22)
LUERN hu proġett tal-ipproċessar attwali fi Franza. Il-proġett promoss minn Aubert & Duval SAS hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-metall tat-titanju.
(23)
Myne Circular Metals Harderwijk hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fin-Netherlands. Il-proġett promoss minn Myne Circular Metals B.V hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-boksajt/alumina/aluminju u tar-ram.
(24)
NEOMAT-PCAM hu proġett tal-ipproċessar attwali fi Franza. Il-proġett promoss minn NEOMAT PCAM hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt, tal-manganiż (grad tal-batterija) u tal-litju (grad tal-batterija).
(25)
NEW ALUMINIUM RECYCLING HUB IN GREECE hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fil-Greċja. Il-proġett promoss minn Aluminium Rolling Division of ELVALHALCOR (Hellenic Copper and Aluminium Industry S.A) hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-boksajt/alumina/aluminju.
(26)
OREON (Optimal REcycling Of Nickel) hu proġett tal-ipproċessar attwali fil-Belġju. Il-proġett promoss minn Umicore hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram, tal-kobalt, tan-nikil (grad tal-batterija) u tal-metalli tal-grupp tal-platinu.
(27)
Production of Primary Aluminium and Product Diversification in Slovalco, a.s. hu proġett tal-ipproċessar attwali fis-Slovakkja. Il-proġett promoss minn Slovalco, a.s. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-boksajt/alumina/aluminju.
(28)
Project Arctial hu proġett tal-ipproċessar attwali fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Arctial Group Oy hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-boksajt/alumina/aluminju.
(29)
Pure Battery Technologies pCAM plant Europe hu proġett integrat attwali fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn Pure Batterry Technologies Ltd. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt, tal-manganiż (grad tal-batterija) u tan-nikil (grad tal-batterija).
(30)
Integrated Recycling Smelter hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fil-Polonja. Il-proġett promoss minn KGHM Polska Miedź S.A. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram u tan-nikil (grad tal-batterija).
(31)
Refinis hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fil-Litwanja. Il-proġett promoss minn Refinis recycling plant (UAB Refinis) hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-metalli tal-grupp tal-platinu.
(32)
ReSuPLIR — Recovery and Supply of Platinum, Iridium and Ruthenium hu proġett integrat attwali fl-Italja. Il-proġett promoss minn Italrecycling & Investment srl hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-metalli tal-grupp tal-platinu.
(33)
REW-ITA green HUB: Recovery of Wolfram: Italian Technology Advanced green Hub hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fl-Italja. Il-proġett promoss minn OMCD TEK HUB S.p.A. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram, tal-kobalt u tat-tungstenu.
(34)
Second TBRC Lünen hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn Aurubis AG hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(35)
Silmet 2.0 hu proġett tal-ipproċessar attwali fl-Estonja. Il-proġett promoss minn NPM Silmet OÜ hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti.
(36)
Skouries Project hu proġett tal-estrazzjoni attwali fil-Greċja. Il-proġett promoss minn Hellas Gold S.A. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(37)
Sokli hu proġett tal-estrazzjoni attwali fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Sokli Oy hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti.
(38)
Enabling CRM production in Europe by recovering CRM from end-of-life batteries: A scalable battery black mass refining process that extracts critical raw materials from all types of Li-ion batteries in an environmental friendly way hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fin-Netherlands. Il-proġett promoss minn Back to Battery B.V. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt, tal-litju (grad tal-batterija), tan-nikil (grad tal-batterija), tal-manganiż (grad tal-batterija) u tal-grafit (grad tal-batterija).
(39)
Suhanko project hu proġett tal-estrazzjoni attwali fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Suhanko Arctic Platinum Oy hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram, tan-nikil (grad tal-batterija) u tal-metalli tal-grupp tal-platinu.
(40)
Tankhouse Expansion Pirdop hu proġett tal-ipproċessar attwali fil-Bulgarija. Il-proġett promoss minn Aurubis Bulgaria AD hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(41)
Titanium alloys made in Europe hu proġett integrat attwali fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn Isabellenhütte Heusler GmbH & Co. KG hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-metall tat-titanju.
(42)
Urban mining hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fil-Polonja. Il-proġett promoss minn TDM Electronics Inc. hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram, tal-ġermanju, tal-boksajt/alumina/aluminju u tal-metalli tal-grupp tal-platinu.
(43)
Urban Mining Factory — Printed Circuit Boards hu proġett tar-riċiklaġġ attwali fin-Netherlands. Il-proġett promoss minn CRITICAL. (sid ta’ Circular Industries) hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-boksajt/alumina/aluminju, tar-ram u tan-nikil (grad tal-batterija).
(44)
Verde Magnesium Industries hu proġett tal-ipproċessar attwali fir-Rumanija. Il-proġett promoss minn Verde Magnesium Industries SRL hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-manjeżju.
(45)
Viscaria Copper Project hu proġett tal-estrazzjoni attwali fl-Iżvezja. Il-proġett promoss minn Gruvaktiebolaget Viscaria hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(46)
Zinnwald Lithium Project hu proġett integrat attwali fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn Zinnwald Lithium Plc hu maħsub biex jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2349/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)