Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal administratif de Paris - Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77) - Rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u libertà ta’ stabbiliment - Obbligu li jittieħdu in kunsiderazzjoni d-diplomi, iċ-ċertifikati u t-titoli l-oħra kollha kif ukoll l-esperjenza rilevanti miksuba mill-persuna kkonċernata - Sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat terz, detentur ta’ lawrja fil-mediċina maħruġa minn dan l-Istat terz u rrikonoxxuta minn Stat Membru, li jixtieq jikseb l-awtorizzazzjoni sabiex jeżerċita l-professjoni tiegħu ta’ tabib fi Stat Membru ieħor fejn huwa jirrisjedi legalment mal-konjuġi tiegħu, ċittadin Komunitarju.
Dispożittiv
1) L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE ma jipprekludix li Stat Membru jirrifjuta lil ċittadina ta’ Stat terz, miżżewġa ma’ ċittadin Komunitarju li m’għamilx użu mid-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, milli tibbaża ruħha fuq ir-regoli Komunitarji dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u dwar il-libertà ta’ stabbiliment, u ma jobbligax lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn intalbet l-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ professjoni rregolata jieħdu in kunsiderazzjoni d-diplomi, ċertifikati u t-titoli l-oħra kollha, anki jekk dawn inkisbu barra mill-Unjoni Ewropea u jekk ta’ l-inqas dawn kienu s-suġġett ta’ rikonoxximent fi Stat Membru ieħor, kif ukoll l-esperjenza rilevanti tal-persuna kkonċernata, billi jagħmlu paragun bejn, minn naħa, il-kompetenzi ċċertifikati minn dawn it-titoli u din l-esperjenza, u, min-naħa l-oħra, l-għarfien u l-kwalifiki meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.