<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-225/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0225</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:252">EU:C:2012:252</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20120426">26.4.2012</DATE> — KAWŻA C-225/11</P><P>ABLE UK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>VAT</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 151(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Operazzjoni ta’ żmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta Amerikana magħmula fit-territorju ta’ Stat Membru</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-225/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20110509">9 ta’ Mejju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20110513">13 ta’ Mejju 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Able UK Ltd,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal (Relatur), President tal-Awla, K. Schiemann u L. Bay Larsen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Seeboruth, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u C. Soulay, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Commissioners<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Able UK Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Able<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) li tapplika għas-servizzi ta’ żmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta Amerikana.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>It-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana ġie ffirmat f’Washington (l-Istati Uniti) fl-<DATE ISO="19490404">4 ta’ April 1949</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Protokoll dwar L-Istatut tal-Kwartieri Ġenerali Militari Internazzjonali maħluqa abbażi tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, iffirmat f’Pariġi fit-<DATE ISO="19520828">28 ta’ Awwissu 1952</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Protokoll dwar il-Kwartieri Ġenerali Militari<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jipprovdi fil-punt 1 tal-Artikolu VIII tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Sabiex jiġu ffaċilitati l-ħolqien, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u l-funzjonament tal-kwartieri ġenerali interalleati, dawn il-kwartieri ġenerali għandhom ikunu eżenti, sa fejn huwa possibbli, mid-dazji u mit-taxxi marbuta mal-ispejjeż sostnuti minnhom fl-interess tad-difiża komuni u għall-vantaġġ uffiċjali u esklużiv tagħhom, u kull parti f’dan il-protokoll għandha tipproċedi b’negozjati mal-kwartieri ġenerali stabbiliti fit-territorju tagħha sabiex jiġi konkluż ftehim f’dan ir-rigward.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 151(1) tad-Direttiva VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ merkanzija jew servizzi fi Stat Membru li hu parti għat-Trattat ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana, intiż għall-użu tal-forzi armati ta’ l-Istati l-oħrajn li huma partijiet għal dak it-Trattat għall-użu ta’ dawk il-forzi, jew ta’ l-impjegati ċivili li jakkompanjawhom, jew għall-provvista tal-mensi jaw tal-kantins tagħhom meta dawn il-forzi jieħdu parti fl-isforz tad-difiża komuni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ merkanzija jew servizzi lil Stat Membru ieħor, maħsub għall-forzi armati ta’ kull Stat Membru li huwa parti għat-Trattat ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana, barra l-Istat Membru tal-wasla nnifsu, biex jintuża minn dawk il-forzi, jew mill-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom, jew għall-provvista tal-mensi jew tal-kantins tagħhom meta dawn il-forzi jieħdu sehem fl-isforz tad-difiża komuni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Able kkonkludiet kuntratt mal-United States Department of Transportation Maritime Administration (Amministrazzjoni marittima tad-dipartiment tat-trasport tal-Istati Uniti) sabiex tiżmonta tlettax-il bastiment li kienu għas-servizz tal-flotta Amerikana, iżda li<?PAGE NO="3"?> kienu ġew sussegwentement ittrasferiti lill-flotta ta’ riżerva u ankrati fil-James River, f’Virginia (l-Istati Uniti). Il-kuntratt kien maqsum f’żewġ partijiet distinti. L-ewwel nett, il-bastimenti kellhom jiġu ppreparati u mbagħad irmonkati mill-Istati Uniti sar-Renju Unit. It-tieni nett, ladarba jkunu żgurati fis-sit ta’ Able, li jinsab f’Teesside (ir-Renju Unit), dawn kellhom jiġu żmontati. Spetturi tal-Gvern tal-Istati Uniti kellhom jeżerċitaw preżenza fis-sit matul il-perijodu kollu tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20080827">27 ta’ Awwissu 2008</DATE>, Able talbet lill-Commissioners biex jiddeċiedu liema skema fil-qasam tal-VAT kellha tiġi applikata għas-servizz ta’ żmuntaġġ li hija kienet tipprovdi. Able kienet issostni li l-provvisti tagħha kienu eżenti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 15(10) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), li minn dak iż-żmien ’l hawn ġie ssostitwit bl-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-Commissioners taw deċiżjoni li tipprovdi li s-servizzi ta’ żmuntaġġ magħmula minn Able kienu suġġetti għar-rata normali tal-VAT. Fil-<DATE ISO="20081021">21 ta’ Ottubru 2008</DATE>, din il-kumpannija talbet reviżjoni tal-imsemmija deċiżjoni. Peress illi fit-<DATE ISO="20081118">18 ta’ Novembru 2008</DATE> l-Commissioners ikkonfermaw din l-istess deċiżjoni, Able ppreżentat rikors quddiem il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) li, b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20091124">24 ta’ Novembru 2009</DATE>, iddeċieda li s-servizzi ta’ żmuntaġġ tal-bastimenti pprovduti minn Able kienu eżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Commissioners ippreżentaw appell kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Fil-fehma tagħhom, l-Artikolu 151(ċ) tad-Direttiva VAT japplika biss għall-forzi armati ta’ Stat kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana li jkunu fuq żjara fi Stat Membru kontraenti ieħor f’dan l-istess trattat, u biss jekk dawn il-forzi jipparteċipaw f’attività direttament marbuta mal-isforz komuni ta’ difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Peress illi qies li s-soluzzjoni tal-kawża li biha huwa jinsab adit teħtieġ l-interpretazzjoni tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT, l-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u li jressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Artikolu 151(1)(ċ) tad-[Direttiva VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżenta l-provvista fir-Renju Unit ta’ servizzi ta’ żmantellar [żmuntaġġ] ta’ bastimenti rtirati mis-servizz tal-US Navy lill-US Department of Transportation Maritime Administration f’waħda jew fiż-żewġ ċirkustanzi segwenti :</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta l-provvista ma tkunx saret lil parti mill-forzi armati ta’ membru tan-NATO [Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana] li jipparteċipa fl-isforz ta’ difiża komuni jew lil persunal ċivili li jakkumpanjhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta l-provvista ma tkunx saret lil parti mill-forzi armati ta’ membru tan-NATO stazzjonat jew fi żjara fir-Renju Unit jew lil persunal ċivili li jakkumpanja lil tali forzi?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tad-domanda magħmula, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din toriġina mid-diċitura tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT. Fil-fatt, din id-diċitura tippermetti li l-aħħar parti ta’ din id-dispożizzjoni, jiġifieri l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>meta dawn il-forzi jieħdu parti fl-isforz tad-difiża komuni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, tinqara bħala li hija marbuta biss mal-parti tal-frażi li tippreċediha immedjatament, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[il-provvista ta’ merkanzija jew servizzi fi Stat Membru] għall-provvista tal-mensi jaw tal-kantins tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, u mhux bħala marbuta mal-imsemmija dispożizzjoni fl-intier tagħha. In-nuqqas, f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi, bħal fil-verżjoni Ingliża u Franċiża, ta’ virgola qabel din l-aħħar parti tal-frażi huwa ta’ natura li jikkonferma din l-interpretazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li hemm virgola f’dan l-istess post f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-imsemmija dispożizzjoni, bħal fil-verżjoni Spanjola, Daniża, u Olandiża. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-preżenza jew in-nuqqas ta’ virgola ma tistax titqies bħala determinanti għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kliem użat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax iservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew jingħata, f’dan ir-rigward, prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Approċċ bħal dan ikun inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni. Fil-każ ta’ diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha għaldaqstant tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-41/09" PAGE.ECR="I-831" YEAR="2011">C-41/09, Ġabra p. I-831</REF.DOC.ECR>, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja daqstant ieħor stabbilita, l-eżenzjonijiet tal-VAT, li fosthom hemm dik stabbilita bl-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT, għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv peress illi dawn jikkostitwixxu eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali li kull servizz ipprovdut bi ħlas minn persuna taxxabbli huwa suġġett għal din it-taxxa (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Feltgen u Bacino Charter Company, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-116/10" PAGE.ECR="I-14187" YEAR="2010">C-116/10, Ġabra p. I-14187</REF.DOC.ECR>, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Issa, interpretazzjoni li tipprovdi li din l-aħħar parti tal-frażi tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT hija marbuta biss mal-aħħar parti li tippreċediha immedjatament twassal biex l-eżenzjoni pprovduta f’din id-dispożizzjoni jkollha kamp ta’ applikazzjoni li mhux biss huwa estiż iżda wkoll, kif ġustament irrileva l-Gvern tar-Renju Unit, inkoerenti.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-każ li tali interpretazzjoni tiġi applikata, il-kunsinni ta’ merkanzija u l-provvisti ta’ servizzi magħmula fi Stati Membri kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u intiżi għall-forzi armati ta’ Stati oħra kontraenti f’dan it-trattat għall-użu ta’ dawn il-forzi jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom jkunu f’kull ċirkustanza eżenti mill-VAT, filwaqt li l-kunsinni ta’ merkanzija u l-provvisti ta’ servizzi magħmula għall-provvista tal-mensi jew tal-kantins tagħhom jkunu eżenti biss meta l-imsemmija forzi jipparteċipaw fl-isforz komuni tad-difiża. Issa, tali differenza dwar il-portata tal-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT tidher li hija nieqsa minn kull sens.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija dispożizzjoni għandha tinftiehem fid-dawl tal-għan tal-eżenzjoni li hija tistabbilixxi. Fir-rigward ta’ dan l-għan, ma hemm l-ebda ħjiel li dan kien, kif ġie argumentat quddiem il-qorti tar-rinviju, biex l-Istati Membri kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana jiġu impediti milli jibbenefikaw minn vantaġġ fiskali li jirriżulta mill-adeżjoni tagħhom fin-NATO. Barra minn hekk, kif osservat il-qorti tar-rinviju stess, tali għan jimplika l-eżistenza ta’ eżenzjoni ġenerali tal-kunsinni tal-merkanzija u tal-provvisti tas-servizzi favur l-impenji meħuda fil-kuntest tan-NATO, inkluż mill-forzi armati tal-Istat Membru li fih dawn il-kunsinni jew dawn il-provvisti jitwettqu. Issa, huwa ċar li l-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT ma jistabbilixxix eżenzjoni ta’ dan id-daqs.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jidher li l-għan imfittex mill-leġiżlatur tal-Unjoni meta adotta l-imsemmija dispożizzjoni għandu pjuttost jinftiehem, kif issostni l-Kummissjoni Ewropea, bħala dak li jippermetti lill-Istati Membri biex josservaw ċerti impenji meħuda fil-kuntest tan-NATO. Issa, l-ebda element fil-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jiġi konkluż li l-interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 151(1)(ċ), imsemmija fil-punt 15 ta’ din is-sentenza, hija meħtieġa sabiex tali impenji jkunu jistgħu jiġu osservati.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għall-kuntarju, l-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar il-Kwartieri Ġenerali Militari, li, kif tosserva l-Kummissjoni, serva b’mod partikolari bħala għajn ta’ ispirazzjoni għal-leġiżlatur tal-Unjoni meta adotta l-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT, jirreferi speċifikament għal eżenzjoni tad-dazji u tat-taxxi marbuta mal-ispejjeż sostnuti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>fl-interess tad-difiża komuni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula fi Stat Membru kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u li tikkonsisti fl-iżmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta ta’ Stat ieħor kontraenti f’dan it-trattat, hija, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, eżenti mill-VAT biss meta din il-provvista hija magħmula għal impjegati tal-forzi armati ta’ dan l-Istat l-ieħor li jipparteċipaw fl-isforz komuni tad-difiża jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi rrilevat li d-diċitura tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT ma tindikax, hija stess, jekk provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula fi Stat Membru kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, għandhiex, biex tkun eżenti mill-VAT, titwettaq għal impjegati tal-forzi armati ta’ Stat kontraenti ieħor f’dan it-trattat li huma stazzjonati jew li jżuru t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Feltgen u Bacino Charter Company, iċċitata iktar ’il fuq, punt 12 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kuntest tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, kif ġustament josservaw il-Gvern tar-Renju Unit u l-Gvern Pollakk, il-paragrafu 1(d) ta’ dan l-istess artikolu. Filwaqt li l-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet teżenta mill-VAT, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kunsinni ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi magħmula fl-Istati Membri kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u intiżi għall-forzi armati ta’ Stati oħra kontraenti f’dan it-trattat, it-tieni dispożizzjoni teżenta, taħt l-istess kundizzjonijiet, il-kunsinni ta’ merkanzija u l-provvisti ta’ servizzi magħmula għal Stat Membru ieħor u intiżi għall-forzi armati ta’ kull Stat kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana li ma huwiex l-Istat Membru ta’ destinazzjoni nnifsu.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jirriżulta, kif diġà ġie indikat fil-punt 17 ta’ din is-sentenza, li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jeskludi mill-eżenzjoni tal-VAT il-kunsinni ta’ merkanzija u l-provvisti ta’ servizzi intiżi għall-forzi armati tal-Istat Membru fejn jitwettqu dawn il-kunsinni jew dawn il-provvisti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, l-imsemmija eżenzjoni, inkwantu tirrigwarda speċifikament il-forzi armati li huma stazzjonati jew li jagħmlu żjara fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, diġà tissuġġerixxi, bħala tali, li l-post ta’ stazzjonament jew ta’ żjara tal-forzi armati huwa rilevanti għall-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk l-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT jiġi interpretat bħala li jeżenta mill-VAT il-kunsinni ta’ merkanzija u l-provvisti ta’ servizzi magħmula fi Stat Membru kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u intiżi għall-forzi armati ta’ Stat ieħor kontraenti f’dan it-trattat, minkejja li l-imsemmija forzi ma humiex stazzjonati jew ma humiex fuq żjara fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru, dawn il-kunsinni jew provvisti jistgħu finalment ikunu ta’ benefiċċju, mingħajr ma jkunu ġew suġġetti għall-VAT, għall-forzi armati ta’ Stat Membru ieħor li huma stazzjonati jew li huma fuq żjara fit-territorju ta’ dan tal-aħħar. Issa, tali interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni tista’ tippreġudika r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni msemmija fil-punt 24 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq kif ukoll, barra minn hekk, tal-ħtieġa li l-eżenzjonijiet tal-VAT jiġu interpretati restrittivament, kif tfakkar fil-punt 14 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT għandu jiġi interpretat bħala li jeżenta, taħt il-kundizzjonijiet li jipprovdi, il-kunsinni<?PAGE NO="6"?> ta’ merkanzija u l-provvisti ta’ servizzi magħmula fi Stat Membru kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u intiżi għall-forzi armati ta’ Stat ieħor kontraenti f’dan it-trattat, sa fejn dawn huma stazzjonati jew fuq żjara fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li interpretazzjoni oħra tal-imsemmija dispożizzjoni differenti minn dik adottata fil-punt preċedenti hija meħtieġa sabiex tippermetti li l-Istati Membri josservaw l-impenji meħuda minnhom fil-kuntest tan-NATO.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, mill-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar il-Kwartieri Ġenerali Militari jirriżulta li, billi jistabbilixxi eżenzjoni mid-dazji u mit-taxxi sabiex jiffaċilita l-ħolqien, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u l-funzjonament tal-kwartieri ġenerali interalleati li jinsabu fit-territorju ta’ Stat kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, dan l-artikolu jimplika, bħala tali, li jirrigwarda l-forzi armati stazzjonati jew fuq żjara fit-territorju ta’ dan l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula fi Stat Membru kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u li tikkonsisti fl-iżmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta ta’ Stat ieħor kontraenti f’dan it-trattat, hija, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, eżenti mill-VAT biss meta:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>din il-provvista hija magħmula għal impjegati tal-forzi armati ta’ dan l-Istat ieħor li jipparteċipaw fl-isforz komuni tad-difiża jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom, u meta</P></ITEM><ITEM><P>din l-istess provvista hija magħmula għal impjegati tal-imsemmija forzi armati stazzjonati jew fuq żjara fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula fi Stat Membru kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u li tikkonsisti fl-iżmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta ta’ Stat ieħor kontraenti f’dan it-trattat, hija, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud biss meta:</HT></P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">din il-provvista hija magħmula għal impjegati tal-forzi armati ta’ dan l-Istat ieħor li jipparteċipaw fl-isforz komuni tad-difiża jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom, u meta</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">din l-istess provvista hija magħmula għal impjegati tal-imsemmija forzi armati stazzjonati jew fuq żjara fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom.</HT></P></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>