|
16.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/16 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/227
tal-15 ta' Frar 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK. |
|
(2) |
L-entrata ta' persuna fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/101/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
K. VALCHEV
ANNESS
L-entrata għall-persuna segwenti li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt.
|
|
Isem (u kwalunkwe psewdonimu) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
|
“1. |
Mugabe, Robert Gabriel |
Imwieled fil-21.2.1924 Passaport AD001095 |
Eks President u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.” |