Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0046 - 0047
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 121/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XVIII mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1]. (2) Id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 dwar il-ħtiġiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-ħsejjes) (is-Sbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE) [2], trid triġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 16ja (id-Direttiva 2002/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XVIII mal-Ftehim: "16jb. 32003 L 0010: id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunill tas-6 ta' Frar 2003 dwar il-ħtiġiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-ħsejjes) (is-Sbatax-il Direttuva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 42, tal-15.2.2003, p. 38)." Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2003/10/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 32. [2] ĠU L 42, tal-15.2.2003, p. 38. [3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------