|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5456 |
11.9.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2024/5456)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Ribeira Sacra”
PDO-ES-A1128-AM04
Data tal-komunikazzjoni: 17 ta’ Ġunju 2024
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. BIDLIET FIL-LIMITI TAL-PARAMETRI ANALITIĊI
Deskrizzjoni:
|
— |
l-aċidità totali minima tonqos minn 4,5 għal 4 grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru, għat-tipi kollha ta’ nbid. |
|
— |
l-aċidità volatili massima tiżdied: minn 0,70 għal 0,80 grammi ta’ aċidu aċetiku għal kull litru għall-inbejjed ħomor mhux imqaddmin; minn 1,00 għal 1,20 grammi ta’ aċidu aċetiku għal kull litru għall-inbejjed ħomor imqaddmin (Barrica u Garda); u minn 1,00 għall 1,08 grammi ta’ aċidu aċetiku għal kull litru għall-inbejjed bojod imqaddmin. |
|
— |
il-limitu massimu għall-kubrit jiżdied: minn 120 għal 150 milligramma għal kull litru għall-inbejjed ħomor mhux imqaddmin u minn 140 għal 150 milligramma għal kull litru għall-inbejjed ħomor imqaddmin (Barrica u Garda); minn 120 għal 200 milligramma għal kull litru għall-inbejjed rożè; u minn 160 għal 200 milligramma għal kull litru għall-inbejjed bojod kollha, kemm dawk mhux imqaddmin kif ukoll dawk imqaddmin (Barrica u Garda). |
Din l-emenda taffettwa l-punt 2.a tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard minħabba li ma tikkostitwixxi l-ebda waħda mill-bidliet stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.
Raġuni
Il-bidliet huma ġġustifikati mill-ħtieġa li l-valuri tal-parametri analitiċi tal-inbejjed jiġu adattati għas-sitwazzjoni attwali, peress li dawn il-valuri baqgħu prattikament l-istess għal kważi t-30 sena kollha li din id-denominazzjoni ta’ oriġini ilha teżisti.
Kien hemm xejra ċara, marbuta mat-tibdil fil-klima, tal-produzzjoni ta’ nbejjed b’qawwa alkoħolika ogħla, li wasslet għal bidliet f’parametri analitiċi oħra, b’mod partikolari l-aċidità totali u l-aċidità volatili.
Irridu wkoll inqisu l-bidliet fil-mod kif jiġu prodotti l-inbejjed. Qegħdin isiru nbejjed li, għalkemm ma humiex imqaddmin, qegħdin iqattgħu aktar u aktar żmien fil-btieti, anke minn sena għall-oħra, meta mqabbla ma’ qabel, meta l-inbejjed ġeneralment ftit kienu jqattgħu żmien fil-btieti. Għalhekk jeħtieġ li nżidu l-aċidità volatili u nnaqqsu l-aċidità totali, u li nżidu l-valuri tad-diossidu tal-kubrit biex nevitaw aċidità volatili eċċessiva.
2. AĠĠORNAMENT TA’ XI REFERENZI LEĠIŻLATTIVI
Deskrizzjoni:
|
— |
Fir-rigward tal-kontenut totali taz-zokkor, ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 607/2009 tinbidel għall-verżjoni attwalment fis-seħħ li ssostitwixxietu, ir-Regolament (UE) 2019/33. |
|
— |
Ir-referenza għall-Att 2/2005, tat-18 ta’ Frar 2005, dwar il-promozzjoni u d-difiża tal-kwalità tal-ikel tal-Galicia, tinbidel għall-verżjoni attwalment fis-seħħ li ssostitwixxietu, l-Att 1/2024, tal-11 ta’ Jannar 2024, dwar il-kwalità tal-ikel tal-Galicia. Ir-referenza għad-delega tal-kontrolli hija adattata kif xieraq, abbażi ta’ leġiżlazzjoni aktar ġdida. |
Din l-emenda tikkonċerna l-punti 2 u 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard minħabba li ma tikkostitwixxi l-ebda waħda mill-bidliet stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.
Raġuni:
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija emendata biex jiġu aġġornati ċerti referenzi leġiżlattivi. Din ma tinvolvi l-ebda bidla sostantiva.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Ribeira Sacra
2. Tip ta’ Indikazzjoni Ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. INBID AĦMAR: Ribeira Sacra ħomor bl-indikazzjoni “Súmmum” u Ribeira Sacra ħomor
DESKRIZZJONI QASIRA
Ir-Ribeira Sacra ħomor bl-indikazzjoni “Súmmum”:
|
— |
Dehra: ċara u tgħajjat; intensità tal-kulur minn medja sa għolja; kulur aħmar lewn iċ-ċirasa li jagħti għal aħmar fil-vjola. |
|
— |
Aroma: irwejjaħ ta’ frott ta’ bakek ħomor (frott tal-foresta) jew ta’ frott tal-għadma aħmar (mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji). |
|
— |
Togħma: espressiva; bakek ħomor jew frott tal-għadma aħmar (aromi minn tal-inqas waħda minn dawn il-kategoriji); alkoħol, aċidità u astrinġenza bilanċjati; togħma li ddum fil-ħalq. |
Ir-Ribeira Sacra ħomor: — Dehra: ċara u tgħajjat; intensità tal-kulur minn medja sa għolja; kulur aħmar lewn iċ-ċirasa li jagħti għal aħmar fil-vjola. — Aroma: irwejjaħ ta’ frott ta’ bakek ħomor (frott tal-foresta) jew ta’ frott tal-għadma aħmar (mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji). — Togħma: espressiva; bakek ħomor jew frott tal-għadma aħmar (aromi minn tal-inqas waħda minn dawn il-kategoriji); alkoħol, aċidità u astrinġenza bilanċjati; togħma li ddum fil-ħalq.
|
* |
Għall-valuri kollha mhux mogħtija hawn taħt, l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni attwali. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) 11 |
|
— |
Aċidità totali minima 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) 13,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) 150 |
2. INBID ABJAD: Ribeira Sacra bojod bl-indikazzjoni “Súmmum”
DESKRIZZJONI QASIRA
|
— |
Dehra: ċara u tgħajjat; minn pallida għal lewn id-deheb. |
|
— |
Aroma: espressiva, irwejjaħ ta’ frott tal-ġonna (tuffieħ, lanġas u frott tal-għadma ta’ polpa bajda) — Togħma: espressiva; aromi ta’ frott tal-ġonna; alkoħol u aċidità bilanċjati; togħma li ddum fil-ħalq. |
|
* |
Għall-valuri kollha mhux mogħtija hawn taħt, l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni attwali. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) 11 |
|
— |
Aċidità totali minima 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) 11,67 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) 200 |
3. INBID AĦMAR: Ribeira Sacra ħomor bl-indikazzjoni “Súmmum Barrica” u Ribeira Sacra ħomor bl-indikazzjoni “Súmmum Garda”
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed, minbarra li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għal kull tip ta’ nbid, biex jiġu kkummerċjalizzati bħala Barrica (“bettija”), irid ikollhom ukoll il-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
Aroma: ta’ ħwawar, injam jew ballut (aromi minn mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji). |
|
— |
Togħma: ta’ ħwawar, injam jew ballut (aromi minn mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji). |
|
* |
Għall-valuri kollha mhux mogħtija hawn taħt, l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni attwali. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) 12 |
|
— |
Aċidità totali minima 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) 20 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) 150 |
4. INBID ABJAD: Ribeira Sacra Barrica Bojod u Ribeira Sacra Garda Bojod
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed, minbarra li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għal kull tip ta’ nbid, biex jiġu kkummerċjalizzati bħala Barrica (“bettija”), irid ikollhom ukoll il-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
Aroma: ta’ ħwawar, injam jew ballut (aromi minn mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji). |
|
— |
Togħma: ta’ ħwawar, injam jew ballut (aromi minn mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji). |
|
* |
Għall-valuri kollha mhux mogħtija hawn taħt, l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni attwali. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) 12 |
|
— |
Aċidità totali minima 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) 18 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) 200 |
5. INBID ROŻÈ: Ribeira Sacra Rożè bl-indikazzjoni “Súmmum”
DESKRIZZJONI QASIRA
|
— |
Dehra: ċara u tgħajjat; intensità tal-kulur minn baxxa sa medja; kulur roża ċar li jagħti għal aħmar lewn iċ-ċirasa. |
|
— |
Aroma: irwejjaħ ta’ frott tal-foresta jew ta’ frott tal-għadma aħmar (mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji). |
|
— |
Togħma: espressiva; frott tal-foresta jew frott tal-għadma aħmar (aromi minn mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji); alkoħol u aċidità bilanċjati; togħma li ddum fil-ħalq. |
|
* |
Għall-valuri kollha mhux mogħtija hawn taħt, l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni attwali. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) 11 |
|
— |
Aċidità totali minima 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) 11,67 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) 200 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
1. Prattika enoloġika speċifika
|
— |
Ir-rendiment ma jridx ikun aktar minn 69 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb, u 40 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb fil-każ tal-inbejjed rożè. — Biex jintuża t-terminu Barrica, jeħtieġ li l-inbejjed ikunu tqaddmu fi btieti tal-injam, filwaqt li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-perjodi minimi ta’ tqaddim u l-volumi massimi: |
|
— |
Ħomor: minimu ta’ 6 xhur fi btieti li jesgħu sa massimu ta’ 500 l; |
|
— |
Bojod: minimu ta’ 3 xhur fi btieti li jesgħu sa massimu ta’ 600 l. |
|
— |
Biex jintuża t-terminu Garda [b’referenza għall-inbejjed li “jinżammu” jew “jinħażnu”], l-inbejjed jeħtieġ li jkunu tħallew jimmaturaw għal mill-inqas 7 xhur fil-każ tal-ħomor u 4 xhur fil-każ tal-bojod fi btieti magħmulin mill-injam, mill-konkrit jew minn materjali oħra awtorizzati skont il-liġi tal-ikel, bl-eċċezzjoni tal-azzar u l-poliester, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-volum li ġejjin: |
|
— |
Għall-ħomor: |
|
— |
btieti tal-injam li jesgħu bejn 225 l u 10 000 l; |
|
— |
btieti magħmula mill-konkrit jew materjali oħra li jesgħu sa 5 000 l. |
|
— |
Għall-bojod: |
|
— |
btieti tal-injam li jesgħu bejn 225 l u 8 000 l; |
|
— |
btieti magħmula mill-konkrit jew materjali oħra li jesgħu sa 5 000 l. |
2. Restrizzjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-inbid
|
— |
Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar Mencía, Brancellao, Merenzao, Sousón, Caíño Tinto, Caíño Longo u Caíño Bravo u l-varjetajiet tal-għeneb abjad Godello, Loureira, Treixadura, Dona Branca, Albariño, Torrontés, Branco Lexítimo u Caíño Blanco huma meqjusa bħala l-varjetajiet preferuti jew ewlenin, u jridu jirrappreżentaw mill-inqas 85 % tal-kompożizzjoni tal-inbejjed bl-indikazzjoni “Súmmum”. L-inbejjed ħomor li ma jiġux introdotti fis-suq bl-indikazzjoni “Súmmum” iridu jkunu mill-inqas 70 % Mencía. |
|
— |
Mhux permess l-użu ta’ preses kontinwi jew ta’ preses ċentrifugi ta’ veloċità għolja. |
|
— |
Mhix permessa t-termovinifikazzjoni — it-tisħin minn qabel tal-għeneb jew it-tisħin tal-most jew tal-inbid li fih il-karfa tkun għadha preżenti biex jiġi estratt il-kulur. |
|
— |
Meta jiġu prodotti l-inbejjed rożè Ribeira Sacra, il-perjodu ta’ kuntatt mal-qoxra ma jistax jaqbeż it-48 siegħa. |
|
— |
Il-laqx tal-ballut ma jistax jintuża waqt il-produzzjoni tal-inbid jew fi proċessi sussegwenti. |
3. Prattika tal-kultivazzjoni
|
— |
L-għeneb irid jinqata’ b’attenzjoni kbira u jinġabar bl-idejn f’ċestuni awtorizzati mill-Bord Regolatorju. Irid jintuża biss għeneb tajjeb u misjur biżżejjed biex jiġu prodotti l-inbejjed protetti. |
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Varjetajiet ta’ għeneb aħmar 9 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
2. |
Varjetajiet ta’ għeneb aħmar 65,55 ettolitru għal kull ettaru |
|
3. |
Varjetajiet ta’ għeneb abjad 12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
4. |
Varjetajiet ta’ għeneb abjad 82,80 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona demarkata hija magħmula minn ħames subżoni li jkopru partijiet mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
Is-subżona ta’ Amandi: Sober u Monforte de Lemos; |
|
— |
Is-subżona ta’ Chantada: Portomarín, Taboada, Chantada, Carballedo u A Peroxa; |
|
— |
Is-subżona ta’ Quiroga-Bibei: Monforte de Lemos, A Pobra de Brollón, Quiroga, Ribas de Sil, a Pobra de Trives, Manzaneda u San Xoán de Río; |
|
— |
Is-subżona ta’ Ribeiras do Miño: Paradela, O Saviñao, Pantón, Sober u Monforte de Lemos; |
|
— |
Is-subżona ta’ Ribeiras do Sil: A Teixeira, Parada do Sil, Castro Caldelas u Nogueira de Ramuín. |
Dawn il-muniċipalitajiet huma mifruxa fil-provinċji ta’ Lugo u Ourense fil-Komunità Awtonoma tal-Galicia.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
ALBARIN BLANCO - BRANCO LEXITIMO
ALBARIÑO
BRANCELLAO
CAÍÑO BLANCO
CAÍÑO BRAVO
CAÍÑO LONGO
CAÍÑO TINTO
DOÑA BLANCA - DONA BRANCA
GARNACHA TINTORERA
GODELLO
GRAN NEGRO
JUAN GARCÍA - MOURATÓN
LOUREIRA - LOUREIRO BLANCO
MENCÍA
MERENZAO
SOUSÓN
TEMPRANILLO
TORRONTÉS
TREIXADURA
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Il-karatteristika ewlenija ta’ dawn l-inbejjed hija l-prattika tat-tkabbir tad-dwieli magħrufa bħala viticultura heroica (vitikultura eroika), li fiha d-dwieli jitkabbru fuq għoljiet imtarrġa wieqfa li jiffurmaw pajsaġġ antropoġeniku impressjonanti. Din il-formazzjoni tal-pajsaġġ tfisser li hemm ħafna mikroklimi. Għalhekk, l-għażla tal-altitudni u l-orjentazzjoni tad-dwieli hija fattur kruċjali biex jiġi żgurat li l-għeneb isir kif suppost. Barra minn hekk, l-għeneb użat jikkonsisti prinċipalment minn varjetajiet li huma nattivi għaż-żona. Dawn intgħażlu mill-produtturi tal-inbid matul is-sekli u adattaw għall-klima u l-ħamrija lokali. Iż-żona tipproduċi l-aktar inbejjed ħomor, bl-aktar varjetà prominenti tkun il-Mencía. L-inbejjed fihom togħma ta’ frott, b’kulur aħmar lewn iċ-ċirasa u aċidità bilanċjata.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga fuq il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Iż-żona tal-produzzjoni hija magħmula prinċipalment minn għoljiet weqfin, li jagħmluha diffiċli li jinbnew fabbriki tal-inbid. L-inbejjed jistgħu għalhekk isiru f’fabbriki tal-inbid mibnija fuq art li tinsab f’ċerti parroċċi ħdejn iż-żona tal-produzzjoni, fis-subżoni u l-muniċipalitajiet li ġejjin:
Amandi: Sober;
Chantada: Carballedo, A Peroxa, Portomarín, Taboada u Chantada;
Ribeiras do Miño: Pantón u O Saviñao;
Ribeiras do Sil: A Teixeira u Castro Caldelas.
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-inbejjed iridu jitqiegħdu fl-imballaġġ fil-post tal-produzzjoni. It-trasport u l-ibbottiljar tal-inbid barra miż-żona tal-produzzjoni tal-inbid jistgħu jipperikolaw il-kwalità, peress li l-inbid jista’ jkun espost għall-ossidazzjoni u għar-riduzzjoni, għal varjazzjonijiet fit-temperatura u għal influwenzi oħra. Aktar ma l-inbid jivvjaġġa, aktar ikun kbir ir-riskju. L-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini jippermetti li jinżammu l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott.
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Il-karattri użati biex jindikaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini jridu jkunu mill-inqas 4 mm twal. L-isem tas-subżona u tal-varjetà għandhom jiġu indikati bl-użu ta’ karattri li ma jaqbżux nofs l-għoli ta’ dawk użati għall-isem tad-DOP.
L-użu tat-trademark huwa obbligatorju. Jekk l-inbejjed jiġu ttikkettati bi trademarks li jintużaw ukoll għal denominazzjonijiet ta’ oriġini oħrajn, l-isem Ribeira Sacra jrid ikun fl-istess parti viżiva bħat-trademark u tal-inqas tliet darbiet akbar minnha. L-isem Ribeira Sacra jrid jidher ukoll fuq l-istess sfond u bl-istess stil ta’ kitba bħal dik tat-trademark.
Tikketta sekondarja numerata, li tinkludi l-logo tad-denominazzjoni ta’ oriġini, għandha titwaħħal mal-fliexken kollha.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5456/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)